Il-Gwida Lejn is-Success: ĦTIĠIJIET Noti siewja dwar ir-rotta lejn kisbiet għoljin artistiċi ġewwa: ----------------------------------------------------------------------------- The Malta Visual and Performing Arts School NOTI PRELIMINARI Dan id-dokument jinqasam f’ħames partijiet li jġibu l-ismijiet ta’: IL-ĦAMES FOROM TAL-ARTI IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI TAL-ISKOLA Dawn in-noti għandhom jinqraw kollha u bir-reqqa. In-noti jagħtu ħjiel tajbin tar-rotta li l-istudenti jistgħu jaqbdu ladarba jirnexxielhom jidħlu b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu jagħtu konferma li qraw u fehmu l-ħtiġijiet u t-talbiet li dan id-dokument jagħmel, kif mitlub minnhom kemm fl-applikazzjoni online kif ukoll f’dik tal-karta. IL-VIŻJONI TAGĦNA Li tkun skola sekondarka meqjusa mill-aktar effettiva u li tgħin lill-istudenti jilħqu il-milja akkademika, soċjali u kreattiva tagħhom filwaqt li tħeġġeġ fihom is-sehem artistiku u kulturali li jafu joffru. IL-MISSJONI TAGĦNA L-iskola tagħna tħabbrek sabiex taħdem bħala komunita’ li tħaddem firxa kulturali li tlaqqa’ flimkien studenti, ġenituri u għalliema, bil-għan li toħloq ambjent li jiffoka fuq l-istudenti u t-tagħlim imsejjes fuq ir- rispett, il-fiduċja u l-kollaborazzjoni. L-istudenti kollha jingħataw l-għajnuna sabiex jiżviluppaw b’mod sħiħ il- ħila li jrawwmu ħsieb kritiku, emozzjonali u intelletwali filwaqt li jkunilhom ta’ ispirazzjoni dejjiema għas-snin li ġejjin.
23
Embed
The Malta Visual and Performing Arts School for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School. Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Il-Gwida Lejn is-Success:
ĦTIĠIJIET
Noti siewja dwar ir-rotta lejn kisbiet għoljin artistiċi ġewwa:
Dan id-dokument jinqasam f’ħames partijiet li jġibu l-ismijiet ta’:
IL-ĦAMES FOROM TAL-ARTI IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL
IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA
L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI TAL-ISKOLA
Dawn in-noti għandhom jinqraw kollha u bir-reqqa.
In-noti jagħtu ħjiel tajbin tar-rotta li l-istudenti jistgħu jaqbdu ladarba jirnexxielhom jidħlu b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School.
Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu jagħtu konferma li qraw u fehmu l-ħtiġijiet u t-talbiet li dan id-dokument jagħmel, kif mitlub minnhom kemm fl-applikazzjoni online kif ukoll f’dik tal-karta.
IL-VIŻJONI TAGĦNA Li tkun skola sekondarka meqjusa mill-aktar effettiva u li tgħin lill-istudenti jilħqu il-milja akkademika, soċjali u kreattiva tagħhom filwaqt li tħeġġeġ fihom is-sehem artistiku u kulturali li jafu joffru.
IL-MISSJONI TAGĦNA L-iskola tagħna tħabbrek sabiex taħdem bħala komunita’ li tħaddem firxa kulturali li tlaqqa’ flimkien studenti, ġenituri u għalliema, bil-għan li toħloq ambjent li jiffoka fuq l-istudenti u t-tagħlim imsejjes fuq ir-rispett, il-fiduċja u l-kollaborazzjoni. L-istudenti kollha jingħataw l-għajnuna sabiex jiżviluppaw b’mod sħiħ il-ħila li jrawwmu ħsieb kritiku, emozzjonali u intelletwali filwaqt li jkunilhom ta’ ispirazzjoni dejjiema għas-snin li ġejjin.
PARTI NRU 1: IL-ĦAMES FOROM T’ARTI
Il-Programmi ta’ Studju (sena 7 sa sena 11) tal-Ħames Forom t’Arti għandhom jinqraw sew.
TAGĦLIM PROPOST: O APPELL ESTETIKU
O ELEMENTI TA’ PERĊEZZJONI
O ĦILA TEKNIKA
O ŻVILUPP PERSONALI/SOĊJALI
O PERSPETTIVA STORIKA
APPELL ESTETIKU:
Bis-saħħa tal-Arti Viżwali l-istudenti jifhmu u jużaw il-lingwa tal-
estetika, li hi sabiħa, artistika, u maħduma bil-għaqal b’element
poetiku ta’ narrazzjoni fil-biċċiet tal-Arti. Dan jgħinhom jifhmu
n-natura u l-funzjoni ta’ din il-forma t’arti. Għalhekk, huma
jifhmu u japprezzaw aħjar lil xogħolhom, u dak tal-oħrajn, fil-
kuntest tal-ambjent u l-kultura li jgħixu fiha.
ELEMENTI TA’ PERĊEZZJONI:
L-istudenti jingħataw lopportunita’ li fihom irawmu l-ħiliet
perċettivi li huma meħtieġa biex jifhmu u jwieġbu għall-Arti u
għall-forom tad-Disinn. Huma jitgħallmu jagħmlu reazzjoni
għall-ambjent viżwali permezz ta’ esperjenzi li jidhru, u li allura
jistgħu jaraw u jħossu.
ĦILA TEKNIKA:
L-istudenti jitgħallmu jiżviluppaw u jtejbu lħiliet meħtieġa biex
jużaw għodod differenti ħalli jkunu jistgħu jaħdmu b’materjal
differenti fil-ħolqien ta’ biċċiet t’arti f’midja differenti.
ŻVILUPP PERSONALI U SOĊJALI:
Il-livell tat-tagħlim fl-istudenti jisseddaq peress li s-suġġett
jisfida ‘l ħiliet tagħhom biex jimirħu, jaħsbu, jiddeċiedu, joħolqu
u jsolvu sfidi u problemi parti millprocess tat-tagħlim. Huma
jibdew jaraw ċar il-mod kif iqisu ddinja li jgħixu fiha u
jirrispondu għat-talbiet tagħha.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
PERSPEPETTIVA STORIKA:
Dak kollu li hu maħluq mill-bniedem jipproponi kwalitajiet
viżwali speċifiċi għall-post u għaż-żmien li joħroġ minnhom.
Dan l-istudju jagħti tifsira storika tal-oriġini ta’ biċċiet t’Arti minn
kulturi dinjija speċifiċi, jistaqsi dwar l-oriġini tagħhom, min
għamilhom, il-midja wżata, il-funzjoni ta’ pitturi u oġġetti, kif
intlaqgħu u l-istorja tagħhom.
KARATTERIZZAZZJONI:
L-istudenti jitgħallmu jagħrfu, jinvestigaw u “joħolqu karattri”.
Mill-kitba tal-bidu (script) sal-wirja tal-aħħar (performance) u wara,
jitgħallmu jagħmlu analiżi ta’ karattri li jafu, biex jaslu joħolqu u
jibnu oħrajn, jagħtuhom ħajja, permezz tal-ħsieb, tal-kliem, tad-
dehriet, u l-azzjoni. TAGĦLIM PROPOST:
O KARATTERIZZAZZJONI ESPRESSJONI:
O ESPRESSJONI
O STORJA
Il-Lingwaġġ tal-Ġisem u l-Vuċi huma għodda essenzjali għall- O ANALIŻI
O REĊTAR attur. Bihom l-istudenti jitħarrġu kif jinterpretaw karattru,
O NOĦOLQU TEATRU FLIMKIEN
jgħaddu messaġġ u joħorġu emozzjoni. Huma jiflu modi ta’
espressjoni verbali u mhux verbali, mill-mima sal-kor Grieg sat-
teatru mużikali, li fih, l-istudenti jitħarrġu mhux biss fil-kant,
imma fl-interpretazzjoni wkoll. B’dal-mod huma jkunu qegħdin
isaħħu l-iżvilupp tal-karattri.
STORJA:
L-istudenti jagħmlu tiftix biex isibu kif inbniet it-tradizzjoni storika
tat-teatru matul iż-żmien. Jinvestigaw kif ħtiġijiet soċjali, reliġjużi,
ekonomiċi, kif ukoll gwerer biddlu ħafna riti ċerimonjali u
ċelebrazzjonijiet f’avvenimenti kulturali. Jiskopru kif twieldu
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
stili u ġeneri tat-Teatru, u jiġu murija kif ifissru u jqabblu karattri
u sitwazzjonijiet universali storiċi.
ANALIŻI:
L-istudenti jitgħallmu jsawru l-ħila analitika tagħhom biex
jevalwaw wirjiet teatrali differenti, u wara jużaw din l-analiżi
sabiex joħorġu b’xi ideat ġodda. Jitgħallmu jirriflettu fuq l-użu
tal-lingwa, l-istruttura tad-djalogu, kemm il-karattri jinżlu fil-
fond, u jekk jeżistux possibilitajiet biex jissuġġerixxu tmiem
differenti għal stejjer magħrufin. Jitgħallmu wkoll kif jużaw id-
diskrezzjoni fil-kritika tagħhom.
REĊTAR:
L-istudenti jesploraw it-teknika tar-reċtar permezz tal-attivitajiet
teatrali, il-kisba tat-tagħrif permezz tar-riċerka, u prattika fl-
improvizzazzjoni b’moviment fuq il-palk. Dan jesplorawh
individwalment kif ukoll fi gruppi. Permezz tat-teatru modern,
tat-teatru tat-tfal, ta’ dak klassiku u mill-farsa, mill-kummiedja u
mit-traġedja, jitħarrġu f’teknika mħallta għal reċtar fuq il-palk,
għal quddiem il-kamera, kif ukoll għar-radju.
NOĦOLQU TEATRU FLIMKIEN:
L-istudenti jitgħallmu jaħdmu flimkien. Joħolqu kitba u jsibu
metodi kif jipproduċu u jidderieġu reċti flimkien u kif
jirreklamawhom. Jgħarrfu stili teatrali u kif influwenzi differenti
jaħdmu fuq għażliet artistiċi. Jitħarrġu fix-xogħol ta’ wara l-
kwinti fil-bini ta’ sett, kostum u props, fil-ħoss u fid-dawl billi
jħażżu pjanti sempliċi u skemi ta’ produzzjoni.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦLIM PROPOST:
O FOTOGRAFIJA
O VIDJOGRAFIJA
O DISINN GRAFIKU
O DISINN TA’ WEBSAJT
O AWDJO (U RADJU)
O GĦARFIEN U ETIKA TAL-
MIDJA
FOTOGRAFIJA:
Dan l-istudju jintroduċi l-arti tal-Fotografija u l-ħiliet tekniċi
marbutin magħha. L-istudenti jitgħallmu dwar exposure tajba,
dawl, l-użu tal-kamera, kif ukoll dwar il-ħafna stili u modi tekniċi
fotografiċi. Jitgħallmu wkoll kif isir tisbiħ u emendi fir-ritratti.
VIDJOGRAFIJA:
Dan hu studju li jiġbor fih użu tajjeb ta’ kamera u inkwadraturi
korretti, it-tħejjija u storyboarding (pjan grafiku sempliċi li juri kif
storja bil-kontenut tagħha tkun organizzata f’vidjo). Jitgħallmu
jieħdu shots varji u kif jgħaqqdu vidjo permezz tal-editing.
Jitħarrġu wkoll f’kif tinbena produzzjoni ta’ programm televiżiv,
ta’ film u ta’ xandir dirett, b’effetti speċjali u grafiċi.
DISINN GRAFIKU:
Jiġu mistħarrġin prinċipji bażiċi tad-disinn grafiku, kif ukoll il-
liġijiet tal-viżiv u tat-tipografija, li jmexxu l-proċess kollu tal-
ta’ materjali, teknika u suġġetti tal-għażla tagħhom. Dawn jistgħu jkunu taħlita ta’ 2D u
3D. Jeħtieġu jfissru b’ħila huma għaliex ħolqu xi waħda mix-xogħlijiet fil-portafoll u l-
proċess kif għamluha.
L-għaxar biċċiet xogħol iridu jkunu sponsorjati mill-għalliema tal-Arti tagħhom fl-iskola bl-informazzjoni kollha mogħtija hawn taħt bħala prova li hu xogħol ġenwin maħdum mill-istudenti. Dawk ix-xogħlijiet li juru kwalunkwe tip ta’ intervent minn ħaddieħor ma jiġux ikkunsidrati. Barra minn hekk, kopji ta’ xogħlijiet artistiċi jew stampi (mill-Internet jew referenzi oħra) u xogħlijiet li fihom influwenza qawwija minn dawk ta’ ħaddieħor ma jiġux ikkunsidrati.
SESSJONI PRATTIKA: L-istudenti jpinġu, jiżbgħu jew jiskolpixxu xi ħaġa tal-għażla
tagħhom, f’sessjoni ta’ sagħtejn, billi jużaw materjali tal-għażla tagħhom ukoll.
Numru ta’ punti (temi u / jew oġġetti) jingħataw lill-istudenti li minnhom wieħed jista’ jipproduċi xogħol 2D jew 3D .
L-għalliema li jmexxu s-sessjoni jassiguraw li l-istudenti ma jikkuppjawx minn stampi li huma jġibu magħhom bħala riżorsi jew studju preliminari jew xi xogħol preparatorju.
L-istudenti jridu jġibu magħhom il-materjal neċessarju bħal: karti, karti għall-collage, imqass, kolla, żebgħa, lapsijiet eċċ.. jew materjal ieħor biex joħolqu xogħol 3D.
Jekk ikum hemm il-bżonn, jiġu provduti xi easels.
L-istudenti jistgħu jipproduċu aktar minn xogħol wieħed. Kull xogħol preparatorju għandu jinġabar flimkien max-xogħol finali u lest.
Billi jħaddmu l-immaġinazzjoni, il-ħsieb, u l-viżjoni kreattiva tagħhom, huma jibdew
minn sketch u jaslu għax-xogħol finali. Is-sessjoni tkun mħarsa tajjeb
u l-proċedura wżata tkun osservata b’reqqa. Kriterji: (25 marka kull
waħda: Total-100 marka)
Preżentazzjoni ta’ Portafoll: il-ħila li jitkellmu dwar xogħolhom.
Kontenut tal-Portafoll: varjetà ta’ materjali, teknika u suġġetti.
L-Użu ta’ Materjali u t-Teknika: ħiliet tekniċi.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fid-DRAMA .
L- istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu
evidenza li huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn
istituzzjonijiet rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il-Prova
ta’ Livell ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD. SESSJONI PRATTIKA: Din tieħu madwar għoxrin minuta. Taf tkun aktar jew anqas. L-istudenti jirreċtaw, bl-istil tagħhom, silta bil-Malti li jagħżlu minn erba’ siltiet li
jidhru fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD. (L-Applikanti li huma interessati li
jagħżlu verżjoni bl-Ingliż ta’ dawn is-siltiet jistgħu jsibuhom fil-versjoni bl-Ingliż ta’ dan id-
dokument fuq il-websajt tal-Edukazzjoni).
Jirrepetu l-istess silta taħt direzzjoni speċifika mill-membri tal-Bord tal-Għażla.
l-istudenti jsarrfu n-narrattiva tas-silta li jkunu għażlu f-diskors dirett bejn żewġ karattri u jaħdmu xena bl-użu ta’ pupazzi. Fl-aħħar, huma jridu jinterpretaw sentenza waħda mis-silta, li tkun magħżula minn membru tal-Bor tal-Għażla, f’erba’ burdai differenti.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
L-istudenti jsarrfu n-narrattiva tas-silta li jkunu għażlu f’diskors dirett bejn żewġ karattri u jaħdmu xena bl-użu ta’ pupazzi.
Fl-aħħar, huma jridu jinterpretaw sentenza waħda mis-silta, li tkun magħżula minn membru tal-Bord tal-Għażla, f’erba’ burdati differenti.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fil-MIDJA.
Il-Midja ma titlobx Prova ta’ Livell imma teħtieġ individwi b’ħiliet u
kompetenzi differenti. Kittieba, disinjaturi ta’ kostumi u dawk grafiċi,
animaturi, nies fuq il-kameras, fotografi, artisti li jħażżu sensiela ta’ skizzi
(sketches) li juri l-bdil fix-xeni ta’ film jew programm televiżiv, u diretturi,
kollha għandhom bżonn ta’ ħiliet differenti, imma kollha huma wkoll
intervista importanti fid-dinja vasta tal-Midja.
INTERVISTA: Din tieħu madwar għoxrin minuta. Taf tkun aktar jew anqas. Il-membri tal-Bord tal-Għażla jfittxu interess ġenwin fil-Midja, jaraw jekk l-applikanti
jafux kif taħdem, u kif tinħoloq, kif ukoll jaraw jekk għandhomx għajn għad-dettall fil-
ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fil-MUŻIKA.
Id-Drama teħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-
istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li
huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn istituzzjonijiet
rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il -Prova ta’ Livell
ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.
SESSJONI PRATTIKA: L-Istudenti jagħmlu sessjoni prattika li tieħu madwar għoxrin
minuta (taf tkun aktar jew anqas) u li tinkludi:
Daqq ta’ Strument: L-Istudenti jdoqqu tliet (3) biċċiet (ismijiet u titli jingħataw aktar ‘il quddiem). L-Istudent jridu jġibu l-istrument tagħahom.
Sight Reading: L-Istudenti jdoqq biċċa mużika adattata għall-istrument li jġibu magħhom u li ma jkunux raw qabel.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
Test Orali: matul dan it-test l-istudenti …
Jirrepetu ritmu mogħti għal darbtejn minn membru tal-Bord Għażla.
Ikantaw frażi qasira (melodija) matul firxa ta’ octave.
Joħorġu d-differenzi bejn żewġ frażijiet li jindaqqu minn membru tal-Bord tal-Għażla.
Jisimgħu silta mużikali u jridu jikkumentaw fuq il-kwalitajiet tagħha.
Test fit-Teorija Mużikali.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fiż-ŻFIN.
referenza
sessjoni
prattika
Iż-Żfin jeħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-
istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li
huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn istituzzjonijiet
rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il -Prova ta’ Livell
ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.
SESSJONI PRATTIKA: Din is-sessjoni tieħu madwar sagħtejn. Taf tkun aktar jew anqas.
Fi gruppi, l-istudenti jiżfnu sekwenza klassika (ballet) flimkien, għal silta mużikali klassika. Din is-sessjoni tieħu bejn siegħa u kwart u siegħa u nofs.
L-għadd tal-istudenti jiġi mnaqqas, u f’sessjoni oħra, fl-istess jum jew f’data oħra, dawk li jkunu magħżula, jiżfnu għal biċċa mużika oħra, din id-darba f’ġeneru differenti ta’ żfin.
L-istudenti jiġu eżaminati f’dawn l-erba’ oqsma:
Teknika u Ħila Artistrija
Muzikalita’ u Ritmu Kwalità u Koordinament tal-Moviment
PARTI NRU 4: REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA
Dettalji li jispjegaw ir-regolamenti li jmexxu l-proċess tal-Għażla.
1. ELIĠIBBILITÀ (Dritt li Japplika)
o L-Applikazzjoni għal dħul f’The Malta Visual and Performing Arts School hi miftuħa
għall-istudenti kollha tas-Sitt Sena fl-iskejjel al-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f’Malta u
Għawdex.
o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali għandhom iqisu, li biex uliedhom ikunu eliġibbli biex
jidħlu f’ The Malta Visual and Performing Arts School jeħtieġ li jkollhom ħila xierqa li
jagħmlu dan u li għandhom ir-reżiljenza meħtieġa għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti.
o Applikanti li m’għandhomx kompetenza xierqa fl-użu tal-lingwa Maltija u ta’ dik Ingliża
filqari, fil-kitba u fil-fehim jistgħu jsibu diffikulta’ fl-istudji tagħhom, u wkoll fl-eżamijiet.
2. PROĊESS TAL-GĦAŻLA (Sistema ta’ Għażla)
o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali, li japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu
jżommu mal-appuntamenti mogħtija (data u ħin) għall-awdizzjoni u l-intervisti.
o Huma għandhom jifhmu u jaqblu li joqogħdu għal kull deċiżjoni li tittieħed fil-proċess
tal-għażla, mill-Bord tal-Għażla kkonċernat.
o Id-deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Għażla hija finali.
PARTI NRU 5: L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI
L-Att dwar il-Ħarsien tal-Informazzjoni (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta), jirregola kif it-
tagħrif personali miġbur, f’forma elettronika u miktuba, jista’ jintuża. L-iskola hi mitluba
timxi b’mod sew u sħiħ mal-Prinċipji tal-Ħarsien tal-Informazzjoni kif imfassla fl-Att,
skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Ħarsien tal-Informazzjoni u SL 440.09
o Biex tkun tista’ taqdi l-funzjoni tagħha, The Malta Visual And Performing Arts School, fi ħdan
il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impiegi, tiġbor, tipproċessa u żżomm fuq il-kotba
tagħha informazzjoni personali, sabiex jiġu osservati l-obbligi legali skont l-Att dwar l-
Edukazzjoni (Kap.327), u dispożizzjonijiet oħra statutorji. Dan tagħmlu b’diskrezzjoni.
o Impjegati f’dan id-Dipartiment, li huma delegati u obbligati li jaqdu l-funzjonijiet ta’ dan
id-Dipartiment, għandhom aċċess għat-tagħrif li l-Ġenituri/Gwardjan Legali jagħtu.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
o Xi dettalji mit-tagħrif personali jistgħu jintalbu minn dipartimenti tal-Gvern oħrajn u terzi
persuni, bħal kliniċi, sptarijiet, jew speċjalisti mediċi u jsir użu minnhom jekk applikant
ikollu bżonn trattament mediku. L-awtoritajiet tal-Edukazzjoni jistgħu jagħmlu użu minn
din l-informazzjoni kif awtorizzat mil-liġi.
o Id-dettalji personali tal-Applikant u tal-Ġenituri/Gwardjan Legali huma mandatorji
għall-proċess tal-għażla u jintalbu ladarba applikant japplika biex jattendi f’din l-iskola.
o Mad-dħul tal-Applikanti fl-iskola, id-dettalji tal-Ġenituri/Gwardjan Legali jsiru kruċjali
għal tmexxija tajba tal-Iskola.
o Ir-rekords tal-Applikanti jistgħu jinkludu wkoll ritratti. Meta jinqala’ l-każ issir talba
oħra għall-kunsens mill-Ġenituri/Gwardjan Legali.
o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali huma fl-obbligu li jgħarrfu lill-iskola b’tibdil fid-dettalji tar-