Agence exécutive pour l'innovation et les réseaux /Uitvoerend Agentschap innovatie en netwerken, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË - Tel. +32 22991111 IL-KUMMISSJONI EWROPEA Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET FIL-KUNTEST TAL-FAĊILITÀ NIKKOLLEGAW L-EWROPA FIL-QASAM TAN-NETWERKS TAT- TELEKOMUNIKAZZJONI TRANS-EWROPEJ Il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali: WiFi4EU (WiFi4EU-2019-1) 1. SFOND U RAĠUNAMENT Il-kuntest ġenerali għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet huwa ddefinit fit-Taqsimiet 2.3.2 u 4 tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali għall-2019 u l-2020 għal assistenza finanzjarja fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) – Settur tat- Telekomunikazzjonijiet (WP 2019-2020) 1 kif ippubblikat fil-paġna tal-WiFi4EU fuq is- sit web tal-INEA 2 . L-isfond u r-raġunament wara din is-sejħa għall-applikazzjonijiet huma ddefiniti fit-Taqsima 4.1.1 tal-Programm ta’ Ħidma tal-2019-2020. Għall-finijiet ta’ din is-sejħa, se tingħata għotja ssimplifikata fil-forma ta’ somma f’daqqa (“vawċer”). 2. PRIJORITAJIET U OBJETTIVI 2.1 L-eżiti tal-prijoritajiet L-eżiti prijoritarji ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet huma ddefiniti fit-Taqsima 4.1.2 tal-Programm ta’ Ħidma tal-2019-2020. L-inizjattiva WiFi4EU hija skema ta’ appoġġ li tipprovdi aċċess għal Internet ta’ kwalità għolja lir-residenti lokali u lill-viżitaturi fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali. Tali konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas u bla kondizzjonijiet diskriminatorji mistennija tikkontribwixxi biex jitnaqqas id-distakk diġitali, b’mod speċjali f’kommunitajiet li għadhom lura f’termini ta’ litteriżmu diġitali, inkluż f’żoni rurali u dawk imbiegħda. 1 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)1021 final 2 https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/wifi4eu
12
Embed
S APPLIKAZZJONIJIET FIL KUNTEST TAL-F IKKOLLEGAW L … · L-inizjattiva WiFi4EU hija skema ta’ appoġġ li tipprovdi aċċess għal Internet ta’ kwalità għolja lir-residenti
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Agence exécutive pour l'innovation et les réseaux /Uitvoerend Agentschap innovatie en netwerken, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË - Tel. +32 22991111
IL-KUMMISSJONI EWROPEA Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks
Il-benefiċċji u l-eżiti mistennija ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet huma ddefiniti fit-
Taqsima 4.1.2 tal-Programm ta’ Ħidma tal-2019-2020. Għadd indikattiv ta’ 3,400 vawċer
mistenni li jkun mogħti skont din is-sejħa.
3. SKEDA TAŻ-ŻMIEN
Il-ftuħ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet L-4 ta’ April 2019 (13:00:00 CEST)
L-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet Il-5 ta’ April 2019 (17:00:00 CEST)
L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet April 2019 (indikattiva)
Konsultazzjoni tal-Kumitat tas-CEF Mejju 2019 (indikattiva)
Adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Għażla Mejju 2019 (indikattiva)
It-tħejjija u l-iffirmar tal-Ftehimiet tal-
Għotjiet
Minn Mejju 2019 (indikattiva)
4. BAĠIT
L-ammont indikattiv li għandu jiġi allokat fuq il-bażi ta’ din is-sejħa għall-
applikazzjonijiet għall-inizjattiva WiFi4EU huwa ta’ EUR 51 miljun. L-ammont ta’ kull
vawċer li għandha tiġi allokata huwa ta’ EUR 15,000 fil-forma ta’ somma f’daqqa.
5. REKWIŻITI GĦALL-AMMISSIBILITÀ
Hemm erba’ rekwiżiti għall-ammissjoni kif ġej:
1. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-Portal
WiFi4EU3.
2. L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi bl-użu ta’ kont tal-EU Login4 marbut mar-
reġistrazzjoni tal-muniċipalità5.
3 https://www.wifi4eu.eu/#/home 4 Għal aktar informazzjoni dwar kif tikseb EUlogin, ara https://webgate.ec.europa.eu/cas 5 Huwa rakkomandat li l-kont tal-EU Login użat biex jirreġistra l-muniċipalità jinħoloq bl-indirizz elettroniku
nominattiv tas-sindku/kap tal-muniċipalità/rappreżentant legali, jiġifieri l-persuna li għandha l-kompetenza li tiffirma
a) jikkonforma mal-obbligi li jżomm l-installazzjoni tal-WiFi attiva għal perjodu ta’
tliet snin;
b) irrikonfigura n-netwerk(s) tal-WiFi4EU tiegħu sabiex jikkonnettjahom mas-
soluzzjoni għall-awtentikazzjoni sikura u l-monitoraġġ b’konformità sħiħa mar-
rekwiżiti stipulati fit-taqsima 6.2.1.
jista’ jwassal għall-irkupru tal-ammont tal-vawċer mingħand il-benefiċjarju.
L-Aġenzija mhix se tintervjeni fir-relazzjonijiet kontraenti tal-benefiċjarju mal-
kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi.
9.3 Kunsiderazzjonijiet finanzjarji oħra
9.3.1 Għotja nonkumulattiva
Azzjoni tista’ tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE. L-istess spejjeż, fl-ebda
ċirkostanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-UE.
9.3.2 Nonretroattività
L-ebda għojta ma tista’ tingħata retrospettivament għal azzjonijiet li diġà tlestew sad-data
tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-Għotja.
10. FTEHIM TAL-GĦOTJA
Il-muniċipalità li jirnexxielha tieħu l-għotja se tkun mistiedna mill-INEA biex tiffirma
Ftehim tal-Għotja, imfassal f’EUR u li jippreċiża l-kondizzjonijiet ta’ finanzjament. Il-
mudell tal-Ftehim tal-Għotja standard, li huwa disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-
UE, mhuwiex negozjabbli15
.
Huwa ferm irrakkomandat li l-Ftehim tal-Għotja jiġi ffirmat mir-rappreżentant legali
(sindku/kap ta’ muniċipalità). Fil-każ li r-rappreżentant legali jkun jixtieq jaħtar persuna
oħra biex tiffirma l-Ftehim tal-Għotja, (jiġifieri l-hekk imsejħa “Persuna awtorizzata”) id-
dokumenti supplementari li ġejjin iridu jittellgħu fuq il-Portal WiFi4EU, sa mhux aktar
tard minn qabel l-iffirmar tal-Ftehim tal-Għotja:
1. Il-formola tal-“Persuna awtorizzata”16
- “Dokument 3” kif imsemmija fil-Portal
WiFi4EU
15 Il-mudell tal-Ftehim tal-Għotja huwa disponibbli fuq il-paġna web tas-sejħa:
https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/wifi4eu 16 Din il-formola hija disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-
Il-mistoqsijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ din is-sejħa għandhom ikunu indirizzati
lill-Helpdesk tas-sejħa, aċċessibbli permezz tal-Portal WiFi4EU18
. It-tweġiba tingħata
mill-Helpdesk direttament fl-indirizz tal-posta elettronika li fiha tkun intbgħatet il-
mistoqsija.
It-tweġibiet abbażi ta’ mistoqsijiet sottomessi rikorrenti jistgħu jiġu ppubblikati fil-lista
tal-mistoqsijiet frekwenti disponibbli fuq is-sit web19
tas-Suq Uniku Diġitali, u
aċċessibbli wkoll fil-paġna web ta’ din is-sejħa.
12.2 Il-proċedura tas-sottomissjoni
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss b’mod elettroniku, dejjem jekk id-
dokumenti meħtieġa jittellgħu fuq il-Portal WiFi4EU bl-użu tal-kont tal-EU Login użat
għar-reġistrazzjoni tal-muniċipalità fil-Portal. Barra minn hekk, l-applikazzjonijiet iridu
jiġu sottomessi wara d-data tal-ftuħ tas-sejħa: l-4 ta’ April 2019 fis-13:00:00 CEST
(Ħin ta’ Brussell) u qabel l-iskadenza tas-sejħa: il-5 ta’ April 2019 fil-17:00:00 CEST
(Ħin ta’ Brussell). L-applikazzjonijiet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE se jiġu aċċettati.
L-applikant jista’ jagħfas il-buttuna biex jissottometti l-applikazzjoni fi kwalunkwe ħin.
Madankollu, kwalunkwe tentattiv biex jissottometti qabel il-ftuħ formali tas-sejħa għall-
applikazzjonijiet skont l-arloġġ tas-server ċentrali se jiġi miċħud awtomatikament. L-
17 Għal aktar informazzjoni dwar kif tikseb EUlogin, ara https://webgate.ec.europa.eu/cas 18 Ara www.wifi4eu.eu 19 Ara https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/policies/wifi4eu-free-wi-fi-europeans
20 Ara https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32018R1725 21 Ara https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1533027354880&uri=CELEX:32018R1046