Top Banner
Minn Ms. Minn Ms. M.Micallef M.Micallef
13

X’inhu l folklor

Jan 23, 2018

Download

Documents

stpaulsbay
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: X’inhu l folklor

Minn Ms. Minn Ms. M.MicallefM.Micallef

Page 2: X’inhu l folklor

Kull pajjiż għandu t-tradizzjonijiet u d-drawwiet tiegħu, li dawn jagħmluh differenti minn pajjiżi oħra.

Bħala ċittadini Maltin għandna nibżghu għall-folklor Malti, ngħożżuh għax huwa jagħmilna uniċi.

A

Page 3: X’inhu l folklor

Il-Folklor Malti jinkorpora fih bosta affarijiet fosthom leġġendi u ħrejjef.

Il-leġġenda tista’ tkun vera u tista’ ma tkunx. Hija storja tradizzjonali b’immaġinazzjoni miżjuda.

Hemm ħafna leġġendi Maltin li huma marbuta ma’ ġrajjiet fl-istorja ta’ Malta, bħall-Konti Ruġġieru, it-Torok u l-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Page 4: X’inhu l folklor

--

Il-ħrafa hija storja sempliċi u qasira. Fiha jieħdu sehem u jitkellmu annimali, nies immaġinarji u anki oġġetti.

Il-ħrejjef kienu u għadhom jintużaw bħala divertiment, biex jagħtu gost jew biex iwasslu xi tagħlima.

Page 5: X’inhu l folklor

Insibu wkoll l-għana, iż-żfin tradizzjonali, il-binjiet tradizzjonali bħall-irziezet, giren u ħitan tas-sejjieħ.

Permezz tal-Folklor illum il-ġurnata aħna sirna nafu kienu jgħixu n-nies dari bil-karatteristiċi kollha tagħhom.

Page 6: X’inhu l folklor

Il-Folklor jiġbor fih ukoll l-ilbies. Qabel in-nisa kienu jilbsu libsa twila jew qmis u dublett twil s’isfel. Kienu wkoll jitfgħu l-għonnella.

L-irġiel kienu jilbsu qmis kbira tat-tajjar, sidrija, u terħa biex iżżomm il-qalziet. Fil-bard kont tarahom b’kappa tas-suf tan-ngħaġ li tasal sal-irkobbtejn.

Page 7: X’inhu l folklor

Fost l-ikel tradizzjonali Malti nsibu l-fenek (stuffat/moqli), it-torta tal-lampuki, it-timpana u l-istuffat tal-qarnit.

Barraminhekk insibu bosta ikel ħafif bħall-pastizzi tal-irkotta u tal-piżelli, qassatati, galletti bil-bigilla, żebbuġ mimli, ġbejniet friski u nexfin. Ma nistgħux inħallu barra l-ħobża maltija li tant tintgħoġob.

Għandna wkoll ħelu tradizzjonali bħall-prinjolata,

kwareżimall, qagħaq tal-għasel u perlini

Page 8: X’inhu l folklor

Tafu xi logħob antik?

Hawn xi stampi għalikom:

Iż-żunżana ddur iddur

Page 9: X’inhu l folklor

Il-passju

Il-bubuni

Page 10: X’inhu l folklor

Il-karozzin

Il-vapur tal-art

Page 11: X’inhu l folklor

IL-FestiIL-Festi

Page 12: X’inhu l folklor

1. Din il-festa ssir fid-29 ta’ Ġunju hija festa pubblika.

2. Liem huma ż-żewġ patruni ta’ din il-festa?

3. F’din il-festa n-nies jieħdu l-ewwel għawma.

Page 13: X’inhu l folklor

4. Din il-festa niċċelebrawha fl-10 ta’ Frar.

5. Meta niċċelebraw Jum il-Vitorja?

6. X’infakkru f’dan il-Jum?

7. F’din il-festa nfakkru l-għotja tal-George Cross.