Top Banner
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 464 AWWISSU 2015 FID-DGĦAJSA TA’ PIETRU HEMM POST GĦAL KULĦADD Dan huwa l-ministeru tagħna s-saċerdoti: li nkunu lesti ninfatmu minn dak kollu li huwa “tagħna” (programmi, proġetti, ambizzjonijiet, interessi, u l-bqija) biex verament naħdmu ħalli ngħinu lill-bniedem, lill-familji, lill-gruppi jintebħu bil-preżenza ta’ Alla li hemm fihom. Imma rridu nkunu lesti nħallu kollox, ninsew lilna nfusna. Għax l- awtoreferenzjalità hija marda endemika fina s-saċerdoti li qed ittellifna ħafna milli nwettqu pastorali effettiva. Għalhekk, għażiż Arċipriet, sib il-kuraġġ biex tinża’ l-“jien” tiegħek biex tkun aktar ħieles fl-eżerċizzju tal- ministeru tiegħek, biex tkompli tlaqqa’ din il-komunità ma’ Ġesù inkella ma hemmx skop li tkun saċerdot, kappillan u isqof u hekk tkun komunità ferħana. Biex tagħmel dan, jeħtieġlek ukoll, kif jgħid il-Vanġelu, titfa’ x-xibka li fiha “jinġabar kollox”… il-ħut kollu. Ħadd ma huwa mwarrab jew eskluż. Fix-xibka li jifrex is-saċerdot hemm wisa’ għal kulħadd u ħadd ma huwa skart għar- rimi. Huwa minnu li fil-Vanġelu naqraw li “meta x-xibka jtellgħuha x-xatt, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin” (Mt 13:48). Fil-verżjoni bil-Grieg, Ġesù ma jgħidx “ħżiena” fis-sens ta’ ġudizzju morali, imma l - kelma sapra’ tfisser dawk li tħassru u nitnu għax mietu (putrified) u għalhekk m’hemmx tama aktar għalihom – m’hemmx possibbiltà ta’ rkupru tagħhom. Fi kliem ieħor, “il-ħżiena” huma dawk li assolutament huma irreversibbli. Żgur li l-midneb mhux f’din il-kategorija fil-kannestru tas-sajjied hemm post għall-midneb ukoll. Fid-dgħajsa ta’ Pietru jitla’ wkoll il-midneb, għaliex sakemm il-bniedem huwa ħaj, dejjem tibqa’ t-tama li wieħed jista’ jirrevedi ħajtu. Fil-Knisja ma għandna naqtgħu qalbna minn ħadd. Arċipriet, irridek tkun konvint bħali li fil- Knisja u fis-soċjetà ma jeżisti ħadd li huwa “inutli” jew “irrekuperabbli” tant li taqta’ jiesek minnu. Nittama li qiegħed niftiehem. Hi x’inhi l-kundizzjoni tal-bniedem, jew l-għażla li jagħmel, hemm postu f’din ix-xibka, jiġifieri f’din il-komunità ekkleżjali. Mhux kompitu jew responsabbiltà tagħna li nagħżlu bejn il-ħut tajjeb u dak ħażin. Kif jgħid Ġesù, din l-għażla hija f’idejn l-“anġli” li fi tmiem id-dinja joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti. Fi kliem ieħor, il-ġudizzju nħalluh għal Alla. Għalhekk mhux xogħol tagħna li noqogħdu nikklassifikaw in-nies u nqegħduhom f’kategoriji – dawn tajbin u dawk ħżiena, dawn jistgħu jiġu fil-laqgħat tal-komunità u lil dawk neskluduhom u nħalluhom wara l-bieb! Aħna min aħna biex nagħmlu dawn il-ġudizzji? (Mons. Isqof Mario Grech, Silta mill-Omelija fil-Pussess ta’ Dun Michael Curmi bħala Arċipriet ta’ Sannat, 20 ta’ Lulju 2015.) ___________________________________________________________________________ IT-TLUGĦ FIS-SEMA TA’ MARIJA VERĠNI “Bħalma Omm Ġesù fis-sema, fejn hi diġà fil-glorja bir-ruħ u l-ġisem, hija l-bidu u x-xbieha tal-Knisja kif għad tkun ipperfezzjonata fiż-żmien li ġej, hekk ukoll hija fuq din l-art, sakemm jasal jum il-Mulej (cf. 2Pt.3,10), bħal sinjal jiddi ta’ tama żgura u ta’ faraġ għall-poplu ta’ Alla fil-mixja tiegħu lejn is- sema.” (Lumen Gentium, 68). VELJA TAL-GĦID TAL-ASSUNTA Il-Ġimgħa filgħaxija 14 ta’ Awwissu, fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fit-8.00pm. MANIFESTAZZJONI MARJANA DJOĊESANA F'MARSALFORN organizzata mil-Leġjun ta’ Marija It-Tlieta 25 ta’ Awwissu 2015 7.30pm: Rużarju / 8.00pm: Quddiesa fil-beraħ mmexxija minn Mons Isqof Mario Grech. Ikun hemm is-siġġijiet għal Kulħadd.
2

Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiFesta ta’ San Lawrenz Djaknu u Martri (Parroċċa San Lawrenz). 10. It-Tnejn San Lawrenz Djaknu u Martri. Festa. 11. It-Tlieta Santa Kjara, Verġni.

Jan 31, 2021

Download

Documents

dariahiddleston
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
  • Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi

    Nru. 464 AWWISSU 2015

    FID-DGĦAJSA TA’ PIETRU HEMM POST GĦAL KULĦADD

    Dan huwa l-ministeru tagħna s-saċerdoti: li nkunu lesti ninfatmu minn dak kollu li huwa “tagħna” (programmi,

    proġetti, ambizzjonijiet, interessi, u l-bqija) biex verament naħdmu ħalli ngħinu lill-bniedem, lill-familji, lill-gruppi

    jintebħu bil-preżenza ta’ Alla li hemm fihom. Imma rridu nkunu lesti nħallu kollox, ninsew lilna nfusna. Għax l-

    awtoreferenzjalità hija marda endemika fina s-saċerdoti li qed ittellifna ħafna milli nwettqu pastorali effettiva.

    Għalhekk, għażiż Arċipriet, sib il-kuraġġ biex tinża’ l-“jien” tiegħek biex tkun aktar ħieles fl-eżerċizzju tal-

    ministeru tiegħek, biex tkompli tlaqqa’ din il-komunità ma’ Ġesù – inkella ma hemmx skop li tkun saċerdot,

    kappillan u isqof – u hekk tkun komunità ferħana.

    Biex tagħmel dan, jeħtieġlek ukoll, kif jgħid il-Vanġelu, titfa’ x-xibka li fiha “jinġabar kollox”… il-ħut kollu. Ħadd

    ma huwa mwarrab jew eskluż. Fix-xibka li jifrex is-saċerdot hemm wisa’ għal kulħadd u ħadd ma huwa skart għar-

    rimi. Huwa minnu li fil-Vanġelu naqraw li “meta x-xibka jtellgħuha x-xatt, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u

    jarmu l-ħażin” (Mt 13:48). Fil-verżjoni bil-Grieg, Ġesù ma jgħidx “ħżiena” fis-sens ta’ ġudizzju morali, imma l-

    kelma sapra’ tfisser dawk li tħassru u nitnu għax mietu (putrified) u għalhekk m’hemmx tama aktar għalihom –

    m’hemmx possibbiltà ta’ rkupru tagħhom. Fi kliem ieħor, “il-ħżiena” huma dawk li assolutament huma

    irreversibbli. Żgur li l-midneb mhux f’din il-kategorija – fil-kannestru tas-sajjied hemm post għall-midneb ukoll.

    Fid-dgħajsa ta’ Pietru jitla’ wkoll il-midneb, għaliex sakemm il-bniedem huwa ħaj, dejjem tibqa’ t-tama li wieħed

    jista’ jirrevedi ħajtu. Fil-Knisja ma għandna naqtgħu qalbna minn ħadd. Arċipriet, irridek tkun konvint bħali li fil-

    Knisja u fis-soċjetà ma jeżisti ħadd li huwa “inutli” jew “irrekuperabbli” tant li taqta’ jiesek minnu. Nittama li

    qiegħed niftiehem. Hi x’inhi l-kundizzjoni tal-bniedem, jew l-għażla li jagħmel, hemm postu f’din ix-xibka, jiġifieri

    f’din il-komunità ekkleżjali.

    Mhux kompitu jew responsabbiltà tagħna li nagħżlu bejn il-ħut tajjeb u dak ħażin. Kif jgħid Ġesù, din l-għażla hija

    f’idejn l-“anġli” li fi tmiem id-dinja joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti. Fi kliem ieħor, il-ġudizzju nħalluh għal

    Alla. Għalhekk mhux xogħol tagħna li noqogħdu nikklassifikaw in-nies u nqegħduhom f’kategoriji – dawn tajbin u

    dawk ħżiena, dawn jistgħu jiġu fil-laqgħat tal-komunità u lil dawk neskluduhom u nħalluhom wara l-bieb! Aħna

    min aħna biex nagħmlu dawn il-ġudizzji? (Mons. Isqof Mario Grech, Silta mill-Omelija fil-Pussess ta’ Dun Michael Curmi bħala Arċipriet ta’ Sannat, 20 ta’ Lulju 2015.)

    ___________________________________________________________________________

    IT-TLUGĦ FIS-SEMA TA’ MARIJA VERĠNI “Bħalma Omm Ġesù fis-sema, fejn hi diġà fil-glorja bir-ruħ u l-ġisem, hija l-bidu u x-xbieha tal-Knisja kif għad tkun ipperfezzjonata fiż-żmien li ġej, hekk ukoll hija fuq din l-art, sakemm jasal jum il-Mulej (cf. 2Pt.3,10), bħal sinjal jiddi ta’ tama żgura u ta’ faraġ għall-poplu ta’ Alla fil-mixja tiegħu lejn is-sema.” (Lumen Gentium, 68).

    VELJA TAL-GĦID TAL-ASSUNTA

    Il-Ġimgħa filgħaxija 14 ta’ Awwissu, fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fit-8.00pm.

    MANIFESTAZZJONI MARJANA DJOĊESANA F'MARSALFORN

    organizzata mil-Leġjun ta’ Marija It-Tlieta 25 ta’ Awwissu 2015

    7.30pm: Rużarju / 8.00pm: Quddiesa fil-beraħ mmexxija minn Mons Isqof Mario Grech. Ikun hemm is-siġġijiet għal Kulħadd.

  • AWWISSU 2015 KALENDARJU PASTORALI Numru 464

    1.Is-Sibt

    San Alfons Marija de’ Liguori, Isqof u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O).

    L-Ewwel Sibt tax-xahar. Tqarbina Riparatriċi.

    Minn nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista tintrebaħ l-Indulġenza tal-Porzjunkula bi żjara

    f’xi knisja parrokkjali u / jew f’xi knisja tal-Franġiskani.

    Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku Knisja ta' Sant Wistin ir-Rabat (Quddies: 8.30pm u

    f’nofsillejl).

    2. Il-Ħadd It-Tmintax-il Ħadd tas-Sena B.

    Festa ta’ San Ġużepp (Parroċċa Qala). 4. It-Tlieta San Ġwann Marija Vianney, Presbiteru. Patrun tal-Kappillani u tas-Saċerdoti. Tifkira (O).

    5. L-Erbgħa Dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ Santa Marija Maggiore, f’Ruma. (Tifkira).

    L-14-il Erbgħa ta’ Santa Marija / Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani. 6. Il-Ħamis Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.

    7. Il-Ġimgħa

    San Gejtanu, Presbiteru. Tifkira.

    L-Ewwel Gimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Taqrbina Riparatriċi.

    Quddiesa għall-Profesjonisti fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria fit-8.30pm.

    8. Is-Sibt

    San Duminku, Presbiteru. Tifkira (O).

    Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku fil- Kappella tal-Oratorju Don Bosco, Victoria

    (Quddies: 8.30pm u f’nofsillejl).

    9. Il-Ħadd Id-dsatax il-Ħadd tas-Sena B.

    Festa ta’ San Lawrenz Djaknu u Martri (Parroċċa San Lawrenz). 10. It-Tnejn San Lawrenz Djaknu u Martri. Festa. 11. It-Tlieta Santa Kjara, Verġni. Tifkira (O). Festa fil-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi, Victoria.

    12. L-Erbgħa Santa Ġiovanna Franġiska de Chantal, Reliġjuża. Tifkira.

    Il-15-il Erbgħa ta’ Santa Marija. 13. Il-Ħamis San Ponzjanu u S. Ippolitu Martri. Tifkira.

    14. Il-Ġimgħa

    San Massimiljanu Marija Kolbe, Presbiteru u Martri. Tifkira (O).

    Vġili tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema.

    Velja tal-Għid tal-Assunta fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu (8.00pm). Wara l-Velja jitkompla

    l-Lejl mill-Mov. Ewk.Djoċesan u jagħlaq b’Quddiesa f’nofsillejl.

    15. Is-Sibt

    Solennità tat-Tlugħ fis-sema ta’ Marija. Festa kkmandata (Obbligu tal-Quddies).

    Patruna speċjali tal-Belt Vittorja u tad-Djoċesi ta’ Għawdex u titular tal-Katidral.

    Festa ta’ Santa Marija (Katidral ta’ Għawdex).

    16. Il-Ħadd

    L-Għoxrin Ħadd tas-Sena B.

    Festa tal-Biċentinarju (200) mit-Twelid ta’ San Ġwann Bosco (Oratorju Don Bosco / Sorijiet

    Salesjani).

    19. L-Erbgħa

    San Ġwann Eudes, Presbiteru.Tifkira

    Ir-4 Dehra tal-B.V.M. ta’ Fatima. Fil-Knisja ta’ Ħamet fil-5.30pm tibda l-Adorazzjoni, fis-7.00pm

    quddiesa bl-0melija u wara Pellegrinaġġ ta’ Talb.

    20. Il-Ħamis San Bernard, Abbati u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O).

    21. Il-Ġimgħa San Piju X. Papa. Tifkira (O).

    22. Is-Sibt

    Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina. Tifkira (O).

    Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrati (Parroċċa ta’ Kerċem – 7.00-9.00pm).

    Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku Knisja ta’ Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.30pm u

    f’nofsillejl)

    23. Il-Ħadd Il-wieħed u għoxrin Ħadd tas-Sena B.

    Festa ta’ Marija Assunta (Parroċċa Żebbuġ). 24. It-Tnejn San Bartilmew Appostlu – Festa.

    25. It-Tlieta

    San Luduviku, Re ta’ Franza u San Ġużepp Calasanz, Presbiteru. Tifkira.

    Manifestazzjoni Marjana Marsalforn (7.30pm Ruzarju fis-8.00p.m. Quddiesa Konċelebrata

    preseduta mill-Isqof Mario Grech. 27. Il-Ħamis Santa Monika, Armla. Tifkira (O). Festa Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria. 28. il-Ġimgħa Santu Wistin. Isqof u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O). Festa Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria.

    29. Is-Sibt

    Il-Martirju ta’ San Ġwann Battista. Tifkira (O). Festa fil-parroċċa tax-Xewkija.

    Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb , ir-Rabat (Quddies:

    8.30pm u f’nofsillejl).

    30. Il-Ħadd It-Tnejn u Għoxrin Ħadd tas-Sena B.

    Festa tal-Madonna ta’ Loreto (Parroċċa Għajnsielem).