Tifħira lil MaltaĠan Anton Vassallo
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Int sabiħa, o Malta tagħna!Mhux għax Malti nfaħħrek jien;Issemmik id-dinja kollha,Magħruf ġmielek kullimkien.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Imgħottija bl-isbaħ sema,L-ogħna dawl ix-xemx tagħtik,Ma xxawtekx, bil-ħlewwa ssaħħnek,Ġid iġġiblek u tqawwik.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Fik il-bard lil ħadd ma jikserMeta x-xemx tgħaddilek bgħid,ma jiġix inhar tul senaIlli ma jsaħħnekx xi ftit.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
U l-art tiegħek kulma tagħmelKollu tajjeb, kollu bnin;Ġewwa bliethom il-frott tiegħek Jixtiquh wisq barranin.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Illi l-ġid bil-wisq tagħtinaQaluh fl-ibgħad żminijiet;Filli tagħti għad li żgħira,Tisboq ’il bosta artijiet.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
B’kull tifħir, o Gżira mbierka,Il-għorrief semmewk, kitbuk;Għal insiġ idejn uliedekElfejn sena ilu faħħruk.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Liema ħaġa li fik tinbetTieba u benna ma turix?Il-larinġa, il-frawla tiegħekMin fid-dinja ma jsemmix?
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
U xi ngħid mill-għasel tiegħek,Liema bniedem ma jfaħħrux?Jekk iduru d-dinja kollhaOħla minnu ma jsibux.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Fik il-qronfla, fik il-wardaBiex tħawwilhom l-angli ġiet,Imkien ġmielhom, imkien bħalhom,Fihom riħa tas-smewwiet.
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010
Ġewwa fik, o Gżira tagħna,Ħlief il-ħlewwa ma tidhirx;U kif le, jekk ismek, ismekĦlief il-għasel ma jfissirx?
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010