Top Banner
FESTA 2019 San Gorg . .
24

FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

Jul 11, 2019

Download

Documents

Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

FESTA2019San Gorg.

.

Page 2: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġorġ, impitter biż-żejt fuq it-tila minn Francesco Vincenzo Zahra fl-1763. Dan il-kwadru u dak ta’ faċċata tiegħu, li juri lil San Ġorġ quddiem l-Imperatur Djoklezjanu, huma meqjusa fost l-aqwa kapulavuri ta’ dan l-artist Malti, u kienu ġew ikkummissjonati mill-Arċipriet Kan. Dr Giacomo Galea, li jinsab midfun fl-istess kor. Iż-żewġ pitturi, flimkien mal-ġwarniċi tagħhom, għadhom kemm ġew irrestawrati mid-ditta Atelier del Restauro (in-Naxxar) b’fondi parzjalment mogħtija mill-Unjoni Ewropea.

mill-Kurunella lil San Ġorġ Martrita’ Mons. Ludovik Mifsud Tommasi

Iżda fl-aħħar sabiex taħsad l-isbaħ palma minn tal-ġieħ,manigold jaħsadlek rasek u għall-Ġenna ttir rebbieħ.

B’dik is-setgħa li tak Allaminn tal-ikbar għeġubijiet,rebbiħin oħroġna dejjemsakemm naslu fis-Smewwiet.

Page 3: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

Għawdexjiċċelebra l-Festi Prinċipali f’ġieħ

il-Protettur setgħan tiegħu

SAN ĠORĠ MEGALOMARTRI

il-Patruntad-Djoċesi u tal-Belt Victoria

ut-Titular

tal-Knisja ProtoParrokkjali u ArċiMatriċiBażilika u Kolleġġjata Lateranensi in urbe

Omm il-Parroċċi tal-Gżira

6 ~ 21 ta’ Lulju 2019

Page 4: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

2

festa San Ġorġ 2019

Id-Disa’ Ħamisijiet ta’ San Ġorġ

Fis-16 ta’ Mejju 2019 bdew id-Disa’ Ħamisijiet bi tħejjija spiritwali għall-Festa ta’ San Ġorġ li kienu mmexxija mill-Arċipriet, b’quddiesa fit-8.00pm li fiha sar talb speċjali għall-familji tat-toroq kollha tal-Belt Victoria.

Il-Victoria International Arts Festival – It-22 Edizzjoni

Dan il-festival internazzjonali, fil-kuntest tal-Festa ta’ San Ġorġ, twieled fl-1998 bħala offerta ta’ kultura għolja li tagħni b’dimensjoni ġdida u tikkostitwixxi żvilupp oriġinali fil-festa tradizzjonali Maltija. Kulħadd huwa mistieden għas-serati kollha li huma mingħajr ħlas, proprju biex jitħares il-karattru popolari ta’ dan il-festival. Programm dettaljat tat-tnejn u għoxrin edizzjoni jinsab fuq www.viaf.org.mt.

L-ERBGĦA 12 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert Korali u Orkestrali bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-Kor Laudate Pueri u s-Symphonischer Chor Hamburg, is-sopran Miriam Cauchi, il-kontraltista Roberto Colavalle, it-tenur Mike Connaire, il-baritonu Louis Andrew Cassar u l-baxx Sönke Tams-Freier, taħt id-direzzjoni ta’ Thomas Dahl (il-Ġermanja/l-Italja/Malta), fit-Teatru Astra.

Il-ĦAMIS 13 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-vjolinista Clemens Böck, il-vjolinċellista Anne Sophie Keckeis u l-pjanista Christina Scheicher (l-Awstrija), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

Il-ĠIMGĦA 14 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-pjanista Gabriele Vianello (l-Italja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IS-SIBT 15 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-vjolinista Dejan Bogdanovich u l-pjanista Gabriele Vianello (l-Italja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

• •

Page 5: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

3

festa San Ġorġ 2019

IL-ĦADD 16 TA’ ĠUNJU11.45am: Inawgurazzjoni ta’ wirja taċ-ċeramika minn Paul Haber (Malta), fil-Mużew Il-Ħaġar.

IT-TNEJN 17 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert minn Le Jardin Musical (Franza), fil-Bażilika.

IT-TLIETA 18 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-Comet Musicke (Franza), fil-Bażilika.

L-ERBGĦA 19 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mil-L’État Libre de Neige (in-Norveġja), fil-Bażilika.

IL-ĦAMIS 20 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-Arianna Art Ensemble (Sqallija), fil-Bażilika.

IL-ĠIMGĦA 21 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert bil-vjolin u l-harpsichord minn Jacob Portelli u Joanne Camilleri (Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IS-SIBT 22 TA’ ĠUNJU12.00pm: The Composer Speaks Series minn Kristian Schembri u Debutants’ Concert (Malta), fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex.8.00pm: Kunċert mill-klarinettista Jože Kotar u l-pjanista Luca Ferrini (is-Slovenja/l-Italja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IL-ĦADD 23 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-vjolinista Klara Pantillon, il-vjolinċellista Christophe Pantillon u l-pjanista Biliana Tzinlikova (l-Awstrija/il-Bulgarija), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IT-TNEJN 24 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-Martinů Quartet (ir-Repubblika Ċeka), fil-Bażilika.

IT-TLIETA 25 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-vjolisti Pierre Henri Xuereb u Ruixin Niu u l-bassista Gjorgji Cincievski (Franza, il-Maċedonja), fil-Knisja ta’ San Franġisk.

Page 6: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

4

festa San Ġorġ 2019

L-ERBGĦA 26 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mit-trumbettisti Jason Borg, Robert Buttigieg u Duncan Camilleri, l-ewfonisti George Camilleri, Daniel Gauci u Joseph Gauci, it-tubista Antoine Micallef, u l-pjanista Francis James Camilleri (Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IL-ĦAMIS 27 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mill-Quartet Arantius (il-Venezwela/il-Gżejjer Kanarji/Spanja/it-Turkija/l-Awstrija ta’ Fuq), fil-Knisja ta’ Santu Wistin.

IL-ĠIMGĦA 28 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert ta’ mużika sagra Marjana Sub tuum præsidium mill-Kor Laudate Pueri (Malta), u l-inawgurazzjoni tar-restawr taż-żewġ Kwadri laterali tal-Kor, xogħol Francesco V. Zahra, fil-Bażilika.

IS-SIBT 29 TA’ ĠUNJU12.00pm: Kunċert mill-Cordia Quartet (l-Ungerija/Malta), fil-Mużew Il-Ħaġar.

IL-ĦADD 30 TA’ ĠUNJU8.00pm: Kunċert mir-Royal Conservatoire Brass (l-Iskozja), fuq il-bejt tal-Mużew Il-Ħaġar.

IT-TNEJN 1 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-flawtista Fiorella Camilleri u l-kitarrista Pierre Bibault (Malta/Franza), fil-Kurja tal-Isqof.

IT-TLIETA 2 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-pjanista So Yeong Kim (il-Korea ta’ Isfel), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

L-ERBGĦA 3 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-Avant Pianoforte Trio (l-Ingilterra), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IL-ĦAMIS 4 TA’ LULJU12.00pm: Kunċert korali minn The University of Hull Chapel Choir (direttur: Simon Desbruslais) (l-Ingilterra), fil-Bażilika.8.00pm: Kunċert mill-vjolinċellista Athil Hamdan u l-pjanista Francis James Camilleri (is-Sirja/Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

IL-ĠIMGĦA 5 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-vjolinċellista Daniel Veis u l-pjanista Helena Veisová (ir-Repubblika Ċeka), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.

Page 7: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

5

festa San Ġorġ 2019

IS-SIBT 6 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-kitarrista Gunnar Voster (in-Norveġja), fil-Kappella ta’ Dar Manresa.

IL-ĦADD 7 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-Auric Saxophone Quartet (l-Ingilterra), fi Triq Mons. Giuseppe Farrugia.

IT-TNEJN 8 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-organista Elena Chernikova (ir-Russja), fil-Knisja ta’ Santu Wistin.

IT-TLIETA 9 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-Minguet Quartet (il-Ġermanja), fil-Knisja ta’ Santu Wistin.

L-ERBGĦA 10 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-Aditya Duo (il-Ġermanja), fil-Knisja ta’ Santu Wistin.

IL-ĦAMIS 11 TA’ LULJU 8.00pm: Kunċert mill-Urban Quartet (Franza), fil-Knisja ta’ San Franġisk.

IL-ĠIMGĦA 12 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-Wiener Kammersymphonie (l-Awstrija), fil-Bażilika.

IS-SIBT 13 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert mill-Caird Oboe Quartet (l-Ingilterra), fil-Knisja ta’ San Franġisk.

IL-ĦADD 14 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert strumentali minn Gjorgji Cincievski, Kathryn Mizzi, Michelle Scicluna u l-pjanista Francis James Camilleri (il-Maċedonja/Malta), fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex.

IT-TNEJN 15 TA’ LULJU8.00pm: Kunċert Orkestrali bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-klarinettista Godfrey Mifsud, taħt id-direzzjoni ta’ Philip Walsh (Malta/l-Ingilterra).

***

IL-ĠIMGĦA 5 TA’ LULJU8.30pm: L-Ikla tal-Festa fil-Qbajjar, Marsalforn, organizzata mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella.

Page 8: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

6

festa San Ġorġ 2019

In-Novena ta’ San Ġorġ“Minn Kwadri Ġorġjani”

In-Novena hi sensiela ta’ disat ijiem ta’ tħejjija spiritwali li jwasslu għall-Ġimgħa tal-Festa. It-tema ta’ din is-sena hi: Minn Kwadri Ġorġjani. Il-quddies tan-Novena, fis-7.00pm, jitmexxa mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi. Tul dawn il-jiem issir ukoll Kampanja ta’ Ġenerożità b’risq is-Seminarju Maġġuri tagħna, waqt li fi tmiem il-quddies titqassam tifkira lit-tfal li jattendu u wara jsiru attivitajiet ta’ divertiment għalihom fi Pjazza San Ġorġ.

IS-SIBT 6 TA’ LULJUL-ewwel jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ ħaddan, għex, kien xhud u ħabb il-Fidi, li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-familji li għammdu t-trabi tagħhom fl-aħħar sena.

Il-ĦADD 7 TA’ LULJUIt-tieni jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ ħalla kollox biex jikseb teżor, li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-koppji għarajjes.

IT-TNEJN 8 TA’ LULJUIt-tielet jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ jipproteġina minn kull ħażen, li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-ġenituri u n-nanniet.

IT-TLIETA 9 TA’ LULJUIr-raba’ jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ ma beżax jistqarr lil Kristu, li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-istudenti li rċivew il-Griżma tal-Isqof u l-familji tagħhom.

L-ERBGĦA 10 TA’ LULJUIl-ħames jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ jgħallimna nitolbu fis-siegħa tal-prova, li għaliha mistiedna b’mod speċjali t-tfal li rċivew l-Ewwel Tqarbina u l-familji tagħhom.

Page 9: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

7

festa San Ġorġ 2019

IL-ĦAMIS 11 TA’ LULJUIs-sitt jum tan-NovenaId-disa’ u l-aħħar Ħamis ta’ San Ġorġ10.00am: Quddiesa għall-anzjani, il-morda u l-persuni b’diżabbiltà minn Għawdex kollu mill-Kan. Michael J. Galea, bis-sehem tal-voluntiera tal-Ordni Sovran, Militari u Ospidalier ta’ San Ġwann ta’ Malta, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda. Wara, ikla tal-Festa għalihom organizzata mil-Ladies Society tal-Parroċċa fid-Dar Parrokkjali.7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ kien lest li jitlef ħajtu, li għaliha mistiedna b’mod speċjali dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż fl-aħħar sena.

IL-ĠIMGĦA 12 TA’ LULJUIs-seba’ jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ hu mudell tal-imħabba, li għaliha mistiedna b’mod speċjali dawk li matul din is-sena qed jagħlqu 25, 50 jew 60 sena miżżewġin.

IS-SIBT 13 TA’ LULJUIt-tmien jum tan-Novena11.00am: Taħdita bl-Ingliż St George the Martyr: A Story for Our Times mill-awtur u riċerkatur Michael Collins, fil-Mużew Il-Ħaġar.7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tema San Ġorġ ir-rebbieħ ta’ Kristu, li għaliha mistiedna b’mod speċjali dawk li sa jagħmlu l-Pellegrinaġġ parrokkjali fl-Art Imqaddsa.7.45pm: Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ (1894), kapulavur ta’ Vincenzo M. Cremona, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella, minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.8.15pm: Akkademja Mużiko-Letterarja fi Pjazza San Ġorġ fl-okkażjoni tal-125 anniversarju tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea, u l-Kor tat-Tfal tas-Soċjetà Piccole Stelle taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Cini. Jiġi esegwit, fost l-oħrajn, l-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex Su Garzoni (1894), versi u mużika ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925).

Page 10: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

8

festa San Ġorġ 2019

IL-ĦADD 14 TA’ LULJUId-disa’ u l-aħħar jum tan-Novena7.00pm: Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tal-Għeluq tan-Novena, bit-tema San Ġorġ Patrun, Protettur u Difensur tal-Fidi tagħna.8.15pm: Festin kbir u divertiment għat-tfal fi Pjazza San Ġorġ.

IT-TNEJN 15 TA’ LULJUIl-quddies tal-5.00, tas-6.00 u tas-7.00pm jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali.8.00pm: Kunċert Orkestrali bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-klarinettista Godfrey Mifsud, taħt id-direzzjoni ta’ Philip Walsh (Malta/l-Ingilterra).

IT-TLIETA 16 TA’ LULJUJUM IL-ĦRUĠ MIN-NIĊĊAL-aħħar quddiesa tiġi ċċelebrata fis-6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.7.00pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Taċ-Ċawla sa Pjazza San Ġorġ.8.00pm: Ħruġ tradizzjonali min-niċċa tal-istatwa ta’ San Ġorġ (1839), kapulavur fl-injam ta’ Pietru Pawl Azzopardi u l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex. Ġabra speċjali għall-Festa.9.00pm: Ċelebrazzjoni ta’ Xhieda Kristjana miż-żgħażagħ Ġorġjani fil-Bażilika, organizzata mill-Grupp 23four, b’mumenti ta’ talb, riflessjoni u kant immexxija minn Patri Marcello Ghirlando ofm.9.30pm: Marċ mill-Banda Santa Marija (iż-Żebbuġ) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.10.00pm: Dimostrazzjoni brijuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ (1991), xogħol ta’ Austin Camilleri, bis-sehem tal-Banda Santa Marija minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza San Franġisk.12.00am: Logħob tan-nar tal-art fi Triq Enrico Mizzi, imtella’ mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella.

Page 11: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

9

festa San Ġorġ 2019

L-ERBGĦA 17 TA’ LULJUL-EWWEL JUM TAT-TRIDU6.00pm: L-aħħar quddiesa tal-ġurnata.6.30pm: Kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-Kan. Joseph A. Borg. Prietka minn Dun Anthony Bajada, Vigarju Parrokkjali ta’ San Lawrenz. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan. Tonio Galea.Matul il-jiem tat-Tridu l-kant a cappella jsir mill-Kor tal-Bażilika Laudate Pueri u l-iSchola Cantorum Gregoriana taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo. Jiġu esegwiti l-innu Georgi Miles Inclite (1878), għal solisti, kor a 3 voci pari u orkestra, kompożizzjoni ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925), u l-antifona Beatus Georgius (pre-1890), mużika ta’ Mro Paolo Fiammingo (seklu 19) u versi ta’ San Pier Damiani (1007-1072). Jieħdu sehem is-solisti Antonino Interisano (tenur) u Louis Andrew Cassar (baritonu). Il-kor u l-orkestra jkunu taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo, maestro di cappella.9.30pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Triq Għajn Qatet sa Pjazza San Franġisk.9.30pm: Marċ mill-Banda Santa Margerita (Ta’ Sannat) minn Triq l-Arċisqof Pietru Pace sa Pjazza San Franġisk.

10.00pm: Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (1987), xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Santa Margerita, minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ.Il-Banda Ċittadina La Stella żżanżan is-sett ta’ marċi ġodda għas-sena.

IL-ĦAMIS 18 TA’ LULJUIT-TIENI JUM TAT-TRIDU9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta minn Mons. Ġużeppi Gauci, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, b’suffraġju tal-erwieħ tar-ragħajja spiritwali u s-saċerdoti li taw servizz fi ħdan il-komunità parrokkjali Ġorġjana.6.00pm: L-aħħar quddiesa tal-ġurnata.6.30pm: Kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut minn Mons. Felix Tabone. Prietka minn Dun Anthony Bajada. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika minn Mons. Giovanni Bosco Cremona.9.00pm: Marċ mill-Banda San Ġorġ (Ħal Qormi) fi Pjazza San Franġisk.

Page 12: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

10

festa San Ġorġ 2019

9.00pm: Marċ mill-Banda Santa Katerina (iż-Żurrieq) (mistiedna b’inizjattiva tal-Għaqda tal-Armar Festa San Ġorġ) minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza San Franġisk.9.30pm: Dimostrazzjoni trijonfali bl-istatwa ta’ San Ġorġ, Patrun ta’ Għawdex (2008), xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda San Ġorġ u l-Banda Santa Katerina, minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Savina, fejn isir spettaklu awdjoviżiv sinkronizzat man-nar imtella’ mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella.

IL-ĠIMGĦA 19 TA’ LULJUIT-TIELET JUM TAT-TRIDU9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, b’suffraġju tal-membri tal-parroċċa li ħallew din id-dinja matul is-sena li għaddiet.6.00pm: L-aħħar quddiesa tal-ġurnata.6.30pm: Kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-Kan. Joseph Zammit. Prietka minn Dun Anthony Bajada. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan. Emanuel Buttigieg.

9.00pm: Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ tal-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex Su Garzoni (1894), versi u mużika ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925), mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea, u mill-Kor tat-Tfal tas-Soċjetà Piccole Stelle taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Cini.9.00pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Valette (il-Belt Valletta) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza.9.15pm: Marċ mill-Banda L-Unjoni (Ħal Luqa) minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Indipendenza.9.15pm: Dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ (1894), kapulavur ta’ Vincenzo M. Cremona u l-ewwel statwa titulari għall-festi esterni f’Għawdex mat-toroq ewlenin tal-Belt Victoria. Tmexxi d-dimostrazzjoni l-Banda Ċittadina La Stella bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Valette, u anki tal-Banda L-Unjoni fi Triq ir-Repubblika fejn isir spettaklu mtella’ mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella.

Page 13: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

11

festa San Ġorġ 2019

IS-SIBT 20 TA’ LULJUTMIEM IT-TRIDU MQADDES9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta minn Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali għall-Kleru, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika. Fit-tmiem, kant solenni tat-Te Deum.

LEJLET IS-SOLENNITÀ5.00pm: Quddiesa tal-Vġili tas-Solennità.6.00pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza, minn fejn takkumpanja t-Translazzjoni sa Pjazza San Ġorġ.6.30pm: TRANSLAZZJONI SOLENNI TAR-RELIKWA TA’ SAN ĠORĠ MILL-KNISJA TA’ SAN ĠAKBU SAL-BAŻILIKA URBANA U ĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI TAL-EWWEL GĦASAR TAS-SOLENNITÀ PPRESEDUTI MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, ASSISTIT MILL-KAPITLU KATIDRALI U L-KAPITLU URBAN, U BIS-SEHEM TAL-KAVALLIERI TAL-ORDNI SAGRU, MILITARI U KOSTANTINJAN TA’ SAN ĠORĠ.

7.45pm: Barka Ewkaristika minn Mons. Ġużeppi Farrugia.Jiġi esegwit l-Għasar Vespri per la Solennità di San Giorgio Martire (1900) għal solisti, kor a 4 voci pari u orkestra, kompożizzjoni ta’ Mons. Giuseppe Farrugia. Jiġu esegwiti wkoll iż-żewġ antifoni Beatus Georgius, ta’ Mro Paolo Fiammingo (pre-1890) u ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1897), u t-Tantum Ergo in onore di San Giorgio Martire (1901) ta’ Mons. Giuseppe Farrugia.8.00pm: Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mill-Banda Ċittadina King’s Own (il-Belt Valletta) taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.9.30pm: Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ tal-Innu Immortali A San Giorgio Martire (1931), versi tal-Prof. Luigi Billion (1860-1939) u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella (1895-1974), mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.10.00pm: Marċ singulari u kolossali bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Ċittadina King’s Own, li matulu jdoqqu flimkien bħala massed band fi Triq ir-Repubblika. 12.00am: Spettaklu kbir tal-logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika fi Triq ir-Repubblika.

Page 14: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

12

festa San Ġorġ 2019

IL-ĦADD 21 TA’ LULJUJUM IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠORĠIl-quddies filgħodu jkun fil-5.00, fis-6.00, fis-7.00 (fil-Bażilika), fit-8.00 (fiċ-Ċentru Parrokkjali), fit-8.30 (fil-Bażilika), fl-10.00 (fiċ-Ċentru Parrokkjali), fil-11.00am u f’12.00pm (fil-Bażilika); filgħaxija, fl-4.00 u fil-5.00pm (fil-Bażilika).8.00am: Kant solenni tat-Terza mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata, ippresedut mill-Isqof Djoċesan, fis-Sagristija Maġġuri.8.30am: KONĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI PPRESEDUTA MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, ASSISTIT MINN RAPPREŻENTANTI TAL-KAPITLU KATIDRALI, IL-KAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA URBANA, U MEMBRI TAL-KLERU SEKULARI U RELIĠJUŻ. JINSEĠ OMELIJA B’TIFĦIR LIL SAN ĠORĠ, IL-PATRUN TAD-DJOĊESI, IL-KAN. DR JONATHAN FARRUGIA.Tiġi esegwita l-Mass in D in honour of St George “Princeps Martyrum” (1976) għal solisti, kor a 4 voci dispari u orkestra, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella (1942-2018). Jieħdu sehem is-solisti Miriam Cauchi (sopran), Antonino Interisano (tenur) u Louis Andrew Cassar (baritonu).

11.00am: Marċ brijuż u popolari fiċ-ċentru tal-Belt Victoria bis-sehem tal-Banda San Ġorġ (Ħal Qormi) u l-Banda Sant’Elena (Birkirkara) li jintemm bi spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-mużika mtella’ mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella.6.00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata Urbana, ippreseduta mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi.Jiġu esegwiti s-salmi tat-Tieni Vespri ta’ San Ġorġ, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, mill-Kor Laudate Pueri tal-Bażilika.7.00pm: Ħruġ solenni tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, il-Patrun ta’ Għawdex, li tintlaqa’ mill-Banda Ċittadina La Stella bl-innu reliġjuż Georgius natus est (1984), versi tal-Kan. Joe Mejlak (1944-2008) u mużika tal-Prof. Joseph Vella.7.15pm: Il-Banda Ċittadina La Stella ssellem lil San Ġorġ, il-Patrun tad-Djoċesi, bl-eżekuzzjoni tal-Innu Immortali A San Giorgio Martire, versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella, bis-sehem tat-tenur Antonino Interisano (l-Italja), il-baritonu Louis Andrew Cassar (Malta) u l-Kor tas-Soċjetà La Stella.

Page 15: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

13

festa San Ġorġ 2019

Kien dan l-innu (1931) li fl-1934 beda t-tradizzjoni tal-innu l-kbir fil-ftuħ tal-purċissjonijiet titulari, liema tradizzjoni ġiet adottata mill-parroċċi l-oħra kollha ta’ Għawdex.7.30pm: PURĊISSJONI SOLENNI BL-ISTATWA TITULARI TA’ SAN ĠORĠ, IPPRESEDUTA MILL-ARĊIPRIET MONS. JOSEPH CURMI, BIS-SEHEM TAL-KAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA, L-ORDNIJIET RELIĠJUŻI TAL-BELT VICTORIA, IS-SEMINARISTI TAD-DJOĊESI, U L-FRATELLANZI TAL-PARROĊĊA. TAKKUMPANJA L-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA B’INNIJIET RELIĠJUŻI.8.15pm: Marċ mill-Banda Mnarja (in-Nadur) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech.10.30pm: Dħul trijonfali tal-istatwa ta’ San Ġorġ fil-Bażilika Urbana fost il-briju u l-kant mill-poplu Għawdxi u Malti tal-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ (1952), versi ta’ Patri Akkursju Xerri ofm (1915-1968) u mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara (1890-1979).

10.45pm: Antifona, u Barka Ewkaristika mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi, li bihom jintemmu l-festi ewlenin ta’ Għawdex f’ġieħ San Ġorġ Megalomartri, sa mill-qedem il-Protettur tal-poplu Għawdxi.

Page 16: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

14

festa San Ġorġ 2019

QUDDIES U QRAR FIL-BAŻILIKAJekk irridu li jkollna Festa kif tixraq, għandna nimpenjaw ruħna u nħeġġu lil xulxin għall-Qrar u għall-Quddiesa ta’ kuljum fil-jiem tal-Festa. F’San Ġorġ, il-Qrara tajba u t-Tqarbina huma essenzjali. Bħas-soltu l-Qrar jista’ jsir fil-ġranet kollha tal-Festa, imma l-penitenti huma mitluba biex jaħsbu kemm jista’ jkun fil-jiem ta’ qabel, f’ħinijiet barra mill-funzjonijiet.

Il-quddies f’jum il-Festa jkun hekk: Filgħodu: 5.00, 6.00, 7.00 (fil-Bażilika), 8.00 (fiċ-Ċentru Parrokkjali), 8.30 (fil-Bażilika), 10.00 (fiċ-Ċentru Parrokkjali), 11.00 u 12.00 (fil-Bażilika).Filgħaxija: 4.00 u 5.00 (fil-Bażilika).

IKONA PRESIDENZJALI F’JIEM IL-FESTABi tradizzjoni mibdija fi żmien l-E.T. il-Prof. Guido de Marco (1931-2010), din is-sena wkoll l-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta, qed jogħġbu jibgħat għal jiem ta’ qima fostna l-ikona Russa ta’ San Ġorġ miżmuma fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton, Malta. Ix-xbihat tal-martri huma għajnuna biex inħossu l-preżenza konkreta tal-qawwa ta’ Alla fostna.

L-ikona tkun esposta fil-Bażilika u, filwaqt li nammiraw il-ġmiel tagħha, għandna niftakru f’ħutna l-Kristjani li jgħixu fl-artijiet tar-Russja u nitolbu għal għaqda akbar bejn il-Knisja Kattolika u l-Knejjes Ortodossi tal-Lvant.

MUŻIKA SAGRA FIL-BAŻILIKANapprezzaw l-impenn kbir li jsir biex il-kompożizzjonijiet ta’ mużika sagra unika li għandna jiġu esegwiti bl-aqwa mod possibbli. Il-mużika tkun esegwita mill-Kor tal-Bażilika Laudate Pueri u l-Victoria Festival Orchestra. Għall-okkażjoni l-kor jiġi kkumplimentat b’koristi Maltin u barranin, fosthom mill-Kor Pontifiċju Cappella Sistina u l-Coro dell’Accademia di Santa Cecilia, kif ukoll solisti lokali u barranin.

Il-mużika fil-Bażilika, kemm fil-jiem tat-Tridu u kemm lejlet u nhar il-Festa, tkun taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo, Maestro di Cappella. Il-mużika fil-Bażilika matul il-Festa tkun organizzata mill-Kan. George J. Frendo u Dr Maria Frendo, leader tal-Kor Laudate Pueri. Is-solisti huma s-sopran Miriam Cauchi (Malta), it-tenur Antonino Interisano (l-Italja) u l-baritonu Louis Andrew Cassar (Malta).

Page 17: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

15

festa San Ġorġ 2019

TRASMISSJONIJIET TAL-FESTA FUQ IR-RADJU U ‘LIVE STREAMING’It-trasmissjonijiet bir-radju jsiru għal dawk li ma jistgħux jiġu l-knisja. Fil-każ tal-anzjani r-radju hu għajnuna, fil-każ ta’ min mhux ir-radju jsir strument ta’ abbuż. It-trasmissjonijiet u r-ritratti permezz tal-websajt huma għal dawk li huma ħafna ’l bogħod minna. Ikun xieraq li l-emigranti jkunu mgħarrfa b’dan.

L-istazzjon tar-radju tal-parroċċa Leħen il-Belt Victoria (104.00FM MHz Stereo) ixandar il-funzjonijiet liturġiċi u l-attivitajiet esterni kollha marbuta mal-Festa mill-Bażilika Ġorġjana, miċ-Ċentru Parrokkjali, u mill-pjazez u t-triqat tal-Belt Victoria.

Il-funzjonijiet kollha tal-Festa jistgħu jiġu segwiti permezz ta’ live streaming fuq il-Paġna tal-Facebook tal-Parroċċa www.facebook.com/stgeorge.org.mt, dik tal-YouTube tal-Parroċċa www.youtube.com/stgeorgesbasilica, kif ukoll mill-Websajt tal-Parroċċa www.stgeorge.org.mt, fejn mhux biss jintwerew u jinstemgħu t-trasmissjonijiet kollha, imma jkun offrut ukoll servizz immedjat u estensiv ta’ ritratti tal-attivitajiet festivi.

Page 18: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

16

festa San Ġorġ 2019

BAŻILIKA SAN ĠORĠ

Tiżbigħ tan-niċeċ ta’ San Ġużepp, tal-Madonna ta’ Lourdes u ta’ Sant’Antnin.

Sistema ġdida tad-dawl għan-niċeċ tal-Madonna ta’ Lourdes u ta’ Sant’Antnin.

Restawr ta’ żewġ vetrini antiki fl-Awla Kapitulari.

Monitor kbir għas-Sala Parrokkjali.

Rinnovazzjoni tal-basement taċ-Ċentru Parrokkjali u konverżjoni tiegħu f’post tal-laqgħat u rikreazzjoni għat-tfal u l-adolexxenti bl-isem ta’ 23four hub.

Aċċessorji għat-23four hub: tliet skrins, table soccer, table tennis, air hockey, bean bags, sufan, friġġ u siġġijiet.

Pittura fuq it-tila ta’ Kristu u San Ġorġ għat-23four hub minn Nathanael Theuma.

Dijadema tal-fidda indurata bid-deheb għall-Bambin ta’ Lecce.

Tliet pjaneti Gotiċi rrakkmati, tnejn ta’ lewn abjad u waħda ħamra.

Restawr ta’ żewġ lampieri antiki tal-fidda, wieħed tal-1679 u l-ieħor tal-1726.

Restawr taż-żewġ kwadri laterali ta’ Francesco V. Zahra (1763), parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Restawr taż-żewġ linef antiki tal-Knisja parrokkjali li jmorru lura għall-bidu nett tas-seklu għoxrin.

Restawr u induratura tar-relikwarju tal-fidda ta’ San Ġorġ.

Restawr u induratura tal-kalċi ta’ Mons. Giuseppe Farrugia “Tal-Vers” (1854-1925) li jintuża kull sena fil-Pontifikal tal-Festa.

Restawr tal-ewwel minn sett ta’ erba’ fjuretti tal-ganutell li sas-snin ħamsin kienu jintramaw mal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ.

OPRI U XOGĦLIJIET EWLENIN FIS-SENA 2019

Page 19: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

17

festa San Ġorġ 2019

SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

GĦAQDA TAL-ARMAR FESTA SAN ĠORĠ

Pjazza San ĠorġRestawr tal-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (Alfred Camilleri Cauchi) minn Raymond Farrugia u tiżbigħ minn Michael Cutajar Zahra, megħjun minn Kurt Cassar u Giovanni Scicluna, u induratura bid-deheb ta’ 24 karat minn Christian Debono.

Pjazza IndipendenzaBradella għall-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ (Vincenzo M. Cremona), disinn ta’ Silvio Pace, xogħol ta’ Skippy Woodworks u xogħol fil-ħadid ta’ Johnny Micallef.

Induratura bid-deheb ta’ 22 karat fuq l-istatwa ta’ San Sebastjan (Adonai Camilleri Cauchi) minn Christian Debono.

Triq ir-RepubblikaŻewġ pitturi li jirrappreżenataw il-Kroazja u l-Ġermanja għall-bandalori, xogħol ta’ Adonai Camilleri Cauchi.

OPRI U XOGĦLIJIET EWLENIN FIS-SENA 2019 Żewġ kruċetti għall-bandalora l-kbira, disinn ta’ Joseph Cauchi u xogħol ta’ Johnny Micallef.

Pjazza San FranġiskStatwa allegorika li tirrappreżenta l-Komunjoni Anglikana, bħala dekorazzjoni tal-pedestall ta’ San Ġorġ Żagħżugħ, xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi.

Triq San ĠorġŻewġ pavaljuni, disinn ta’ Paul Cassar u xogħol ta’ Colomba Flag Makers.

Triq il-LibrerijaTlestija tad-dekorazzjoni fuq it-tmien mensli, disinn ta’ Jeremy Cauchi, xogħol ta’ Joseph Micallef, fajber ta’ Raymond Farrugia u Manuel Attard, induratura ta’ Christian Debono u Karmenu Farrugia, u sfumar ta’ Giovanni Scicluna.

Erba’ brazzi għall-anġli, disinn ta’ Joseph Cauchi u xogħol ta’ Johnny Micallef.

L-Għaqda tal-Armar Festa San Ġorġ, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, trodd ħajr lill-benefatturi u l-voluntiera kollha tagħha.

Page 20: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

18

festa San Ġorġ 2019

GĦAQDA TAN-NAR SAN ĠORĠ MARTRI

Il-logħob tan-nar tal-Festa hu kkordinat mill-Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella. Il-Kmamar tan-Nar St Mary’s Fireworks Factory (Ħal Għaxaq), La Stella Fireworks Factory (il-Gudja), St George’s Fireworks Factory (Ħal Qormi), St Joseph’s Fireworks Factory (Ħal Kirkop), St Andrew’s Fireworks Factory (Ħal-Luqa), St Mary’s Fireworks Factory (il-Mosta), St Mary’s Fireworks Factory (l-Imqabba) u Qalb ta’ Ġesù Fireworks Factory (l-Għarb) ser ikunu qed jipparteċipaw bix-xogħlijiet tagħhom fil-jiem tal-Festa.

Page 21: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

Ir-Restawr tal-koppla, il-faċċata… u iktar

IL-ĦIDMA TKOMPLI GĦADDEJJA… PROĠETTI 2018-2020

Wara li f’dawn l-aħħar sentejn il-Parroċċa kienet qed taħdem fuq numru sabiħ ta’ proġetti li jmissu oqsma differenti tal-ħajja tagħha u li issa jinsabu magħluqa, ħidmietha xorta waħda kompliet – u se tkompli fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin – għaddejja fuq bosta oħrajn.

Bħalissa qed isir xogħol qawwi ta’ konservazzjoni fuq il-koppla minn ġewwa u minn barra, waqt li dak fuq iż-żewġ kwadri laterali ta’ Francesco V. Zahra li jinsabu fil-kor tal-Bażilika għadu kemm intemm.

Sadattant, bħalma jiġri dejjem, minn żmien għal żmien jinqalgħu bżonnijiet oħra li jkunu jeħtieġu attenzjoni immedjata. Tant hu hekk li f’dan il-mument partikulari qed isir ukoll xogħol fuq: • l-istudjows ġodda tar-radju tal-Parroċċa Leħen il-Belt Victoria li ilu jagħti servizz bla waqfien lill-komunità tagħna sewwasew sa mill-1999 u li issa se jibda jiffunzjona mid-Dar Parrokkjali;

Page 22: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

• websajt ġdida tal-Parroċċa (www.stgeorge.org.mt);• l-installazzjoni ta’ loop system fil-Bażilika għal min għandu diffikultà fis-smigħ;• l-installazzjoni ta’ apparat AED (Automated External Defibrillator) barra l-Bażilika biex jintuża bħala l-ewwel għajnuna f’każ gravi li xi ħadd tiqaflu qalbu fil-qrib;• ir-restawr ta’ żewġ linef antiki li jmorru lura għal bidunett tas-seklu għoxrin; u• l-akkwist ta’ proprjetà fi Triq San Ġorġ għall-użu fil-ħidma pastorali mat-tfal u l-adolexxenti tagħna.

Barra minn hekk, malli tgħaddi l-Festa titulari 2019 jibda minnufih: • ir-restawr tal-faċċata tal-Bażilika li ilu tant mistenni; • ir-restawr tal-qniepen;• ix-xogħol fuq sistemi ġodda tad-dawl għall-faċċata tal-Bażilika.

Għalhekk, biex ikun jista’ jlaħħaq mal-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proġetti, San Ġorġ għandu bżonn madwar €95,000.

Ejjew mela, għal darb’oħra, inkunu ta’ spalla għall-Parroċċa għażiża tagħna, billi nsostnuha fit-twettiq tagħhom bl-offerti tagħna. Kull min jixtieq jgħin huwa mħeġġeġ jagħmel donazzjoni ta’ €50, €100, €200, €500, €1,000 jew anki waħda libera.

San Ġorġ ibierek il-ġenerożità ta’ kull wieħed u waħda minna.

Page 23: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

Issettjar, Pubblikazzjoni u Drittijiet tal-Istampa | Uffiċċju Parrokkjali Bażilika San ĠorġGrafika | Andrew Formosa Editjar u Fili tal-Kitba | Francesco Pio Attard, George Francis VellaStampar | Gozo Press, GħajnsielemRitratti | Sebio Aquilina, Joe Attard (ritratt qoxra), Sam Cefai, Toni Farrugia, Clayton Grech, Għaqda Żgħażagħ La Stella

© Bażilika San ĠorġIl-Belt VictoriaGħawdex2019

[email protected]/stgeorge.org.mtwww.youtube.com/stgeorgesbasilica

+356 2155 6377

Page 24: FESTA . . San Gorg 2019 - stgeorge.org.mt · Fil-qoxra: Dettall mill-Kwadru Laterali tax-xellug tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li juri l-Martirju tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San

Bażilika San ĠorĠ