Top Banner
19

Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

May 26, 2015

Download

Spiritual

Claudio Laferla

Din hi l-introduzzjoni ta' sensiela ta' katekezi fuq il-Fidi. Il-Knisja Kattolika nidiet is-Sena tal-Fidi fil-11 ta' Ottubru 2012 sal-24 ta' Novemberu 2013.
Ghalhekk, fil-Knisja tal-Erwieh, Tarxien, qed naghtu bidu ta' sensiela ta' katekezi fuq il-Fidi biex nimxu flimkien mal-Knisja u nirriflettu dak li suppost qed nemmnu u nghixu.
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni
Page 2: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

“Il-bżonn li nerġgħu niskopru il-vjaġġ

tal-fidi, ħalli nitfgħu dejjem aktar dawl

ċar fuq il-ferħ u l-entużjażmu ġdid dwar

il-laqa’ tagħna ma Kristu.” (P. Benedittu XVI, Ittra Appostolika 'Porta fidei’, 2012)

Page 3: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Riflessjoni:

Il-Fidi hi vjaġġ…

Ikollna dawl ċar…

Il-laqa’ tagħna ma Kristu.

Page 4: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

“Għal dan il-għan, huwa sejjaħ is-Sena

tal-Fidi, li taħbat ukoll ma żewġ

anniversarji: il-50 anniversarju tal-bidu

tal-Konċilju Vatikan II, u l-20 anniversarju

tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja

Kattolika.”(Arcisqof Fisichella )

Page 5: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Riflessjoni:

Alla li għadu jitkellem fil-ħajja

tal-bniedem li Hu ħalaq;

Alla li ma jitlaqx il-bniedem għal rieħu;

Alla li juża l-modi ordinarji biex

jitkellem…kemm lill-Knisja u lil xulxin.

Page 6: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Għan:

Biex ikun hemm sapport tal-fidi ta’

dawk li jemmnu, li, fit-tiġrib ta’

kuljum, qatt ma jieqfu jafdaw

ħajjithom lill-Mulej Ġesu’, bil-kuraġġ

u l-konvinzjoni.

Page 7: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Riflessjoni:

Fil-ħajja t-tiġrib se jkun hemm zgur.

Għalhekk, għandna bżonn l-għajnuna

ta’ xulxin biex ngħamlu esperjenza ta’

Alla imqanqla mill-Fidi li hi don ta’ Alla.

Page 8: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

“Fis-Sena tal-Fidi, kull min jemmen għandu jiskopri mill-ġdid dik il-fidi li:

Jistqarr,

Jiċċelebra,

Qiegħed jgħix, u

Biha jitlob.”

Page 9: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Riflessjoni:

In-Nisrani għandu jistaqsi lilu nnifsu: F’Min jemmen

u Kif jemmen…;

X’qed jiċċelebra u Għaliex…;

X’ effett qed iħalli dan it-twemmin fil-ħajja tiegħhu…;

X’relazzjoni għandu ma Ġesu`…

Page 10: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

“Is-Sena tal-Fidi, għandha kuntest aktar

wiesgħa li huwa kkaratterizzat b’mod ġenerali

minn kriżi li tmiss ukoll il-fidi.

Il-kriżi tal-fidi hi espressjoni drammatika ta’

kriżi antropoloġika li fiha naraw kif il-bniedem

abbanduna ruhu għall-affarijiet maħluqa.”

(Arcisqof Fisichella )

Page 11: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Riflessjoni:

Qed ngħixu f’dinja li l-materjal u dak kollu li hu

mmedjat qed ikollu effett dirett negattiv fuqna. In-

Nisrani wkoll qed jiġi affetwat b’dawn l-affarijiet ta’

madwaru. Kull persuna għandha fiha l-aspett

traxxendentali u għalhekk in-Nisrani ukoll irid jerġa’

jiskopri mill-ġdid din il-verita`.

Page 12: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Diversi Attivitajiet…

Ottubru 201211: Ftuħ Uffiċjali fi Pjazza S. Pietru (50 anniversarju mill-Konċilju Vatikan II).

21: Il-Kanonizzazzjoni ta 7 martri.

Page 13: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Jannar 2013 25: Ċelebrazzjoni Ekumenika fil-Bażilika ta’ Ruma.

April28: P. Benedittu jamministra s-Sagrament tal-Griżma lil xi żgħażagħ.

Page 14: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Mejju5: Dedikazzjoni għal diversi espressjonijiet ta’ fidi popolari.

18: Velja ta’ Pentekoste, Movimenti Kattoliċi jinġabru fi Pjazza S. Pietru.

Page 15: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Ġunju2: Corpus Christi: fid-Dinja kollha u

fl-istess ħin se jkun hemm adorazjoni.

16: Dedikazzjoni lill-Vanġelu tal-Ħajja.

Page 16: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Lulju 7: Seminaristi u novizzi minn madwar id-Dinja kollha se jiltaqghu fi Pjazza S. Pietru.

Settembru 29: Dedikat lill-katekisti fl-20 anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.

Page 17: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Ottubru 201313: Jiffoka fuq il-preżenza ta’ Marija fil-Knisja.

Novembru 201324: Jinkludi numbru ta’ avvenimenti kulturali.

Page 18: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

Titlifx din l-opportunita`!

Ejja u isma’…Irrifletti…

Iddjaloga…Emmen u Għix.

Page 19: Sena tal-Fidi_Introduzzjoni

L-iktar importanti hi l-aħħar mistoqsija…

Inti għandu jkollok tweġiba!