Paġna 1 | 1. INTRODUZZJONI Il-ħiliet huma vitali għall-kompetittività u għall-impjegabbiltà, peress li t-tibdiliet strutturali bħall-globalizzazzjoni u l- progress teknoloġiku qed isejħu għal ħiliet rilevanti ogħla tas-suq tax-xogħol u għal aktar ħiliet rilevanti tas-suq tax- xogħol għat-tkabbir tal-produttività u biex jinkisbu impjiegi tajbin. Din l-iskeda informattiva tiffoka fuq il- ħiliet marbuta b’mod dirett mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Għal ħarsa aktar komprensiva lejn l-edukazzjoni għolja u ta’ livell baxx, jekk jogħġbok irreferi għall-iskedi informattivi tematiċi L-ilħuq tal-edukazzjoni terzjarja u Il-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola u t-taħriġ. 2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI 2.1. Ħiliet bażiċi Li ż-żgħażagħ ikollhom livelli suffiċjenti ta’ ħiliet bażiċi (litteriżmu, numeriżmu, xjenza u teknoloġija) hu essenzjali biex jaċċessaw faċilment is-suq tax-xogħol u biex l-adulti jżommu impjiegi ta’ kwalità għolja u stabbli. Madankollu, proporzjon ikbar (bejn 20% u 25%) taż-żgħażagħ fl- edukazzjoni inizjali (kif evidenzjat mir- riżultati tal-PISA 2015) 1 kif ukoll tal- adulti fl-età tax-xogħol (kif evidenzjat mir-riżultati tal-PIAAC 2012) 2 huma 1 PISA jirreferi għall-Programm tal-OECD għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal- Istudenti. Għal aktar dettalji dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara http://www.oecd.org/pisa/test/. 2 PIAAC jirreferi għall-Programm tal-OECD neqsin minn dawk il-ħiliet bażiċi, u dan ixekkel il-ħila tagħhom li jsibu impjieg stabbli u jieħdu sehem fil-ħajja ekonomika u soċjali inġenerali. F’għadd kbir ta’ pajjiżi tal-UE, għad hemm sehem għoli ħafna ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena li għandhom “kisbiet baxxi” fil-ħiliet bażiċi 3 . Dawn l-istudenti għandhom l-akbar probabbiltà li jaffaċċjaw diffikultajiet serji fl- edukazzjoni avvanzata tagħhom, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja ta’ kuljum. L-akbar sehem ta’ persuni b’kisbiet baxxi hu fil-matematika, b’madwar 22% fil- livell tal-UE. Hemm tliet Stati Membri biss f’livell anqas mill-punt ta’ riferiment ta’ 15% 4 , anki jekk 12-il Stat Membru rnexxielhom inaqqsu s-sehem tagħhom bejn l-2012 u l-2015 (Tabella 1). Ir-riżultati fil-litteriżmu tal-qari u xjentifiku huma ftit aħjar, iżda t-tnejn li huma marru għall-agħar b’mod konsiderevoli maż-żmien. għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal- Kompetenzi tal-Adulti. Għal aktar dettalji dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara http://www.oecd.org/skills/piaac/. 3 Il-persuni b’kisbiet baxxi huma ddefiniti bħala dawk li ġabu livell ta’ profiċjenza anqas minn 2 f’wieħed mid-dominji tat-testijiet tal- PISA (qari, matematika jew xjenza). 4 Taħt il-qafas strateġiku għall- kooperazzjoni fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (“ET 2020”), l-Istati Membri jaqblu li s-sehem ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena b’kisbiet baxxi fil- qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun ta’ anqas minn 15% sal-2020. SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW ĦILIET GĦAS-SUQ TAX-XOGĦOL
17
Embed
SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Paġna 1 |
1. INTRODUZZJONI
Il-ħiliet huma vitali għall-kompetittività u
għall-impjegabbiltà, peress li t-tibdiliet
strutturali bħall-globalizzazzjoni u l-progress teknoloġiku qed isejħu għal
ħiliet rilevanti ogħla tas-suq tax-xogħol u għal aktar ħiliet rilevanti tas-suq tax-
xogħol għat-tkabbir tal-produttività u biex jinkisbu impjiegi tajbin.
Din l-iskeda informattiva tiffoka fuq il-ħiliet marbuta b’mod dirett mal-ħtiġijiet
tas-suq tax-xogħol. Għal ħarsa aktar komprensiva lejn l-edukazzjoni għolja u
ta’ livell baxx, jekk jogħġbok irreferi għall-iskedi informattivi tematiċi L-ilħuq
tal-edukazzjoni terzjarja u Il-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola u t-taħriġ.
2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI
2.1. Ħiliet bażiċi
Li ż-żgħażagħ ikollhom livelli suffiċjenti
ta’ ħiliet bażiċi (litteriżmu, numeriżmu, xjenza u teknoloġija) hu essenzjali biex
jaċċessaw faċilment is-suq tax-xogħol u biex l-adulti jżommu impjiegi ta’ kwalità
għolja u stabbli. Madankollu, proporzjon ikbar (bejn 20% u 25%) taż-żgħażagħ fl-
edukazzjoni inizjali (kif evidenzjat mir-
riżultati tal-PISA 2015)1 kif ukoll tal-adulti fl-età tax-xogħol (kif evidenzjat
mir-riżultati tal-PIAAC 2012)2 huma
1 PISA jirreferi għall-Programm tal-OECD għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti. Għal aktar dettalji dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara
ixekkel il-ħila tagħhom li jsibu impjieg stabbli u jieħdu sehem fil-ħajja
ekonomika u soċjali inġenerali.
F’għadd kbir ta’ pajjiżi tal-UE, għad
hemm sehem għoli ħafna ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena li għandhom “kisbiet baxxi”
fil-ħiliet bażiċi3. Dawn l-istudenti għandhom l-akbar probabbiltà li
jaffaċċjaw diffikultajiet serji fl-edukazzjoni avvanzata tagħhom, fis-suq
tax-xogħol u fil-ħajja ta’ kuljum.
L-akbar sehem ta’ persuni b’kisbiet baxxi
hu fil-matematika, b’madwar 22% fil-livell tal-UE. Hemm tliet Stati Membri
biss f’livell anqas mill-punt ta’ riferiment ta’ 15%4, anki jekk 12-il Stat Membru
rnexxielhom inaqqsu s-sehem tagħhom
bejn l-2012 u l-2015 (Tabella 1).
Ir-riżultati fil-litteriżmu tal-qari u xjentifiku huma ftit aħjar, iżda t-tnejn li
huma marru għall-agħar b’mod konsiderevoli maż-żmien.
għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti. Għal aktar dettalji
dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara http://www.oecd.org/skills/piaac/. 3 Il-persuni b’kisbiet baxxi huma ddefiniti
bħala dawk li ġabu livell ta’ profiċjenza anqas
minn 2 f’wieħed mid-dominji tat-testijiet tal-PISA (qari, matematika jew xjenza). 4 Taħt il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (“ET 2020”), l-Istati Membri jaqblu li s-sehem ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena b’kisbiet baxxi fil-
qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun ta’ anqas minn 15% sal-2020.
Sors: OECD (PIAAC). Nota: il-pajjiżi huma mqassma skont il-punteġġ medju fil-livell tal-edukazzjoni terzjarja.
2.2. Ħiliet trażversali
Il-modi ġodda ta’ ħidma u t-tibdiliet aktar frekwenti fl-impjiegi (minħabba
neċessità jew opportunità) jirrikjedu sett
usa’ ta’ ħiliet. Il-ħiliet trażversali5 huma
Paġna 5 |
dawk rilevanti biex jinstabu impjiegi u okkupazzjonijiet f’oqsma differenti minn
dawk preżenti jew tal-imgħoddi.
Bħalissa, 40% tal-impjegaturi jirrapportaw li jsibu diffikultajiet biex
isibu n-nies bil-ħiliet it-tajba, u ħafna minnhom jisħqu fuq in-nuqqas ta’ ħiliet
trażversali6 fost l-applikanti għall-impjiegi.
Aktar minn nofs l-impjegati tal-UE
jeħtieġu ħiliet f’lingwa barranija għall-
impjiegi tagħhom (għad li t-tali ħiliet għandhom tendenza li jkunu speċifiċi
għal subsett ta’ impjiegi). Madankollu, 42% tal-istudenti adoloxxenti huma
kompetenti fl-ewwel lingwa barranija tagħhom7.
Għad li l-impjegaturi jagħtu valur kbir lil impjegati b’inizjattiva u bil-ħila li
jadattaw għall-isfidi u għal ambjenti li jinbidlu8, il-ħiliet intraprenditorjali
għadhom pjuttost baxxi fost il-popolazzjoni tal-UE. Hemm biss ftit Stati
Membri fejn aktar minn nofs il-popolazzjoni adulta temmen li għandha
l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex tiftaħ
negozju9.
5 Il-ħiliet li jkollhom l-individwi li huma
rilevanti għall-impjiegi u għall-okkupazzjonijiet għajr dawk li għandhom
bħalissa jew li kellhom riċentement. Dawn il-ħiliet jistgħu jkunu nkisbu wkoll permezz ta’ attivitajiet mhux relatati max-xogħol jew tal-mistrieħ jew permezz ta’ parteċipazzjoni
f’edukazzjoni jew f’taħriġ. B’mod aktar ġenerali, dawn huma ħiliet li ġew mgħallma f’kuntest wieħed jew biex jinkiseb għarfien
dwar sitwazzjoni/problema speċjali u jistgħu jiġu ttrasferiti f’kuntest ieħor. 6 OECD/L-Unjoni Ewropea, The Missing
Entrepreneurs 2015: Policies for Self-Employment and Entrepreneurship, OECD Publishing, 2015. 7 EU Skills Panorama (2014) Foreign
languages Analytical Highlight, imħejji minn ICF GHK u minn Cedefop għall-Kummissjoni Ewropea. 8 OECD/L-Unjoni Ewropea, The Missing
Entrepreneurs 2015: Policies for Self-Employment and Entrepreneurship, OECD
Publishing, 2015. 9 Kelley D., Singer S., Herrigton M., 2015/16 Global Report, Global Entrepreneurship Monitor.
Barra minn hekk, hi biss nofs il-popolazzjoni tal-UE ta’ 15-il sena u aktar
li taqbel li l-edukazzjoni skolastika
tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta ta’ attitudni
intraprenditorjali (ara l-Tabella 5)10.
2.3. Spariġġ fil-ħiliet
L-ispariġġ fil-ħiliet jirreferi għal
diskrepanza bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħiliet fis-suq tax-xogħol. Fi
kliem ieħor, sitwazzjoni li fiha l-ħiliet imfittxija mill-impjegaturi huma differenti
mill-ħiliet offruti mill-persuni li qed ifittxu impjieg jew mill-ħaddiema. Jekk
jippersisti, l-ispariġġ fil-ħiliet, li jista’ jieħu forom differenti, jista’ jwassal għal
telf ekonomiku u soċjali fit-terminu qasir
u fit-tul għan-nies, għall-impjegaturi u għas-soċjetà.
10 Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Flash 354, Entrepreneurs in the EU and beyond, 2012.
Paġna 6 |
Tliet dimensjonijiet ewlenin li rċevew l-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika u
tal-akkademiċi huma:
1) l-ispariġġ makroekonomiku fil-ħiliet,
li jirreferi għad-differenzi fil-ħiliet bejn l-impjiegi offruti u l-grupp ta’
persuni qiegħda fi ħdan livelli mifruxa ta’ kwalifika;
2) nuqqasijiet ta’ ħiliet speċifiċi, li jirreferu għan-nuqqas ta’ kapaċità
tal-impjegaturi biex isibu l-ħaddiema
b’ħila jew b’okkupazzjoni speċifika; u 3) l-ispariġġ fil-ħiliet fix-xogħol, li
jirreferi għad-differenzi bejn il-ħiliet tal-individwi impjegati u l-ħiliet
meħtieġa biex iwettqu xogħolhom11. L-indikaturi makroekonomiċi tal-
ispariġġ fil-ħiliet jistgħu jkunu aktar siewja taħt is-Semestru Ewropew,
peress li huma aktar affidabbli,
disponibbli b’mod aktar spiss, u għandhom rabta aktar b’saħħitha ma’
tħassib prinċipali tal-politika bħall-qgħad fit-tul jew strutturali.
11 Għal rieżami dettaljat, ara Kiss, A. u Vandeplas, A. (2015) Measuring Skills Mismatch. Analytical Webnote 7/2015, DĠ EMPL.
Mod kif jitkejjel l-ispariġġ makroekonomiku fil-ħiliet hu li jiġi
analizzat kif ir-rati ta’ impjieg tal-gruppi
ta’ ħiliet differenti (livell għoli, medju u baxx ta’ ħiliet) ivarjaw mir-rata ta’
impjieg tal-popolazzjoni sħiħa għal pajjiż u għal sena partikolari. Aktar ma tkun
għolja d-differenza (id-dispersjoni relattiva) aktar ma jkun għoli l-ispariġġ
makroekonomiku fil-ħiliet. It-Tabella 6 turi kif l-Istati Membri tal-UE
jipparagunaw ma’ xulxin f’dan ir-rigward. Id-dispersjoni tar-rata ta’ impjieg hi
għolja ħafna fil-Belġju, fil-Bulgarija, fil-
Kroazja, fl-Irlanda u fl-Italja. F’ħafna mill-każijiet, din hi xprunata minn rati
anqas ta’ impjieg għal dawk b’livell baxx ta’ ħiliet (b’mod partikolari meta
mqabbla mal-ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet). Għad li hemm bżonn li ssir analiżi
aktar approfondita speċifika għall-pajjiżi biex jiġu mifhuma l-fatturi ewlenin
sottostanti, l-istudju tat-tendenzi tul
perjodu itwal ta’ żmien hu siewi wkoll.
Paġna 7 |
Tabella 6 — Id-dispersjoni relattiva tar-rati ta’ impjieg skont il-livell tal-edukazzjoni
Sors: Kalkoli proprji bbażati fuq il-Eurostat. Il-medja annwali bbażata fuq il-medja ta’ erba’ kwarti.
Għad li tul il-perjodu tal-kriżi l-eżiti tas-suq tax-xogħol tgħarrqu anki għal dawk
b'edukazzjoni terzjarja, it-twassil tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-attitudnijiet
rilevanti liż-żgħażagħ għadu jiffaċilita t-
tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg. Il-Tabella 7 turi l-perċentwal
taż-żgħażagħ gradwati riċentement li sabu impjieg kontra l-punt ta’ riferiment,
stabbilit mill-Kunsill fl-2012, li skont dan tal-anqas 82% taż-żgħażagħ gradwati
riċentement għandhom ikunu qed
jaħdmu sal-2020.
Tabella 7 — L-impjegabbiltà: ir-rati ta’ impjieg tal-gradwati riċenti ta’ 20-34 sena, 2016
Sors: Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol
Paġna 8 |
Ir-rata ta’ impjieg taż-żgħażagħ gradwati riċentement fl-UE b’mod ġenerali żdiedet
aktar għal 78.2% fl-2016, u kkonsolidat
l-irkupru gradwali riċenti. Mill-2013, ir-rata ta’ impjieg tal-gradwati mill-
edukazzjoni sekondarja għolja żdiedet bi 3.2 pps, filwaqt li r-rata għall-gradwati
terzjarja b’ċiklu qasir jirċievu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV).
Dan jagħmel l-ETV sors importanti ta’
ħiliet u ta’ kompetenzi għall-ekonomiji tal-UE.
Għaldaqstant, hu essenzjali li s-sistemi
tal-ETV inizjali jipprovdu ħiliet bażiċi, trażversali u vokazzjonali adegwati li
jkunu xierqa għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi. Dawn għandhom jattrezzaw
ukoll lill-istudenti biex jinvolvu rwieħhom
fit-tagħlim aktar tard fil-ħajja u jimmaniġġjaw it-tranżizzjonijiet mill-
edukazzjoni għall-impjiegi kif ukoll minn impjieg għal ieħor jew mill-qgħad għall-
impjieg.
Ir-rilevanza tal-edukazzjoni għas-suq
tax-xogħol, ir-rati ta’ impjieg taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-
edukazzjoni għax-xogħol kienu dawk li
fuqhom iffokaw il-politiki ekonomiċi u settorjali tul l-aħħar snin.
Għal dawk li jlestu l-edukazzjoni inizjali tagħhom f’livelli tal-edukazzjoni
sekondarja jew post-sekondarja mhux terzjarja, l-ETV juru tranżizzjoni
sistematikament aħjar fis-suq tax-xogħol minn dawk li għandhom kwalifika mill-
edukazzjoni sekondarja għolja jew post-sekondarja mhux terzjarja mill-perkors
ġenerali u li ma jkomplux fl-edukazzjoni
għolja.
Fl-2016, il-gradwati riċenti tal-ETV kellhom rata ta’ impjieg ġenerali ta’ 75%
fl-UE. Għaldaqstant, urew eżiti tal-impjieg aħjar mill-gradwati riċenti mill-
edukazzjoni sekondarja għolja li ġejjin
minn programmi ta’ orjentazzjoni ġenerali (62.9%) (Tabella 8).
Tabella 8 — Ir-rata ta’ impjieg tal-gradwati riċenti mill-edukazzjoni sekondarja għolja u post-sekondarja mhux terzjarja 2016
Sors: Eurostat (LFS, 2016) Kodiċi ta’ data online: edat_lfse_24.
L-indikatur ikejjel ir-rati ta' impjieg ta' persuni fl-età ta' bejn l-20 u l-34 sena li temmew l-edukazzjoni minn 1-3
snin qabel l-istħarriġ b'diploma minn edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni post-sekondarja
mhux terzjarja (ISCED 4), mill-persuni fl-istess grupp ta' età li attwalment mhuma rreġistrati fl-ebda edukazzjoni jew taħriġ formali jew mhux formali ulterjuri.
Paġna 10 |
B’mod ġenerali, dan jindika li l-ETV ġenerali huma għażla tajba għal dawk iż-
żgħażagħ li mhuwiex biħsiebhom ikomplu jistudjaw fi programmi tal-
edukazzjoni għolja. Xorta waħda, l-eżiti medji jaħbu ċerta disparità bejn il-pajjiżi
differenti filwaqt li juru wkoll lok fejn
tittejjeb il-kwalità tal-ETV f’dawk il-pajjiżi fejn l-eżiti tal-ETV għadhom lura meta
mqabbla mal-medja tal-UE.
Fl-aħħar snin, l-għadd assolut ta’ studenti fl-ETV u s-sehem tagħhom mill-
istudenti totali fl-edukazzjoni sekondarja
għolja qabdu jonqsu fl-UE.
L-għadd kumplessiv ta’ studenti tal-ETV-i (inizjali) fil-livell sekondarju għoli fl-UE
mill-2013 naqas b’madwar 500 000 (4.7%), għal 10 309 154 fl-2015. Din it-
tendenza ta’ tnaqqis kienet evidenti f’kull
wieħed mill-erba’ pajjiżi bl-akbar popolazzjoni ta’ studenti tal-ETV li
jirrappreżentaw aktar minn 50% tal-istudenti kollha tal-ETV fl-UE.
Għaldaqstant, is-sehem relattiv ta’
studenti tal-ETV naqas minn 48.9% fl-
2013 għal 47.3% fl-2015.
Madankollu, hemm grad għoli ta’ varjazzjoni bejn il-pajjiżi f’termini tad-
daqs assolut u relattiv tas-sistemi tal-ETV tagħhom. Dan hu parzjalment dovut
għall-varjetà ta’ programmi tal-ETV
offruti bejn il-pajjiżi.
Diversi Stati Membri tal-UE għadhom sehem relattivament għoli ta’ żgħażagħ li
jagħżlu l-perkors tal-edukazzjoni sekondarja għolja ġenerali, iżda ma
jkomplux bl-edukazzjoni għolja (Tabella
9).
Sehem kbir ta’ dawn iż-żgħażagħ jissuġġerixxi li hemm lok fejn dawn jiġu
pprovduti b’opportunitajiet biex jiksbu kwalifika professjonali — jew f’livell tal-
edukazzjoni sekondarja, post-sekondarja jew inkella terzjarja.
L-Istati Membri jistgħu jindirizzaw l-estensjoni tal-ETV inizjali b’diversi modi,
filwaqt li jqisu d-domanda għal kwalifiki differenti fis-suq tax-xogħol. It-tisħiħ tal-
attraenza u tal-offerta ta’ ETV f’livell sekondarju għoli hu partikolarment siewi
għall-pajjiżi b’ishma kbar ta’ persuni li
jitilqu kmieni mill-iskola. F'dawn il-pajjiżi, l-ETV jista’ jikkontribwixxi b’mod
sostanzjali għaż-żieda tal-kisbiet edukattivi.
Għall-pajjiżi b’ishma kbar ta’ gradwati
mill-edukazzjoni sekondarja għolja
ġenerali li ma jkomplux bl-edukazzjoni għolja, it-tisħiħ tal-offerta ta’ ETV f’livell
post-sekondarji mhux terzjarju jew terzjarju b’ċiklu qasir jista’ jkun
alternattiva siewja.
Biex jindirizzaw il-qgħad persistenti fost
iż-żgħażagħ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll opportunitajiet ta’
tagħlim għall-adulti, billi jippermettu r-ritorn fl-edukazzjoni u fit-taħriġ għal
dawk iż-żgħażagħ li diġà jkunu telqu mill-edukazzjoni inizjali.
Pereżempju, użu aktar immirat tal-FSE jista’ jindirizza l-isfida, b’mod partikolari
peress li nstab li t-taħriġ għall-qiegħda kien wieħed mill-aktar oqsma ta’