Top Banner
MT Stħarriġ dwar l-Aġenda għall- Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi 1 1 Niżżel ir-rapport sħiħ minn: http://portal.cor.europa.eu/europe2020/MonitoringFlagships/Pages/Agenda-for-new-skills- and-jobs.aspx CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD
13

Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

Apr 14, 2020

Download

Documents

dariahiddleston
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

MT

Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi1

1 Niżżel ir-rapport sħiħ minn: http://portal.cor.europa.eu/europe2020/MonitoringFlagships/Pages/Agenda-for-new-skills-and-jobs.aspx

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD

Page 2: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 1 -

Dawn il-konklużjonijiet huma bbażati fuq in-nota tal-fajl “New Skills and Jobs Survey” (Stħarriġ dwar il-ħiliet ġodda u l-impjiegi) miktuba mill-Ecologic Institute GmbH (Tanja

Srebotnjak) u l-Policy Studies Institute (Elisabetta Mocca, Kathryn Ray, Rosemary Davidson).Ma jirrappreżentawx il-fehmiet uffiċjali tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Aktar tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni huwa disponibbli fuq l-internet permezz ta’ http://www.europa.eu u http://www.cor.europa.eu rispettivament.

© Unjoni Ewropea, Frar 2013Ir-riproduzzjoni parzjali hija permessa, bil-kundizzjoni li s-sors jissemma b’mod espliċitu.

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...

Page 3: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 2 -

Informazzjoni bażika

Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR), permezz tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020, għamel stħarriġ biex jivvaluta l-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impiegi bejn is-26 ta’ Novembru 2012 u l-21 ta’ Jannar 20132. L-istħarriġ jevalwa sa fejn l-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 wasslet għall-benefiċċji ppjanati lill-komunitajiet u r-reġjuni3. Il-konklużjonijiet li ġejjin ittieħdu minn total ta’ 46 tweġiba minn 17-il Stat Membru tal-UE.

Tweġibiet skont il-Pajjiż

1 1 1 1 1 12 2 2 2

34 4 4

56 6

01234567

Ungerija

Litwan

ja

finlandja

Awstrija

Span

ja u Portu

gall

Rumanija

Italja

Renju U

nit

Slova

kkja

Portuga

ll

Franza

Svezj

a

Span

ja

Polonja

Grafika 1: L-għadd ta’ tweġibiet riċevuti skont l-Istat Membru tal-UE

Grafika 2: Tweġibiet għall-istħarriġ skont it-tip ta’ awtorità

2 Il-kwestjonarju u l-informazzjoni bażika ta’ sfond tista’ ssibhom hawn:

http://portal.cor.europa.eu/europe2020/MonitoringFlagships/Pages/Agenda-for-new-skills-and-jobs.aspx.3 Iktar informazzjoni dwar l-inizjattiva ewlenija hija disponibbli fuq il-websajt tal-KtR:

http://cor.europa.eu/en/activities/europe2020/Pages/agenda-new-skills-jobs.aspx.

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...

Page 4: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 3 -

Konklużjonijiet

Il-Kumitat tar-Reġjuni wettaq dan l-istħarriġ biex jipprovdi informazzjoni dwar il-kapaċità tal-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi, li twassal il-valur miżjud ippjanat lill-komunitajiet u r-reġjuni madwar l-Ewropa. Il-kwestjonarju fih 15-il mistoqsija u jiffoka fuq erba’ temi:

l-isfidi tal-politika li r-reġjuni u l-bliet qed jiffaċċjaw fil-kuntest tal-għanijiet tal-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi (mistoqsijiet 1 sa 3);

ir-rilevanza tal-Aġenda biex tindirizza dawn l-isfidi tal-politika (mistoqsijiet 4 sa 7); ir-rilevanza tal-politiki implimentati mill-pajjiż fejn qiegħed ir-reġjuni jew il-belt (mistoqsijiet

8 sa 10); u l-esperjenzi fil-qasam tal-ġestjoni u l-iffinanzjar tal-azzjonijiet marbuta mal-Aġenda

(mistoqsijiet 11 sa 15).

L-istħarriġ irċieva total ta’ 46 tweġiba minn 17-il pajjiż. Il-maġġoranza tat-tweġibiet ġew minn jew għan-nom tar-reġjuni (39%), 33% tat-tweġibiet waslu mill-bliet u l-muniċipalitajiet u 24% mill-kontej/il-provinċji. Żewġ tweġibiet (4% tat-total) intbagħtu minn assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali u minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jippromwovu inizjattivi u attivitajiet soċjoekonomiċi f’seba’ pajjiżi tal-UE (European P’ACTS Network).

It-tweġibiet miġburin fis-sezzjonijiet 2-5 jistgħu jintużaw biex iwasslu għal għadd ta’ konklużjonijiet dwar:

is-saħħiet tal-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi; id-dgħjufijiet tal-Aġenda; u it-tibdil potenzjali li jista’ jkun implimentat wara r-reviżjoni ta’ nofs it-term fl-2014.

Fir-rigward tas-saħħiet osservati tal-inizjattiva ewlenija, l-istħarriġ jipprovdi xhieda li l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi tirrifletti t-tħassib prinċipali ta’ kważi kull min wieġeb (45 minn 46, li jgħoddu għal 98%)4, jiġifieri l-ħtieġa li tkun indirizzata l-problema tal-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol b’mod sistematiku u olistiku bil-għan li jogħla l-livell tal-impjieg u tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-mudelli soċjali l-iktar komuni. It-tqassim iktar dettaljat tal-għanijiet u l-objettivi jidher fiċ-ċart li jmiss.

4 F’każ wieħed il-mistoqsija ma kinitx imwieġba sew.

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...

Page 5: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 4 -

Grafika 3: L-għanijiet u l-objettivi tal-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjieg li ssemmew mill-kontributuri (mistoqsija 4)

Min wieġeb iħoss li l-inizjattiva ewlenija tal-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi tindirizza sew kwistjonijiet soċjoekonomiċi ewlenin fl-Unjoni Ewropea, prinċipalment il-fatt li l-kriżi ekonomika aċċellerat u intensifikat it-tibdil strutturali fis-suq tax-xogħol, ikkawżat żieda fil-qgħad (28 tweġiba, 61%) u wasslet għal differenza li qiegħda dejjem tikber bejn il-ħiliet disponibbli u dawk li jitolbu l-impjegaturi ewlenin (37 tweġiba, 80%). L-Aġenda tgħin ukoll biex tindirizza sfidi importanti marbuta mas-soċjal u mal-ekwità, pereżempju għall-persuni b’diżabbiltà (6 tweġibiet, 13%) u l-immigranti (5 tweġibiet, 11%). Għadd ta’ tweġibiet sostnew il-fatt li mhix biss kwistjoni li jinħolqu iktar impjiegi, iżda wkoll li dawn l-impjiegi jkunu ta’ kwalità u li jinstab il-bilanċ ġust bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà tal-impjieg, speċjalment fir-rigward tal-għadd dejjem jikber ta’ kuntratti temporanji jew b’terminu fiss (9 tweġibiet, 20%).Din iċ-ċart turi taqsira tat-tħassib tal-kontributuri.

Sfidi msemmija mill-kontributuri(iktar minn tweġiba waħda possibli)

355

68

912

1328

37

0 5 10 15 20 25 30 35 40

Emigrazzjoni

Mobbiltà baxxa tal-ħaddiema

Integrazzjoni tal-ħaddiema migranti fis-suq tax-xogħol

Integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà fus-suq tax-xogħol

Popolazzjoni li qed tixjieħ

Kuntratti temporanji/li jiskadu

Ħtieġa li jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjiegi

Żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ

Żieda fil-qgħad

Nuqqas ta' qbil bejn id-domanda u d-disponibbiltà tax-xogħol

Grafika 4: Sfidi msemmija mill-kontributuri (mistoqsija 1)

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...

Page 6: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 5 -

Waqt li xi riformi fis-suq tax-xogħol u kwistjonijiet relatati (bħall-edukazzjoni) jistgħu jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali, il-kontributuri rrikonoxxew li l-Aġenda kienet qed tirrifletti l-interess reġjonali sa ċertu punt. L-approċċ komprensiv tal-Aġenda għat-tnaqqis tal-qgħad u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda kien partikolarment apprezzat (29 tweġiba, 63%). Dan jinkludi ż-żieda fil-livelli ta’ impjiegi kumplessivament (il-mira tirreferi għall-popolazzjoni attiva ekonomikament imsemmija fi 17-il tweġiba, 37%), it-titjib fl-edukazzjoni u li l-istudenti jlestu l-iskola (il-mira tirreferi għal massimu ta’ 10% ta’ studenti li jieqfu qabel jispiċċaw l-iskola obbligatorja, imsemmija f’16-il tweġiba, 35%), it-taħriġ avvanzat u l-bini tal-ħiliet (il-miri jirreferu għall-grupp ta’ persuna bejn it-30 u l-34 sena bi kwalifiki terzjarji, imsemmija f’6 tweġibiet, 13%), u l-aġenda soċjali bl-għan li tnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali permezz tal-impjieg (il-miri jirreferu għat-tnaqqas tal-għadd ta’ persuni f’riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, imsemmija fi 8 tweġibiet, 17%). Il-kontributuri rrikonoxxew b’mod partikolari l-valur tal-miri edukattivi li jikkonċentraw fuq azzjonijiet maħsuba biex jilħqu aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u biex jitnaqqas l-għadd ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola. Barra minn hekk, għadd iżgħar ta’ kontributuri kienu pożittivi dwar il-politiki ta’ ‘flessigurtà’ mmexxija mill-Aġenda (11-il tweġiba, 24%), billi dan huwa konsistenti mal-isfidi tas-suq tax-xogħol.24%

Il-miri dehru utli għall-monitoraġġ u l-indirizzar ta’ kwistjonijiet li jaffettwaw is-suq tax-xogħol u l-bini tal-ħiliet. Waqt li l-miri ġew kritikati xi ftit mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li wieġbu (anke fil-każijiet fejn Stat Membru stabbilixxa l-miri tiegħu stess), dawk li wieġbu jidhru li jifhmu li diffiċli tfassal aġenda għall-UE kollha u azzjonijiet assoċjati li huma speċifiċi u flessibbli biżżejjed biex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-kuntest lokali.

L-Aġenda ġiet imfaħħra wkoll għall-fatt li tiffoka fuq it-taħriġ vokazzjonali u l-funzjonament ġenerali tas-suq tax-xogħol, bħala għodda biex tindirizza kwistjonijiet soċjali flimkien ma’ kwistjonijiet ekonomiċi.

Fir-rigward tal-politiki li l-Istati Membri qed jimplimentaw, kull min wieġeb ipprovda eżempji ta’ azzjonijiet li ħadu jew qed jieħdu biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol.Jidher ċar li fi kważi l-każijiet kollha (44 minn 46, 96%), l-awtorità reġjonali jew lokali taqdi rwol importanti fit-tfassil u t-twettiq tal-azzjonijiet. Id-deskrizzjonijiet tagħhom jirriflettu wkoll l-għarfien tajjeb li għandhom l-organizzazzjonijiet tal-kontributuri dwar l-impjieg u l-isfidi tal-impjiegi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni, il-kontej, il-bliet u l-muniċipalitajiet.

Konklużjonijiet dwar id-dgħjufijiet tal-Inizjattiva Ewlenija tal-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi

Id-dgħjufijiet u l-kritika tal-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi sa ċertu punt huma konsegwenza diretta tal-karatteristiċi li wasslu għat-tifħir tagħha: l-ambitu globali tal-Aġenda mifrux mal-UE kollha jfisser li tidher ukoll bħala wisq teoretika u b’ambitu wiesa’ u tonqos milli tikkunsidra d-diversità tas-sitwazzjonijiet nazzjonali u sottonazzjonali differenti.

Għalhekk, uħud ħassew li l-isfidi u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom kienu injorati (18-il tweġiba, 39%). Dan jinkludi b’mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (jiġifieri l-Gżejjer Kanarji) kif ukoll żoni li ntlaqtu partikolarment mill-kriżi ekonomika jew li jiffaċċjaw ċirkostanzi lokali li jagħmluha impossibli li jilħqu l-miri nazzjonali (pereżempju popolazzjoni li qed tixjieħ, nuqqas ta’

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...

Page 7: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 6 -

istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, influss kbir ta’ immigranti, jew suq tax-xogħol li jeħtieġ iktar ħiliet vokazzjonali mill-edukazzjoni terzjarja enfasizzati fl-inizjattiva ewlenija).

B’konsegwenza, l-istrateġija dehret li għandha d-diffikultajiet meta tiġi biex tindirizza l-isfidi differenti li qed jiffaċċjaw partijiet differenti tal-Ewropa. Barra minn dan, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-miżuri kienet innutata bħala ħafna iktar diffiċli minħabba r-riċessjoni ekonomika attwali (17-il tweġiba, 37%).

Kritika oħra hija marbuta mal-proċeduri amministrattivi biex jinkisbu finanzjamenti mill-Fondi Strutturali tal-UE (Il-Fond Soċjali tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) għall-azzjonijiet tal-Aġenda. Minn naħa, il-Fondi Strutturali Ewopej jitqiesu importanti minn kważi kull min wieġeb, u ħafna użawhom biex jappoġġjaw xi programm jew azzjoni (23 tweġiba, 50%). Id-dikjarazzjoni tal-Uffiċċju tal-Marixxal tar-reġjun ta’ Mazowsze f’Varsavja tirrappreżenta tal-inqas kwart mill-fehmiet tal-kontributuri. Dan qal li mingħajr dawn il-fondi jkun hemm nuqqas drastiku ta’ azzjonijiet marbuta mal-inizjattiva ewlenija.

Fl-istess ħin, xi wħud (5 tweġibiet, 11%) ħassew li ‘jista’ jsir iktar użu mill-Fondi Strutturali jekk ikun hemm inqas burokrazija għall-applikazzjoni, is-segwitu, ir-rappurtaġġ u l-ħlasijiet5’. L-iktar suġġeriment frekwenti kien biex tinħoloq sistema iktar flessibbli li tħalli lill-awtoritajiet u l-operaturi tal-programmi jaċċedu għal Fondi Strutturali differenti permezz ta’ applikazzjoni waħda jekk dawn jindirizzaw kemm kwistjonijiet ta’ twassil kif ukoll ta’ infrastruttura. Tweġiba oħra mill-Belt ta’ Solna sejħet għal kooperazzjoni aħjar bejn il-fondi billi l-impjieg jiddependi mit-tkabbir fl-SMEs u għalhekk il-FSE u l-FEŻR huma ż-‘żewġ uċuħ tal-istess munita’.

Dgħjufijiet oħra msemmija fil-kuntest tal-finanzjament tal-azzjonijiet tal-Aġenda jinkludu l-fatt li l-Fondi Strutturali għandhom ikomplu jiffukaw sostanzjalment fuq il-ħiliet u l-impjiegi. Ir-reġjun ta’ Twente rrakkomanda li l-fondi tal-FEŻR ikunu ġestiti mill-provinċji stess.

Dawn il-kummenti japplikaw ukoll għat-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ impjieg fil-Ftehim ta’ Sħubija li jmiss li għandu jiġi ffirmat mill-gvernijiet nazzjonali u l-Kummissjoni tal-UE dwar il-ġestjoni tal-Fondi Strutturali taħt il-Qafas Strateġiku Komuni 2014-2020. Ħafna mill-kontributuri jemmnu li dawn għandhom isiru prijorità - flimkien mal-iżvilupp ekonomiku - u li jkollhom il-fondi meħtieġa allokati lilhom sabiex ikun jista’ jsir investiment ġenwin u li jista’ jitkejjel fil-ħolqien tax-xogħol (22 tweġiba, 48%, taw rakkomandazzjonijiet rigward il-fondi tal-impjieg u finanzjamenti relatati). Il-koordinazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u lokali hija element importanti, kif inhi l-koordinazzjoni trans-settorjali ta’ attivitajiet f’oqsma relatati mal-impjieg bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet, u l-innovazzjoni. Madankollu, il-konklużjoni hi li jeżistu fehmiet differenti dwar il-livell ta’ gvern - nazzjonali jew reġjonali - li finalment ikun se jwassal u jieħu r-responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet (sitt tweġibiet, 13%, huma favur rwol ikbar tar-reġjuni, iżda l-Uffiċċju tal-Marixxal tar-reġjun ta’ Mazowsze f’Varsavja qal li ‘l-Ftehimiet ta’ Sħubija għandhom jinkludu mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tal-politika tal-impjieg fil-livell nazzjonali u għandhom jikkunsidraw l-opportunitajiet mogħtija mill-fondi tal-UE f’dan il-qasam.’)

Għalhekk, għandha titqies serje ta’ bidliet potenzjali wara r-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-2014.5 Il-belt ta' Malmö bi tweġiba għall-mistoqsija 11 tal-kwestjonarju.

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...

Page 8: Stħarriġ dwar l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi · Web vieweducation and business sector contribute small amounts of funds. Structural Funds (ERDF, ESF) are always used

- 7 -

Tibdil propost wara r-reviżjoni ta’ nofs it-term

Kontenut:

jinżamm l-approċċ olistiku għar-riformi fis-suq tax-xogħol, b’ħidma biex jogħla l-livell tal-impjieg, waqt li l-miri u l-azzjonijiet isiru iktar speċifiċi, sabiex jagħtu gwida iktar ċara mhux biss lill-gvernijiet nazzjonali iżda wkoll lill-awtoritajiet fuq livell lokali u reġjonali li spiss ikollhom jimplimentawhom.

tisħiħ tal-element soċjali fir-riforma tas-suq tax-xogħol u l-impjieg. Hemm interess dejjem jikber fl-innovazzjoni soċjali u kif din tista’ tgħin biex tiġi indirizzata l-problema ta’ ftit wisq impjiegi għal ħafna nies, kif jistgħu jiġu żviluppati approċċi ġodda għall-impjiegi u kif dawn jistgħu ukoll jgħinu biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-industrija u n-negozji għal tipi ġodda ta’ ħiliet;

il-possibbiltà tar-reviżjoni tal-għanijiet u l-miri u d-definizzjoni tagħhom fid-dawl tad-differenzi reġjonali u lokali. Pereżempju, mhux biss persuni bejn it-30 u l-34 sena għandhom ikunu kkunsidrati fil-proporzjon ta’ dawk b’lawrja terzjarja, u f’ambjenti rurali u urbani żgħar, il-mira tal-impjieg u l-lawrja terzjarja tista’ tkun sempliċiment impossibbli biex tintlaħaq.

jinżamm u jiġi ċċarat l-irbit mal-inizjattivi l-oħra tal-Istrateġija Ewropa 2020, pereżempju l-inizjattiva Żgħażagħ Attivi, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati u implimentati azzjonijiet b’benefiċċji multipli minn inizjattivi differenti.

Ġestjoni u Ffinanzjar:

huwa importanti li l-politika Ewropea ma żżidx mal-piż amministrattiv li jiffaċċjaw livelli differenti ta’ gvern fl-Istati Membri billi tgħaddi leġislazzjoni reċiprokament esklużiva jew kontradittorja jew bl-adozzjoni ta’ proċeduri u proċessi ta’ kontabilità amministrattiva ineffiċjenti;

titjib tal-fluss tal-informazzjoni dwar proġetti attwali jew li għaddew f’livelli differenti ta’ gvern, u fejn possibbli, bejn pajjiż u ieħor, sabiex iseħħ proċess ta’ tagħlim;

titjib tal-għarfien dwar l-inizjattiva u l-miżuri tagħha fl-Istati Membri tal-UE. Għandu jkun ċar liema istituzzjonijiet fil-pajjiż huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri skont l-inizjattiva partikolari;

semplifikazzjoni tal-burokrazija u tas-sistema biex wieħed japplika għall-għotjiet, kif ukoll tal-proċeduri tal-kontabilità;

semplifikazzjoni u allinjament tal-mekkaniżmi ta’ ffinanzjar għall-Fondi Strutturali tal-UE u l-possibbiltà li applikazzjoni waħda tkun valida għal sorsi ta’ finanzjament differenti. Dawn huma sorsi ewlenin ta’ appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet taħt l-inizjattiva, iżda l-kontributuri talbu wkoll li l-istruttura, l-amministrazzjoni u l-politiki ta’ ħlas isiru iktar flessibbli u jinvolvu inqas burokrazija;

iktar sensittività għas-sitwazzjoni u l-pożizzjoni ġeografika speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi b’dispożizzjonijiet speċifiċi għal dan fl-Aġenda u fil-flussi tal-finanzjament.

_____________

CDR1399-2013_00_00_TRA_TCD .../...