1 + Verbum Dei caro factum est Soċjetà tad-Durina Nisranija M.U.S.E.U.M. Folja nru 6 - Għall-adolexxen tal-Griżma IMSEJĦIN BĦALA ULIED - 2 Liema kienu l-ewwel laqgħat tagħna ma’ Ġesù? Kienet il-Magħmudija li fetħilna l-bieb tal-imħabba egħu. Minn hemm bdejna t-triq tagħna miegħu. 1. M’aħniex biss ulied ta’ ommna u ta’ missierna, għalkemm nixbhuhom; imma nixbhu lil Alla fuq il-mudell ta’ Ġesù u grazzi għall-Ispirtu s-Santu. 2. San Pawl kiteb ira ta’ 6 kapitli lill-Efesin; huma 4 paġni mill-Bibbja. 3. Kiteb hekk: “Imbierek Alla, Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull barka spiritwali fi Kristu, bħalma għażilna fih, qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisin u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba, li ddesnana minn qabel biex inkunu wliedu addovi b’Ġesù Kristu.” 4. Efesu kienet belt fit-Turkija. Fiha kien hemm komunità Nisranija. San Pawl fakkarhom li Ġesù hu ċ-ċentru tal-fidi tagħhom; li l-proġe ta’ Alla jseħħ f’Ġesù, li jiġbor lil dawk kollha li jemmnu f’poplu wieħed, il-Knisja. 5. Il-Magħmudija hi s-sejħa ta’ Ġesù biex aħna nsiru wlied Alla. Ġesù hekk qal lill-Appostli. Hu s-Sagrament li mingħajru ma nkunux par mill-Knisja. Aħna niſtakru fil-Magħmudija tagħna f’diversi ċelebrazzjonijiet tal-Knisja.