Top Banner
15

L Imdina

Jun 30, 2015

Download

Documents

aazz0015

Informazzjoni dwar l-Imdina
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: L Imdina
Page 2: L Imdina

L-Imdina qiegħda fuq għolja, b’hekk tidher minn kullimkien. Qiegħda ’l ġewwa ħafna mill-baħar, viċin ir-Rabat, Malta. Hi mdawra minn widien fondi u foss fond. Ħafna mit-toroq ta’ din il-belt is-Siekta għadhom bħalma kienu fl-antik, jiġifieri dojoq ħafna u jserrpu. Dan sar biex jekk l-għadu jirnexxilu jidħol fil-belt, dan ikollu javvanza bil-mod u l-Maltin ikollhom iċ-ċans jistaħbew jew jimblukkaw it-toroq.

Page 3: L Imdina

Ir-Rumani, li għexu hemm kienu jsibu frott, ħxejjex u għasel bnin. Huma sejħulha Melita għax din il-kelma ġejja mill-kelma ‘Meli’(għasel) jew inkella ‘Melitta’ (naħla).

Meta ġew l-Għarab dan l-isem inbidel f’dak

ta’ Medina li tfisser ‘belt’. Bil-ftit il-ftit din il-kelma tbiddlet f’Imdina u baqgħet tissejjaħ hekk sal-lum. Is-sultan Alfonsu sejħilha Citta Notabile iżda sa ftit ilu konna għadna nsejħulha Citta Vecchia billi hija l-belt il-qadima ta’ Malta.

Page 4: L Imdina
Page 5: L Imdina

L-Imdina hija l-eqdem belt kapitali ta’ Malta. Fi żmien il-ħakma Rumana, kellha t-titlu ta’ Muniċipju, jiġifieri ċittadini Maltin kellhom sehem fit-tmexxija ta’ Malta.

Meta ġew l-Għarab fit-870 W.K., dawn irranġaw is-swar biex iħarsuha mill-furbani (pirati). L-Imdina hi mibnija f’nofs Malta biex tkun ’il bogħod mix-xtut għax dak iż-żmien l-għadu kien jiġi bil-baħar.

Page 6: L Imdina

Mal-wasla tan-Normanni, immexxija mill-Konti Ruġġieru, Malta bdiet bil-mod il-mod issir Nisranija.

In-Normanni u l-ħakkiema ta’ warajhom żammew is-sbuħija u l-qawwa ta’ l-Imdina. Mill-Imdina kienet tintbagħat l-għassa mal-kosta (dawra tal-baħar) ta’ Malta.

Page 7: L Imdina

Il-Kavallieri ta’ San Ġwann ġew Malta fl-1530. Billi l-Kavallieri riedu jħarsu lil Malta mill-Musulmani li f’dak iż-żmien kienu qawwija u b’saħħithom ħafna, sabu li jkun aħjar jgħixu qrib il-baħar minħabba x-xwieni tagħhom. Għalhekk, marru jgħixu l-Birgu. Minħabba f’hekk l-importanza ta’ l-Imdina naqset.

Page 8: L Imdina

Il-Katidral

Page 9: L Imdina

II-Katidral tal-Imdina huwa wieħed mill-isbaħ fl-Ewropa minħabba l-istil li fuqu huwa mibni.

Bit-terremot li sar fl-1693, il-knisja saret ħerba u għalhekk l-Isqof iddeċieda li jibnieh mill-ġdid. Il-perit ta’ dan il- Katidral kien Lorenzo Gafà li ma riedx li jitħallas ta’ xogħlu.

Page 10: L Imdina
Page 11: L Imdina

Il-Mużew tal-Istorja Naturali jinsab ħdejn il-bieb ewlieni tal-Imdina. Fih hemm annimali, insetti, għasafar, blat ta’ Malta u fossili.

Maġenb il-Mużew, taħt l-art insibu Mużew tax-xemgħa: l-Imdina Dungeons li fih insibu numri ta’ mudelli meħuda minn żminijiet storiċi differenti.

Page 12: L Imdina
Page 13: L Imdina

Bieb il-Griegi

Page 14: L Imdina

L-Imdina joqogħdu madwar 400 ruħ. L-Imdina m’hawnx bħalha fid-dinja. Kull sena eluf ta’ turisti minn ħafna pajjiżi jiġu jżuruha u lkoll jissaħħru bil-ġmiel tagħha.

Page 15: L Imdina

Tmiem