Top Banner
It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal- Vġili Sena B
39

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Jan 02, 2016

Download

Documents

neve-walton

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili. Qari I Il-Mulej tgħaxxaq bik. Is 6 2 , 1 -5 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili. Min ħ abba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm - PowerPoint PPT Presentation
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddiesa tal-Vġili

Sena B

Page 2: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Qari IIl-Mulej tgħaxxaq bik.Is 62, 1-5

Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 3: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Minħabba f’Sijon ma nehdiex,minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx,sa ma tfeġġ bħal dija l-ġustizzja tagħha,tħeġġeġ bħal torċa s-salvazzjoni tagħha.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 4: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus,u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha.B’isem ġdid għad isejħulek,isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 5: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej,u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.Ma jgħidulekx aktar l-Abbandunata,lanqas lil artek l-Imħarbta.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 6: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Lilek għad isejħulek Għaxqti fiha,u lil artek għad jgħidulha Għarusa;għax l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 7: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Bħalma għarus jitgħarras xebba,hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek;u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu,hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 8: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 9: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Salm Responsorjali

Salm 88 (89), 4-5.16-17.27.29

℟. It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 10: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Int għedt Mulej:«Għamilt patt mal-magħżul tiegħi,Ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:Jien nagħmelli nislek jibqa’ għal dejjem,li f’kull żmien jibqa’ sħiħ it-tron tiegħek.»

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 11: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

℟.

It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 12: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Hieni l-poplu li jaf jgħajjat bil-ferħ,li jimxi, Mulej, fid-dawl ta’ wiċċek.B’ismek jithennew il-jum kollu,u bil-ġustizzja tiegħek jifirħu.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 13: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

℟.

It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Page 14: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

«Hu jsejjaħli: “Int missieri u Alla tiegħi,fortizza u salvazzjoni tiegħi!”It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem,u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.»

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 15: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

℟.

It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Page 16: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Qari IIPawlu jixhed għal Kristu, Bin David.Atti 13, 16-17. 22-25

Qari mill-Ktiebtal-Atti tal-Appostli.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 17: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Meta ġie f’Antijokja ta’ Pisidja, Pawlu qam fis-sinagoga, għamel sinjal b’idu u beda jitkellem: «Nies ta’ Iżrael, u intom il-ġnus litibżgħu minn Alla, isimgħuni.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 18: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Alla ta’ dan il-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna. Meta l-poplu kien jgħix f’art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm bil-qawwa ta’ driegħu.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 19: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Meta mbagħad neħħa lil Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David, li għalih ta din ix-xhieda: “Sibt lil David, bin Ġesse, Raġel skont qalbi, li jagħmel dak kollu li rrid jien.”

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 20: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Min-nisel ta’ David, Alla, skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur, li hu Ġesù. Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandarmagħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 21: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

U meta kien wasalfi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal: “Jien m’iniex dak li intomtaħsbu li jien. Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien anqas jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh.”»

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 22: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 23: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah. ℟. Hallelujah.

Għada jinqered il-ħażen tal-art,u jsaltan fuqna s-Salvatur tad-dinja.℟. Hallelujah.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 24: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

EvanġeljuKtieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David.Mt 1, 1-25

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 25: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 26: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram,

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 27: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Aram nissel lil Għamminadab,Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut,Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 28: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

David nissel lil Salamun mill-mara ta’ Urija, Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, Asa nissel lil Ġosafat,Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija,

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 29: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija, Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon,Amon nissel lil Ġosija,Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kienżmien l-eżilju f’Babilonja.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 30: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel,Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim,Eljakim nissel lil Ażor, Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim,

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 31: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Akim nissel lil Eliħud,Eliħud nissel lil Elgħażar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu l-Messija.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 32: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel,minn David sal-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 33: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 34: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust U ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħathabil-moħbi tan-nies.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 35: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: «Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tie˙u g˙andek lil, martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 36: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.»

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 37: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: «Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, U jsemmuh Għimmanu-El,» li bi lsienna jfisser “Alla magħna.”

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 38: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu. Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili

Page 39: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

℟. Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili