Top Banner
Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Mejju 2014 • Sena 65 • Numru 5 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 NEWSPAPER POST
36

RM2014-05 May

Apr 02, 2016

Download

Documents

RM2000

Maltese Jesuit Magazine
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: RM2014-05 May

Maħ

ruġ

mill‐

Ġiżw

iti M

altin

• M

ejju

201

4 • S

ena

65 •

Num

ru 5

• 78

, Triq

il-M

arki

ż Sc

iclu

na, N

axxa

r NXR

206

7N

EW

SPA

PE

R P

OS

T

Page 2: RM2014-05 May

IL-CARD TAL-MOTHER’S DAY

x0x02 • mejju 2014 • Rm2000

Page 3: RM2014-05 May

It-tifla kienet ferħana wisq fil-klassi tal-kindergarten. Kien jisimha Sharon u kellha erba’ snin. Kellha teacher ħelwa wisq. Tgħidx kemm kienet dedikata u tħobbhom lit-tfal tal-klassi u t-tfal kienu jadurawha. Wasal ix-xahar sabiħ ta’ mejju. ma setgħetx tonqos it-talba speċjali ta’ kull filgħodu lill-Omm tagħna marija. Dan kien ix-xahar dedikat lilha b’mod speċjali u t-teacher kienet tkellimhom fuq l-Omm tas-sema.

Imma dax-xahar kien fih jum tassew speċjali, jum l-Omm. It-teacher ridithom iħejju card personali biex it-tfal jagħtuha lil ommhom għal dik l-okkażjoni. u x’hemm isbaħ milli t-tfal ipinġu l-card tagħhom? Spjegatilhom x’għandhom jagħmlu, tathom il-crayons u l-kuluri u ħalliethom iħażżu u jpinġu dak li xtaqu huma. It-tfal kienu żgħar wisq biex jiktbu messaġġi, għalhekk, b’hafna paċenzja bdiet tgħinhom jiktbu l-kliem: “Happy mothers’ Day.”

It-tfal daħlulha bil-qalb dil-imbierka card. Kulħadd kif jaf hu jew hi. Taħżiż u tiċpis mal-karta kollha, kuluri kemm trid kif ukoll tbajja’ u taqtir imżellġin. Fuqkollox ma setax jonqos li t-tfal riedu jpinġu lil ommhom.

Sharon ukoll daħlet b’ruħha u ġisimha biex tpinġi lil ommha. Ċirku kbir, taparsi tond u miftuħ min żewġ naħat suppost kien wiċċha. Għajnejn imberrqin, waħda ‘l fuq u l-oħra ‘l isfel. Daqsxejn ta’ żewġ tikek taparsi mnieħer u ħalq imċarrat li fih stajt

tipparkja karozza tal-linja. Ix-xagħar kien qisu x-xewk ta’ rizza mnittfa u l-idejn u s-saqajn zkuk tas-sulfarini mġebbdin u miksurin b’kull pożizzjoni possibbli. Kapulavur jew diżastru? Ħaġa waħda kienet importanti: dik il-‘mummy’.

Sharon insistiet li l-kliem tiktibhom hi. Tista’ taħseb l-ittri kif kienu miktubin u x’pulitizza ta’ kaligrafija kellha tifla ta’ erba’ snin! Imma kitbet dak li xtaqet: “Happy Maders Day. I lav you!”

Spiċċat l-iskola u Sharon taret lejn dirgħajn ommha tistenniha wara l-bieb tal-iskola. Dik li sejjaħnielha ‘card’ kienet folja ta’ pitazz imkemmxa, mtebbgħa u mitwija f’erba’. Tgħidx kemm xejritha dil-biċċa karta sa ma waslet mill-bieb tal-iskola sa fejn kien hemm ommha tistenniha. “mummy, mummy, din għalik…!” u waqfet tistenna lil ommha tiftaħ il-karta mitwija biex tara x’se tgħid ommha.

X’taħsbu li qalet l-omm meta rat dak it-taħżiż kulurit, dawk iċ-ċrieki mgerfxin li suppost kienu wiċċha, dawk it-tbajja’ ta’ kuluri u dik il-kaligrafija bilkemm tingħaraf ta’ kliem spellut ħażin?

X’konna ngħidu dwar dik l-omm kieku r-reazzjoni tagħha kienet: “Dan xi ħmieġ ta’ karta ġibtli? Xi kruha ta’ tpinġija? X’kitba mimlija żbalji u kerha ġibtli? Din card issejjħilha jew diżastru?” Anqas biss noħolmu li omm tista’ tgħid kliem bħal dan.

Fil-fatt żgur li l-unika reazzjoni tal-omm imsaħħra bil-card ta’ bintha tkun demgħa ta’ ferħ li ġġelben minn ħaddejha waqt li tgħannaq lil bintha u bejn bewsa u oħra tgħidilha: “Xi ħlew ta’ card, binti. Grazzi, grazzi. Inħobbok!”

Qatt ħsibt li Alla huwa Omm? Kif taħseb li se jilqgħek meta tidher quddiemu wara li tispiċċa l-klassi tal-ħajja u tirritorna d-dar tiegħek tas-sema? Kif taħseb li se jħares lejn il-biċċa karta mċarrta mill-pitazz ta’ ħajtek, bit-taħżiż, l-iżbalji u t-tħarbix kollu li tkun ħażżist fiha tul ħajtek biex tgħidlu ‘Happy Mothers’ Day, I love you!’

Taħseb li Alla-Ommok se jikkundannak għax dak biss kellek il-ħila tippreżentalu fi tmiem ħajtek? jew inkella se jgħid, “Ara xi ħlew, dan ibni, din binti, x’irnexxielha tagħmel, fiċ-ċokon u d-dgħufija tagħha, biex tferraħni u tgħidli li tħobbni!”

Alla ma jiġġudikaniex fuq fejn ma wasalniex jew fejn fallejna. Alla jiġġudikana fuq kemm ippruvajna u kemm stinkajna, kemm, meta u kif stajna, minkejja ċ-ċokon u l-faqar tagħna.

Hekk għallimna l-imgħallem tagħna:

“Jekk intom, midinbin, tafu tħobbu Hekk lil uliedkom, kemm aktar missierkom li

Huwa fis-smewwiet.”

Rm2000 • mejju 2014 • 3

Page 4: RM2014-05 May

4 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 5: RM2014-05 May

jien trabbejt mal-ġenituri tiegħi li kienu ilhom flimkien minn mindu kelhom tlettax-il sena. Iżda, l-ħajja kienet infern minħabba li missieri kien alkoħoliku. Għalkemm ommi kienet tagħmel mill-aħjar, jien kont inħossni waħdi, bla ħadd min jurini t-triq, speċjalment meta missieri kien ikun qed jgħajjat u jkisser id-dar kollha!

Iddeċidejt li nitlaq u mmur ngħix fit-triq, forsi hemm insib aktar imħabba milli kelli d-dar. Ta’ sbatax-il sena kelli l-ewwel tarbija, Kyndra, iżda jien ma kontx lesta li nsir omm għax ma ridtx inħalli l-ħajja li kont qbadt. Għalhekk, it-tifla kienet tqatta’ ħafna ħin ma’ ommi u ma’missieri – dak li jien stess ħrabt minnu qabel!

Ta’ dsatax kelli t-tieni tifla. Fit-tqala, it-tobba qaluli li kien se jkollha spina bifida. Lanqas kont naf xi tfisser u, għalkemm tawni l-parir li nagħmel abort, jien m’aċċettajtx għax kont nemmen li Alla kien se jsalvali t-tarbija minkejja l-fatt li ma kontx qed ngħix kif irid Hu. Xorta ma kontx għadni lesta li nsir omm u nieħu ħsieb lit-tarbija, aktar u aktar meta din issa kellha bżonn ħafna attenzjoni. Ommi reġgħet offriet li tieħu ħsiebha, bil-patt li jien

noħdilha lil Kyndra. Xtaqt verament li nkun omm tajba u nbiddel ħajti, imma l-egoiżmu tant ħakimni li ma rnexxilix speċjalment issa li anki kont bdejt nixrob u nieħu d-drogi. Lanqas qatt ħsibt kemm kont qed nikkaġuna ħsara lil uliedi.

Ta’ għoxrin kelli lil David u bdejt inħoss li għandi nagħmel minn kollox biex nieħu ħsieb dan it-tifel li ma kellu lil ħadd min jieħu ħsiebu. Iżda, bqajt noħroġ billejl u komplejt bil-vizzjijiet li kelli - dejjem infittex l-imħabba li tant kont nixtieq!

Ta’ 22 sena kelli r-raba’ wild – Kimyra. Wara dan kollu, suppost li bdejt nirrealizza li l-affarijiet ma kinux sejrin sew, imma l-ħażen ta’ madwari tant kien għamieni li ma kontx għadni lesta nkun dik l-omm kif riedni nkun Alla u komplejt nitfarrak. Lanqas kienu għaddew ħmistax-il xahar li ma rġajtx wellidt tifel ieħor – Christian. Kelli dipressjoni qawwija, dejjem infittex affarijiet li forsi jagħmluni kuntenta, u bqajt għaddejja bil-ħajja ta’ qabel. Ta’ 24 sena kelli lil Douglasia u ntbaħt li Alla kien qed jurini xi ħaġa, imma ma ridtx naf! Kont dejjem imdejqa, mitlufa u l-imħabba bqajt ma sibthiex!

Ħames snin wara, jien bdejt ninbidel, bdejt inħoss ir-risponsabbiltà ta’ uliedi. Kien hemm bżonn li nqum u nibda naġixxi ta’ omm għal uliedi. ma bqajtx niffrekwenta n-nies u l-postijiet ta’ qabel. Bdejt nistaqsi lil Alla, ‘mulej, kif għandi nitlob?’ Għalkemm kont ili ħafna ‘l bogħod minn Alla, kont naf li uliedi kienu rigali mingħandu, anki jekk ġew kif ġew, u Hu ried jurini xi ħaġa. Il-mistoqsijiet saru talb ta’ kuljum - talb biex il-mulej jagħtini s-saħħa u l-kuraġġ li nkun omm kif irid Hu. Fhimt li, kieku ma kienx jaf li kapaċi nieħu ħsiebhom, ma kienx jagħtini sitt ulied.

Dawn l-aħħar ħames snin kbirt u sirt omm tajba li m’għandhiex bżonn tfittex l-imħabba, għaliex qalbha mimlija bl-imħabba t’Alla, bil-preżenza tiegħu ġewwa qalbha u ruħha. Hu ta lil Ibnu stess biex ipatti għal dnubieti għax jaf li qatt mhu se nkun perfetta. Issa jien kuntenta, ġewwa dari m’għadux jirrenja l-ħażen imma hemm Alla bħala l-kap tal-familja tiegħi.

Alla ħadem mhux biss fuqi imma fuq missieri wkoll. Ilu ma jixrob tnax-il sena, għadu jgħix ma’ ommi u ma’ binti Taylor li issa għalqet erbatax-il sena.

illum Jien għandi 34 sena u nemmen, bil-qawwa kollHa, li alla bagħat lil ibnu l-waħdieni biex imut għad-dnubiet tiegħi u ta’ kulħadd. għandi sitt itfal, kollHa minn missiriJiet differenti u, għal dawn l-aħħar ħames snin, qed inrabbiHom waħdi bil-għaJnuna t’alla li għamel affariJiet li qatt ma kont nobsor li se Jagħmel miegħi.

Rm2000 • mejju 2014 • 5

Page 6: RM2014-05 May

6 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 7: RM2014-05 May

konna għadna kif ġarreJna minn dar f’ ħaż-żabbar għal dar fil-mellieħa s-sena ta’ qabel. kelli tlettax-il sena u kelli attitudni ribelluża u kważi rrabJata.

Ftit kien jimpurtani minn dak li ommi u missieri kellhom xi jgħidu, speċjalment jekk dak li riedu jgħidu kien fuqi. Bħal ħafna adolexxenti, ridt niġġieled dak kollu li ma jaqbilx ma’ kif naraha jien il-ħajja. Kont nemmen li m’għandix bżonn min jiggwidani u kont nirrifjuta lil min jipprova jħobbni. Fil-fatt, il-kelma ‘mħabba’ kienet saret iddejjaqni.

Lejla minnhom, wara ġurnata iebsa, dħalt f’kamarti bil-ġirja, għalaqt il-bieb u dħalt fis-sodda. Hekk kif kont mimdud, idejja sabu ruħhom taħt l-imħadda. Ħassejt xi ħaġa b’idejja… Kien envelopp. Xgħelt il-lampa u hekk kif ħriġt l-envelopp minn taħt l-imħadda, rajt li

STORjA vERA

Aqraha meta tkun waħdekfuqu kien hemm miktub: “Aqraha meta tkun waħdek.”

jien kont waħdi, għalhekk ftaħt l-ittra. Kienet tgħid hekk: Mike, naf li l-ħajja iebsa bħalissa, li forsi xi irrabjat u li jien ma nagħmilx kollox tajjeb. Imma naf ukoll li jien inħobbok ħafna u li int ma tista’ tgħid jew tagħmel xejn li jnaqqasli l-imħabba li għandi lejk. Jien dejjem hawn lesta għalik, jekk qatt tkun tixtieq titkellem miegħi. Imma jekk ma tħossx il-bżonn li titkellem, ma jkun ġara xejn. Biss irridek tkun taf li tagħmel x’tagħmel u tmur fejn tmur f’ħajtek, jien se nibqa’ nħobbok. Għadek ma tafx kemm jien kburija li inti ibni. Jien qiegħda hawn għalik u nħobbok b’imħabba li ma tistax tiddgħajjef.

Mingħandi, il-Mamà

Din kienet l-ewwel ittra mis-serje ta’ ittri li kien jisimhom ‘Aqraha meta tkun waħdek’. jien u ommi qatt ma tkellimna dwar dawn l-ittri, imma jien kont naqrahom, napprezzahom u ngħożżhom.

Illum il-ġurnata ndur id-dinja ngħin lil kull xorta ta’ nies. Ftit ilu kont qed

nagħti taħdita f’seminar, u hekk kif is-seminar kien qed joqrob lejn tmiemu, waħda mara ġiet fuqi u qasmet problema miegħi dwar binha. jien għidtilha dwar l-ittri li kienet tibgħatli ommi fi żmien l-adolexxenza tiegħi. Xi ġimgħat wara, nirċievi kartolina mingħand din il-mara biex tgħidli li kienet kitbet l-ewwel ittra lil binha.

Dak il-lejl, hekk kif mort norqod, ftakart fiż-żmien meta kont nirċievi l-ittri mingħand il-mamà. Fost il-problemi u d-diffikultajiet tal-adolexxenza, l-ittri mingħand ommi kienu jikkalmawni u jqawwuli qalbi li jien jixraqli li jkolli lil xi ħadd li jħobbni vera. Qabel irqadt, irringrazzjajt lil Alla li waqt mumenti fejn jien kont irrabjat u ribelluż, ommi kienet taf x’għandha tagħmel biex tisraqli qalbi.

Illum il-ġurnata naf li hija biss l-imħabba li tibqa’ sħiħa u bla kundizzjoni, li tista’ tibdel u tagħti sens lill-ħajja ta’ bniedem.

Mike Staver

iTTRA TA’ OMM

Rm2000 • mejju 2014 • 7

Page 8: RM2014-05 May

IMĦABBAtal-genn8 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 9: RM2014-05 May

Il-bidu ikrah wisq. Trid tgħid lil tal-familja, ma tkunx taf kif ħa ġġib ruħek mat-tfal u anke mar-raġel tiegħek stess – ma tibda tafda lil ħadd.

Naħseb ħriġt minn dan kollu bis-saħħa tat-trobbija li kelli, xejn fsied u ejja ħa mmorru. L-aktar ħaġa li ġġagħalni naħseb hi meta xi ħadd jgħidli li jien mara b’saħħti. Le mhux il-każ, jien m’iniex b’saħħti. Komplejt għax naf li jien biss nista nieħu ħsieb it-tfal u m’hemm ħadd għalihom. Għal dik ir-raġuni biss naħseb li qed ngħix.

F’dak it-taħwid kollu l-unika ħaġa ċara li kelli f’moħħi kienet li issa jien se ngħix għat-tfal biss. Qed ngħid hekk għax din hi l-unika deciżjoni li wara dan iż-żmien kollu u wara ħafna tibdil fil-ħajja, baqgħet l-unika deciżjoni li żammejt l-istess u li għadni naħsibha l-istess.

Xtaqt biss, għalkemm qed ngħix dan kollu, li t-tfal jaraw il-valuri sodi u eżempju tajjeb ħaj magħhom. Għalkemm qed jgħixu f’ħajja li għalihom kienet imkissra, tal-anqas jien ridt nurihom li minkejja kollox tista’ xorta waħda żżomm il-principji li temmen fihom. Naf li t-tfal se jikbru. Nixtieq li tal-anqas it-tfal jindunaw li tista’ temmen fil-kelma li tati u żommha akkost ta’ kollox.

X’tani il-forza biex inżommhom emmini, verament ma nafx. Lit-tfal tajthom l-imħabba kollha li jista’ bniedem jkollu ġo fih. Xejn – insejt kollox, insejt lili innifsi – huma biss. Ġo moħħi u ġo qalbi ġew l-ewwel.

ilna miżżewġin 14-il sena u ilna ma ngħixux flimkien 5

snin. għandna żewġt itfal. il-quddiesa tat-tieġ tagħna ma ninsieHa qatt. niftakar sentenza partikolari tal-

father waqt l-omeliJa: dakinHar li Jien nissallab

għar-raġel tiegħi nkun wasalt fil-punt li vera inħobbu! forsi llum il-

ġurnata nista’ nifHem u ngħix aktar din is-sentenza.

Il-kelma “separazzjoni” ma tantx inħobb nużaha. Id-daqqa finali kienet l-infedeltà. Imma llum meta nħares lura nara li nġemgħu affarijiet fiż-żwieġ tagħna li wassluna bil-mod il-mod għal dan il-pass. Tibda tara l-istil tal-ħajja jinbidel – il-kumpanija ta’ ħbieb ġodda, tonqos ħafna l-komunikazzjoni, meta xi ħadd mill-koppja qisu bhal jibni dinja għalih u bl-ebda mod ma jħalli lin-naħa l-oħra taqsam miegħu x’qed jgħix u tant sinjali oħra. Bla ma taf kif tkun wasalt fl-aħħar ta’ relazzjoni li ma tista’ tagħmel xejn fuqha ħlief, li tistenna li tfaqqa’ l-bomba.

ma tantx tkun tista’ tagħmel affarijiet fl-aħħar. Ikun hemm żmien, bħal qisu li tipprova tgħix f’gidba, imma dan hu żmien qasir, ma tistax tgħix hekk għal dejjem. ‘It takes two to tango’, biex tiżfen trid tkun tnejn! jekk naħa waħda biss tipprova tirranġa u n-naħa l-oħra ma tridx, għalxejn.

L-effetti ta din l-esperjenza huma ħafna u jinbidlu ma’ kull żmien, jinbidlu ma kull okkażjoni li tasal fuqna u jinbidlu ma kull festa li tiġi sena wara sena. Għax ikunu żgħar it-tfal taħseb li mhux qed jindunaw jew iħossu xejn. Imma meta jikbru u jesprimu ruħhom sew, tinduna li l-ħajja għalihom kienet difficli ħafna u ma tantx hi faċli li taċċetta dak it-tibdil kollu. Qatt ma rridu ninsew li għalkemm tfal, huma xorta waħda għandhom il-feelings, xorta waħda jħossu, u xorta waħda iweġġgħu u jafu jħobbu ħafna.

Rm2000 • mejju 2014 • 9

Page 10: RM2014-05 May

Ġew l-ewwel mhux fiċ-ċucati, tafx, jew f’affarijiet materjali. Lit-tfal irridhom jikbru irġiel, b’karattru sod, bla fsied. Qatt ma naf, pereżempju, li impikajt mar-rigali li jagħtihom ir-raġel.

It-tfal iridu sigurtà u mħabba u li jsibuk f’dak il-ħin li jixtiquk. meta tibni relazzjoni sabiħa u soda magħhom tkun qed tagħtihom l-aqwa ħaġa.

Fuq missierhom qatt ma kellimthom ħażin jew kontra. Din ħaġa difficli tafx! Ara taħseb li xi ħaġa faċli li issir, l-aktar meta jibdew jikbru u jiġu huma stess igergru miegħek fuqu. Trid attenzjoni kbira ħafna kif titkellem u kuraġġ ta’ sur biex ma tidhirx sabiħa int bi spejjeż tiegħu.

It-tnejn li huma, uliedi indunaw li l-papà tagħhom qed jgħix fid-dnub mit-tagħlim li ħadu fid-duttrina, mhux għax għedtilhom jien. Fil-lezzjoni fejn jispjegawlhom fuq il-Kmandamenti, tal-mużew jgħaddulhom dan it-tagħlim, dwar li raġel m’għandux jibdel lil martu ma’ nisa tal-oħrajn.

Ġurnata minnhom, it-tnejn li huma ġew u qaluli li l-papà mhux suppost qed jgħix ma’ nisa oħra. Dakinhar iddeċidejt li nkellimhom ċar u nispjegalhom ir-raġuni għalfejn iddecidejna li ma ngħixux aktar flimkien. Tlabthom biex jitolbu għalih u jibqgħu jħobbuh għax il-papà baqa’ jħobbhom ukoll.

Id-divorzju, għalija jkun fil-pajjiż jew le ma tagħmilli l-ebda differenza. ma nista’ qatt jien niddeċiedi jew nikkmanda lil xi ħadd biex jieħu jew

ma jiħux id-divorzju. Imma kif jiena lesta biex ma nikkmanda lil ħadd fuq id-divorzju, please lili tikkmandawnix. Għalfejn jien għandi inġorr ‘titlu’ ta’ divorzjata għal ħajti kollha, meta jien m’applikajtx għalih, ma xtaqtux jew ma kellix bżonnu? Għalfejn jien għandi inġorr ‘titlu’ ħajti kollha għal raġuni biss li r-raġel tiegħi xtaqu, applika għalih u b’dan il-mod it-titlu imponih fuqi wkoll. Din ġustizzja?

L-annullament tal-knisja jew tal-istat,qatt ma interessawni…mill-bidu nett. jien nibqa’ miżżewġa lilu

ħajti kollha. Qatt ma xtaqt nidħol f’relazzjoni oħra, u dan għal ħafna raġunijiet. It-tifla, darba qaltli li għallinqas fid-dar tagħna tħossha komda għax m’hawnx barranin. Hekk għallinqas għandhom post fejn huma komdi. Din l-ewwel raġuni.

It-tieni raġuni hi l-importanza tal-fidi tiegħi f’ħajti. Din illum difficli ħafna ħafna tesprimiha man-nies. Qisu ta’ madwarek wara ċertu żmien jarawha stramba ħafna li tibqa’ waħdek. Ħadd ma jifhimha. Nixtieq nibqa’ nitqarben u nitqarben b’mod komdu. Nixtieq

nibqa’ ngħix id f’id ma Ġesù, l-unika persuna li baqa’ miegħi u ma abbandunani qatt.

Hemm ukoll l-element ta’ biża’. Nibża’ ħafna mit-taħwid – minn relazzjoni oħra. Forsi m’għandix saħħa għal xi kedda oħra.

Il-futur – lanqas biss irrid naħseb fuqu. Ngħix illum u ma tantx nippjana fil-bogħod.

Ġieli naħseb ftit fuqi u qisni nħossni vojta u ma nagħmel ‘xejn’. Sempliċiment ngħix il-ħajja ta’ kuljum – xogħol u tfal, xejn aktar. Inħoss nuqqas kbir ta’ xi ħaġa to look forward to. Xi ftit ħajja monotona waħdi.

Sirt inħobb ħafna l-kwiet. Inħobb immur passiġġati fil-kampanja. Inħobb l-annimali u n-natura. Ta’ waħdek kerha ħafna. F’mumenti hekk ninfexx fix-xogħol li għandi u li hu għal qalbi ħafna. Nirranġa l-pjanti u nibki u nitlob.

Lit-tfal nixtieq inrabbihom b’tali mod li jkunu sodi u ta’ karattru. jafu x’inhu tajjeb u ħażin. Nixtieqhom jikbru f’persuni indipendenti. Nixtieq li qatt ma jibżgħu mill-ħajja, anke mill-faqar. Nixtieq li jikbru ma jaqtgħux qalbhom u jkollhom kuraġġ jikkumbattu l-ħajja. m’għandix ħafna x’nagħtihom materjalment, imma dawk il-valuri, iva nixtieq li jirnexxili ngħaddihomlhom.

Ġesù huwa l-akbar ħabib tiegħi. Baqa’ miegħi dejjem. Anki f’dawk

nixtieq nibqa’ nitqarben u nitqarben b’mod

komdu. nixtieq nibqa’ ngħix id f’id ma ġesù,

l-unika persuna li baqa’ miegħi u ma abbandunani qatt

10 • mejju 2014 • Rm2000

Page 11: RM2014-05 May

il-mumenti fejn kont irrabbjata u tlabtu biex iwarrab. Baqa’ dejjem hemm. Nitkellem ħafna miegħu.

X’parir nista’ nagħti lil min jinsab jew wasal fis-sitwazzjoni tiegħi? Dan difficli, għax kull sitwazzjoni hija differenti u kull persuna għandha l-bżonnijiet u l-karattru tagħha personali. Imma, b’mod ġenerali nista’ nazzarda ngħidilhom dan:

Tħallux il-problema tikber ħafna għax inkella ma tissolva qatt. meta problema taqbadha mill-bidu jkun aktar facli.

Kemm tistgħu ħallu lil tal-familja barra, għax jekk tiġu biex tirrikonċiljaw jew tagħmlu xi ftit paċi jkun aktar facli għall-koppja.

Timpikawx – fuq xejn, la fuq affarijiet materjali u anqas fuq flus. Imma b’mod specjali, please, timpikawx fuq it-tfal!

Żommu lit-tfal fl-ewwel post. Ħudu ħsiebhom. It-tfal l-aktar ħaġa important għalihom hi, mhux kemm iħobbuhom il-ġenituri, imma kemm il-ġenituri tagħhom iħobbu lil xulxin.

Ibqgħu irrispettaw lil xulxin, anke jekk tinfirdu.

Please, tkissrux il-personalità ta’ xulxin. Qatt tbaxxu id-dinjità tan-naħa l-oħra.

Itolbu għal xulxin.Kienu ftit ħafna l-okkażjonijiet fejn

ħsibt u ktibt fuq li ġrali. Kienet difficli ħafna nikteb, għax qisu terġa’ tiftakar

fuq il-passat. Imma, nittama, li dawn l-erba’ kelmiet li jiġbru ġranet u ljieli, xhur u snin, jistgħu jiswew ta’ ġid għal xi ħadd. Għalija biżżejjed jekk imqar tifel jew tifla ta’ familja f’sitwazzjoni bħal tiegħi ma titkissirx kompletament għax xi ħadd mill-ġenituri baqa’ sod u fidil ma’ Alla u magħhom.

Omm

żommu lit-tfal fl-ewwel post. ħudu ħsiebHom. it-tfal l-aktar ħaġa important

għaliHom Hi, mHux kemm iħobbuHom il-ġenituri, imma kemm il-ġenituri tagħHom iħobbu lil xulxin

Rm2000 • MEjju 2014 • 11

Page 12: RM2014-05 May

meta indunajt

ma bqajtx nirrabja

12 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 13: RM2014-05 May

Imma hekk kif ħarist lejh indunajt li dak li waqqagħni kien għama. Ir-rabja li kelli telqet kollha u, mhux talli ma ħadthiex miegħu, talli skużajt ruħi li kont jien li ma warrabtlux. Spiċċajt nistaqsih għandux bżonn xi ħaġa.

X’kien ġara fija? jien weġġajt u rrabjajt. Imma meta ħarist lejn min weġġagħni, intbaħt bir-raġuni għala weġġagħni u malajr telqitli r-rabja kollha.

Kemm-il darba jiġrilna l-istess f’ħajjitna. Sakemm inkunu maqbuda bil-weġgħa tagħna biss, se neħlu fir-rabja. jekk insibu l-forza li negħlbu l-uġigħ u nħarsu lejn min ikun weġġagħna b’moħħ u qalb miftuħa, allura jirnexxielna nifhmu r-raġuni u l-vera kawża tal-weġgħa tagħna. Kull weġgħa hija riżultat ta’ weġgħa oħra. min iweġġa’ lil xi ħadd, fil-qiegħ nett jagħmel hekk għax b’xi mod jew ieħor ikun imweġġa’ hu stess.

meta nħarsu lejn il-weġgħa tagħna malajr ngħidu ‘kemm hu supperv!’. meta naraw il-weġgħa tal-ieħor nindunaw li dik li tidher suppervja

fil-fatt tista’ tkun sempliċi mistħija forsi għax dak li jkun dejjem waqqgħuh għaċ-ċajt. malajr ngħidu ‘Kemm hu ħamallu… Arah, jgħajjat wisq biex jitkellem’. Imma meta tieqaf taħseb, min jaf ikunx trabba’ f’familja kbira fejn dejjem kellu jgħolli leħnu biex forsi l-ġenituri jisimgħuh? malajr ngħidu ‘Dik kemm hi antipatka!’ min jaf, għaliex saret ‘antipatka’? Għax ittrattawha ħażin, abbużaw minnha, abbandunawha jew ittradewha, jew forsi għax hekk ittimbrawha minn meta kienet żgħira?

Dan ma jfissirx li kulħadd huwa innoċenti u jew mhux responsabbli ta’ għemilu. Imma kif tista’ tiġġudika lil xi ħadd bla ma tkun taf sewwa l-istorja ta’ ħajtu? Kemm tkun dinja isbaħ kieku jirnexxielna nħarsu fil-fond u nippruvaw nifhmu għaliex in-nies iġibu ruħhom kif iġibu ruħhom! Veru, wisq drabi diffiċli wisq tifhem lil xi ħadd. Imma, jekk ma tistax tifhem, almenu tiġġudikax bl-addoċċ.

Fuqkollox ftakar li kull min jikkawża weġgħa huwa hu nnifsu mweġġa’ b’xi

kont ħiereġ minn ġo ristorant wara li kilt ikla taJba mat-tfaJla tiegħi. fid-daqqa u l-ħin, xi ħadd Jolqotni minn wara Jwaqqagħni mal-art! ‘imma kemm Hu goff u salvaġġ, dan?’ għedt waqt li pprovaJt inqum, infarfar ħweJġi. dort fuqu b’rabJa kbira, lest biex naħtaf lil min waqqagħni.

mod jew ieħor. Aħna lkoll imweġġgħin, għax ta’ bnedmin li aħna, ilkoll limitati u imperfetti. Aħseb ftit: qatt staqsejt lilek innifsek, “Imma jien, għalfejn għamilt hekk? Kif ma indunajtx x’qed nagħmel? Għaliex ma flaħtx nikkontrolla lili nnifsi?” meta żbaljajt, int ġieli xtaqt li ħaddieħor fehem lilek? Allura għax ma tippruvax tihem lil ħaddieħor int?

Ibda billi tmur lil hemm mill-weġgħa tiegħek u ibda ifhem il-weġgħa ta’ ħaddieħor. u biex tifhem lil xi ħadd, mhux tkellmu trid, anqas tifli l-istorja tiegħu, imma qabel kollox trid tħobbu.

għalHekk alla Huwa dak li tassew

Jista’ JifHem il-midneb u lil min JiżbalJa. ħadd

ma Jħobbna daqsu, għalHekk ħadd ma JifHimna daqsu.

Huwa Jistedinna nagħmlu bħalu meta qalilna:

“ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbeJtkom Jien…”

Rm2000 • mejju 2014 • 13

Page 14: RM2014-05 May

kikkra sabiħa taċ-ċaqquf fin sabet ruħHa ġo vetrina

ta’ ħanut lussuż. kull min kien Jieqaf quddiem

dil-vetrina kien Jissaħħar bis-sbuħiJa u l-finezza

ta’ din il-kikkra ċkeJkna u delikata, maħduma

b’sengħa kbira u tlellex b’enamel

fin taħt id-dawl tal-vetrina.

GHALISSA

Page 15: RM2014-05 May

Il-kikkra xtaqet tgħid l-istorja tagħha lix-xerrejja u l-kurjużi li waqfu jammirawha. Imma dawn, imsieken, ma kinux kapaċi jifhmu il-lingwa taċ-ċaqquf. Xorta bdiet titkellem, bit-tama li mqar persuna waħda xi darba tifhimha. Kienet tħobbhom wisq in-nies u f’għajnejn dawk li kienu jieqfu jammirawha kienet tilmaħ bħal għira mħallta ma’ ftit rabja. Iddeċidiet li, hu x’inhu, tirrakkonta l-istorja tagħha, forsi xi ħadd, xi darba jifhem iċ-ċaqliq sieket ta’ xufftejha u ċ-ċekċika rqiqa ta’ din il-kikkra ċkejkna. u bdiet tiftaħ qalbha ma’ oħtha il-plattina.

“Qed narahom jistagħġbu bi sbuħiti. mur għidilhom li jien mhux minn dejjem kont kikkra sabiħa. Kien hemm żmien fejn jien ma kont xejn għajr ftit tafal mgħaffeġ. Sidi għażilni u beda jrembilni u jagħfasni u jien għajjatt: ‘Ħallini, tgħaffiġnix!’ imma hu tbissimli u qalli: ‘mhux għalissa.’”

"Imbagħad poġġieni fuq rota li ssawwar il-fuħħar u bdejt indur u ndur sakemm ħassejtni qed nistordi…’ “Daqshekk! Ieqaf, qed nistordi,” għajjatt. Imma sidi ħares lejja, tbissimli u qalli: ‘mhux għalissa.’”

"F’kemm ilni ngħidlek, tefagħni fil-forn. Qatt ma ħassejt daqshekk sħana! ‘Imma din imħabba? Daqshekk iħobbni sidi? Irid jaħraqni?’ ħsibt bejni u bejn ruħi… Bdejt ngħajjat u nsabbat mal-bieb tal-forn. Stajt narah iħares lejja b’ħarsa ta’ mħabba. Qrajtlu xufftejh hu u jgħidli: ‘mhux għalissa.’”

"Fl-aħħar, fetaħli l-bieba u poġġieni fuq xkaffa fejn bdejt nibred. ‘Hekk aħjar!’ għidt jien. ma lħaqtx spiċċajt il-kelma li ma qabadnix u beda jiżbogħni. Ir-riħa taż-żebgħa kienet se toqtolni u t-tiċpis taż-żebgħa qatt ma ħmiltu. Bdejt nibża’ li se nifga “Ieqaf! Ieqaf!” bdejt nokrob. Imma hu, bħas-soltu qalli: ‘mhux għalissa’”.

"Imbagħad reġa’ għaddieni minn martirju hekk kif daħħalni fil-forn mill-ġdid. Dan il-forn kien jaħraq id-doppju tal-ieħor. Hawnhekk ma flaħtx iktar. Ħassejtni qed nifga. Bdejt nokrob, nibki, ngħajjat u nwerżaq. Sadattant kont narah iħares lejja u jgħidli: ‘mhux għalissa.’”

"Kont naf li ma kienx hemm tama għalija. Qatt ma kont se noħroġ minn ġo dan l-infern. Qtajt qalbi għalkollox. Imma sidi fetaħli l-bieba u poġġieni fuq l-ixkaffa biex nibred. Wara ftit ġie b’mera u qalli: ‘Ħares lejk innifsek’ Hekk kif ħarist lejja nnifsi, ma stajtx nemmen lil għajnejja: ‘Xi sbuħija! Dik jien? Grazzi ta’ kemm għamiltni sabiħa!’”

“'Qed tara?’ qalli sidi, ‘Naf li bdejt tweġġa’ meta rembiltek, imma kieku ħallejtek bi kwietek kif tlabtni int, kont tinxef u tibbies. u meta kont qed indawrek fuq ir-rota tal-fuħħar, għamilt hekk biex niffurmak, inkella kont tibqa’ biċċa tafal bla forma ta’ xejn. u naf ukoll li fil-forn kien hemm is-sħana, imma kieku ma poġġejtekx hemmhekk kont tixxaqqaq, u jien

ma rridx li jiġrilek hekk. Anke meta żbajtek u r-riħa kienet qawwija, dak il-ħin kont qed insaħħek u nagħtik il-kulur tal-ħajja. Kieku ma poġgejtekx fit-tieni forn, kont tinkiser malajr għax ma kontx tkun għadek soda biżżejjed. Issa int sirt dak li dejjem ħlomt li tkun: sabiħa u tiflaħ għall-iebes. Issa verament nista’ nħallik bi kwietek. Ħaġa waħda nitolbok: kompli ferraħ bi sbuħitek bil-ferħ li nifraħ jien!’”

Din l-istorja hija l-istorja tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Kif nibdew inbatu, narawh ikrah u nistaqsuh għalfejn. Nitolbu biex Alla jevitalna t-tbatija imma Alla jgħidilna b’imħabba liema bħalha: ‘mhux għalissa.’ Aħna ma nkunux nifilħu nissaportu fit-tbatija u l-uġigħ. Għalhekk nitkarrbu, nibku, ngħajtu u anke nirrabjaw ma’ Alla.

Tiddejjaqx tilmentalu lil Alla, hu jieħu gost meta nduru lejh, anke jekk nakkużawh li nsiena jew ħalliena. Tistenniex li Alla ħa jneħħilek is-salib. Dak qiegħed hemm biex iġġorru miegħu. Xi darba se tħares lejk innifsek fid-dawl tal-istorja ta’ ħajtek u tinduna li dak kollu li Alla għaddiek minnu kien kollu għal skop wieħed - biex jarak tisbieħ u ssir tiflaħ għall-iebes tal-ħajja!

Afda fih, ħaddan il-paċenzja u ibqa’ għidlu ‘iva’ anke meta ma tifhimx. Ftakar li l-iktar siegħa mudlama hija proprju dik ta’ eżatt qabel jisbaħ. Ġurnata se tintebah li l-frott ta’ dik it-tbatija hija is-sbuħija!

Rm2000 • mejju 2014 • 15

Page 16: RM2014-05 May

Inhobbok fil-verità

16 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 17: RM2014-05 May

Għarus Divin, Int li Int Imħabba,Agħtini l-grazzja li nħobbok fil-verità.Fl-għerusija kollox ħelu.L-imħabba togħma tal-għasel għall-għarusa.Kollox jixgħel u jaqbad ġewwa fiha.Kollhom ħeġġa l-emozzjonijiet tagħha.Imma mħabbtek togħla ’l fuq.Tmur ’l hinn mill-imħabba tal-għerusija.Agħtini l-grazzja li nħobbok fil-verità.Għinni niġi għandek mhux biex nakkwista,Imma bħalek biex ningħata.Sabiex jekk xejn bejnietna ma jkun jidher li qed jiġri,jekk it-togħma ta’ mħabbitna ittiegħem xi ftit morra,jien nibqa’ nħobbok fil-verità.Għax Int b’imħabba ta’ dejjem ħabbejtni.mħabbtek qawwija għalijau l-milja tagħha hi l-għotja sħiħa Tiegħek Innifsek għalija.Agħtini l-grazzja li nħobbok fil-verità,u niġi għandek mhux biss meta jkun bnazziImma wkoll fil-maltemp.mhux biss meta Int b’saħħtek,

Imma wkoll jekk ma tiflaħx.mhux biss meta tagħtini,Imma wkoll meta teħodli.mhux biss meta tgħannaqni,Imma wkoll meta ssallabni.Għinni nikber fl-imħabba tiegħi lejk.Tħallinix inħossni maħbuba biss meta int tiddi fuqi,Imma wkoll meta tgħaddini mid-dlam.Tħallinix inħossni maħbuba biss meta tkellimni,Imma wkoll meta int tibqa’ sieket.Tħallinix inħossni maħbuba biss meta int preżenti,Imma wkoll meta int assenti.Tħallinix inħossni maħbuba biss meta int tisqini l-imħabba,Imma wkoll meta ddewwaqli l-kalċi li minnu xrobt int.Tħallinix inħossni maħbuba biss meta tfarraġni,Imma wkoll meta ġġarrabni.Agħtini l-grazzja li nħobbok fil-verità.Int li int imħabba urejtni li l-imħabba mhix x’se nakkwista imma għotja sħiħa tiegħi nnifsi.Fit-tajjeb u fil-ħażin, fil-mard u fis-saħħa.u li nħobbok, nirrispettak, naqdik u nadurak tul ħajti kollha.

Maria Attard

Inhobbok fil-verità

Rm2000 • mejju 2014 • 17

Page 18: RM2014-05 May

Julie kienet imdeJqa ħafna. donnu xeJn

ma seta’ Jmur taJJeb f’ħaJJitHa. kultant kienet

tixtieq li toqgħod ġo rokna xi mkien u tinqata’

mid-dinJa għal deJJem. m’Hawnx agħar milli

tħossok waħdek, konvinta li ħadd ma Jridek u ħadd ma Jħobbok veru. Julie

kienet tħoss li ħadd ma kien JmpurtaH

Hix ħaJJa Jew meJta.

JIENSABIHA?

18 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 19: RM2014-05 May

Hekk kif daħlet ġol-ħanut, id-dwal qawwija u l-mużika iktar komplew jgħarrqulha l-burdata. Kulħadd għaddej jixtri, medhi bil-bżonnijiet tiegħu, mingħajr qas biss iħares lejha. Weġġgħet hekk kif irrealizzat li donnha kienet inviżibbli għal dawk ta’ madwarha. Kollox deher ikrah. ma kellha lil ħadd lil min tkellem, ħadd lil min tafda u ħadd li kien jimpurtah minnha. Tant kulħadd kien aljenat bl-affarijiet tiegħu, li għalihom kienet tħossha ma teżistix.

julie marret fin-naħa fejn kien hemm l-affarijiet li kellha bżonn tixtri. ma setgħet tara xejn bid-dmugħ li nġabar f’għajnejha. Xi skop fiha l-ħajja? min kien se jimpurtah jew jinkwieta jekk f’daqqa waħda ma tibqax tidher iżjed?

Hekk kif marret ħdejn xkaffa biex iġġib l-oġġett li riedet tixtri, kien hemm

u sparixxiet. Il-kelmiet li qaltilha kienu għamlu d-differenza kollha u d-dwejjaq li kellha bdew itaffu. Bdiet titbissem. Xi ħadd kien innutaha. ma kinitx inviżibbli wara kollox.

Fil-ħajja wisq drabi inkunu aktar ħfief biex immaqdru u ngħidu x’hemm ħażin, fid-dinja, fil-pajjiż, fil-familja u fl-oħrajn. mhux għax m’hemmx elf ħaġa kerha u ta’ tbatija fid-dinja. Imma anqas irridu nieqfu biss f’dak li hu ħażin. Hemm miljun ħaġa tajba u sabiħa madwarna. Kieku nkunu aktar ħfief

biex infaħħru u ninkuraġġixxu lil dawk ta’ madwarna, kemm aktar nagħmlu ġid. Donnu biex immaqdru jkollna ferm aktar kuraġġ u pjaċir. Imma, jaħasra, kemm aktar nagħmlu ġid u niżirgħu ferħ fina u madwarna kieku nieqfu aktar u nesprimu is-sabiħ u t-tajjeb li hemm madwarna, fi djarna u fl-oħrajn.

mara anzjana u twajba li nzertat qed tagħmel l-istess. Qaltilha: “Kemm għandek libsa ħelwa, sinjorina. Vera tixraqlek. Kemm int sabiħa!”

“Skużani. eh… mhux qed nifhmek sew. eh…” weġbitha julie waqt li bdiet timsaħ id-dmugħ minn għajnejha. “Rajtek dieħla ġol-ħanut u ridt sempliċiment ngħidlek kemm int sabiħa, avolja ma nafekx.” L-anzjana tbissmitilha u kompliet bil-qadi tagħha.

julie baqgħet tħares lejn il-mara sakemm daret għal wara l-ixkaffa

Hemm milJun ħaġa taJba u sabiħa madwarna.

kieku nkunu aktar ħfief biex infaħħru u ninkuraġġixxu

lil dawk ta’ madwarna, kemm aktar nagħmlu ġid

JIENSABIHA?

Rm2000 • mejju 2014 • 19

Page 20: RM2014-05 May

kif tarani pingini20 • mejju 2014 • Rm2000

Page 21: RM2014-05 May

kien Hemm artist famuż li kien iħobb ipinġi l-uċuH ta’ nies li Jiltaqa’ magħHom fil-ħaJJa ta’ kulJum. darba laqtu wiċċ ta’ tfaJla li nzertat kienet fis-sakra, ħweJJiġHa żdingati, xagħarHa mħarbat u kollox mitluq. donnu ra xi ħaġa fl-għaJneJn miksura u mċaJpra tat-tfaJla fis-sakra. staqsieHa Jistax ipinġiHa, Hemm f’rokna tat-triq feJn kienet mixħuta fuq bankina b’daHarHa mal-ħaJt.

F’kemm ilni ngħidlek, l-artist beda jpinġi b’ħeffa u ħila kbira. It-tfajla anqas bdiet tara art, aħseb u ara kemm kienet qed tara lill-pittur jaħdem quddiemha. Storduta kienet u storduta baqgħet. meta spiċċa jpinġi l-artist irnexxielu jsir jaf fejn kien toqgħod diż-żagħżugħa. Refagħha mill-art, tellagħha fuq il-karozza

tiegħu u saqha lejn id-daqsxejn kmajra li kellha. Fuq il-mejda ħallielha ismu u n-numru tat-telefon tiegħu.

L-għada t-tfajla qamet u sabet il-karta li kien ħallielha l-pittur. Ċemplitlu u qaltlu. “Grazzi tal-bieraħ. ma kontx naf fejn jien. Nixtieq nara x’pinġejt”. Ftehmu fejn u meta kellhom jerġgħu jiltaqgħu biex juriha dak li kien pinġa.

“Hawn, idħol u ara x’pittura rnexxieli nagħmel tiegħek.” qal l-artist. It-tfajla resqet lejn kwadru li kien għadu jistrieħ fuq it-tilar. Baqgħet b’ħalqha miftuħ, skantat u donnha ma tridx temmen. “Imma din mhux jien!” stagħġbet. “jien kont maħmuġa, mitluqa u xurbana dakinhar li pinġejtni.” “Iva,” weġibha l-pittur, “Dik mhux int kif ħassejtek meta kont fis-sakra. Dik int kif rajtek jien, minkejja s-sakra li kont fiha!”

Hekk jarana Alla. Huwa l-artist u jaf x’għamel meta għamilna. jaf xi sbuħija hemm miżrugħa f’kull bniedem li ħalaq. Aħna ftit nintebħu biha

għax ngħixu qisna fis-sakra u naraw biss il-kruha tagħna stess. Wisq nieqfu fuq l-iżbalji, l-fallimenti, id-difetti u kemm m’aħna xejn.

Taħt dak li aħna naraw ikrah fina, huwa jara is-sabiħ. Għax anke jekk ma nemmnux, xorta jibqa’ l-fatt li hu ħalaqna xbiha tiegħu. u la hu artist, Alla sbuħija biss jaf joħloq. ma jafx jagħmel mod ieħor – kif jarana jpinġina!

Rm2000 • MEjju 2014 • 21

Page 22: RM2014-05 May

XEJN

MA NBIDEL,

IMMA KOLLOX

INBIDELXEJN

MA NBIDEL,

IMMA KOLLOX

INBIDEL

22 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 23: RM2014-05 May

F’post minnhom lemħu dawl ta’ ħanut qrib ix-xatt. Iddeċidew li jinżlu l-art, jixorbu xi ħaġa, imbagħad ikomplu jaqdfu lura lejn ir-raħal tagħhom, in-naħa l-oħra tal-għadira. Niżlu mid-dgħajsa u rabtuha ma’ siġra li kienet qrib l-ilma. Għaddew siegħa tajba jixorbu, jiċċaċċraw u jidħku. Il-ħin beda jagħmel sewwa u kellhom imorru lura. Wara dak ix-xorb kollu bdew jixxenglu mhux ħażin, għax kien ħadhom waħda sew.

Telgħu fuq id-dgħajsa u reġgħu bdew jaqdfu bil-ftit saħħa li kien fadlilhom, filwaqt li komplew ikantaw, jiċċajtaw u jgħaddu ż-żmien b’xulxin. Għaddew is-sigħat hekk u bejn għax kienu qed jieħdu gost u bejn minħabba x-xorb li kien ħadhom, anqas intebħu li l-lejl kien għadda u kien beda jbexbex. Hekk kif beda jisbaħ stagħġbu mhux ftit xħin indunaw li fil-fatt kienu għadhom ħdejn il-ħanut tax-xorb. Ħarsu lejn id-dgħajsa u raw li kienet għadha mqabbda mas-siġra. Kienu nsew iħollu d-dgħajsa. Għamlu lejl jaqdfu u xorta baqgħu fl-istess post!

Grupp ieħor ta’ nies kienu aktar devoti minn dawk tad-dgħajsa. Kienu spiss jiltaqgħu biex jitolbu flimkien. Il-mexxej tal-grupp dejjem kien jitlob din it-talba: “mulej, naddaf l-għanqbut li għandi f’ħajti.” Darba minnhom, kien hemm wieħed mill-grupp li xeba’ jisma’ l-istess talba,u qal talba hu: “mulej, il-ħabib tagħna dejjem jitlob biex tneħħilu l-għanqbut ta’ ħajtu. jekk jogħġbok agħtih is-saħħa biex joqtol il-brimba li qed tagħmillu l-għanqbuta!”

Kien hemm predikatur li kien għadu kif għamel prietka fuq id-dnub. Irrakkonta l-passat tiegħu li fih kien dineb ħafna u wera kif ħareġ mill-ħajja tad-dnub. Raġel li kien qed jisimgħu staqsieh: “X’kont qabel ma nbdilt?” Il-predikatur irrisponda: “Kont midneb”. “u issa x’int?” staqsieh dak. “midneb!” wieġeb il-predikatur. Tista’ taħseb x’kienet il-mistoqsija ta’ wara: “Allura x’inhi d-differenza?” Il-predikatur wieġeb: “Qabel kont midneb niġri wara d-dnub. mentri issa jien midneb li niġri ’l bogħod mid-dnub!”

kien Hemm klikka ħbieb li kienu qegħdin fuq dgħaJsa żgħira Jagħmlu dawra mal-għadira kbira qrib ir-raħal tagħHom. daru dawra sewwa max-xatt u tbegħdu sew. kien qed Jidlam u kollHa kemm Huma kienu għaJJenin.

jekk trid tibdel ħajtek ibda billi taqta’ l-irbit li għandek ma’ dak li jżommok imsammar fl-istess post, attakka il-kawża tal-problema tiegħek u mhux biss is-sintomu u, fuq kollox, ifhem li jirbaħ mhux min ma jkollux għalxiex jistinka u jitħabat imma min jibqa’ jistinka u jitħabat. L-importanti mhux li ninbidlu imma li ma naqtgħux qalbna meta naraw li għadna ma nbdilniex!

“alla ma Jistenniex minna is-suċċess, imma li nibqgħu fidili fl-isforzi

li nagħmlu!” M. Teresa

Rm2000 • mejju 2014 • 23

Page 24: RM2014-05 May

24 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 25: RM2014-05 May

L-aircraft carrier kien ibaħħar qrib il-kosta kanadiża. kien bastiment enormi u armat sa snienu. ħin minHom il-kaptan Jirċievi messaġġ fuq ir-radJu mill-awtoritaJiet kanadiżi.

“jekk jogħġbok mexxi l-vapur tiegħek 15-il grad lejn in-Nofsinhar biex tevita ħabta.”

L-Amerikan malajr wieġeb: “Nirrakkomanda li int tbiddel ir-rotta tiegħek lejn it-Tramuntana biex ma naħbtux. It-tweġiba tal-Kanadiżi kienet:  “Le. Inti trid tbiddel id-direzzjoni tiegħek biex tevita l-ħabta.”

Il-Kaptan ma kienx lest jieħu ordnijiet mingħand il-Kanadiżi: “Dan huwa l-kaptan tal-vapur uS Navy Abraham Lincoln. Qed nerġa’ ngħidlek: biddel ir-rotta int!”

Il-Kanadiżi komplew jinsistu:  “Ippermettielna ninsistu. Biddel ir-rotta.”

Issa l-Kaptan Amerikan beda jitlef il-paċenzja. ma’ min jaħsbu li qed jitkellmu dawn il-Kanadiżi? malajr bagħat messaġġ ieħor:  “Dan huwa l-aircraft carrier uSS Lincoln, it-tieni l-ikbar fl-Istati uniti. Aħna akkumpanjati minn tliet bastimenti oħra. Qed nordnalek biex tbiddel ir-rotta tiegħek 15-il grad lejn it-Tramuntana, inkella se jkollna nieħdu miżuri biex inħarsu s-sigurtà ta’ dan il-bastiment.”

B’vuċi kalma l-Kanadiżi weġbuh: “Din hija l-lighthouse f’tarf sikka li toħroġ ‘il barra mill-kosta. Il-pożizzjoni

tagħkom hija għaxar minuti ’l bogħod minna u mexjin fid-direzzjoni eżatta għal ġo fina. F’idejkom jekk tagħżlux li tbiddlu r-rotta!”

Hekk nagħmlu aħna l-bnedmin ma’ Alla. Alla jarana nsuqu dritt lejn nawfraġju fuq sikka li tgħarraqna. jibgħatilna messaġġi biex inbiddlu r-rotta ħalli ma nitfarrkux mal-blat tal-ħajja. Flok nilqgħu dal-messaġġi kollhom imħabba, nissupprervjaw u jidhrilna li nafu kollox u li aħna kapaċi mmexxu l-bastiment ta’ ħajjitna ferm aħjar minnu.

Nippretendu li jadatta ruħu hu għalina. Irridu li d-dinja tinbidel, li l-oħrajn jinbidlu, li n-natura tbiddel lilha nfisha. Kollox jeħtieġ jinbidel biex inkunu komdi, basta mhux aħna. jekk hemm bżonn, Alla għandu jibdel il-liġijiet, il-verità, il-kmandamenti, il-valuri, il-ġudizzji tiegħu. Aħna żgur m’għandniex għalfejn inbiddlu r-rotta.

Sakemm, wara ħafna, nindunaw li Alla qisu il-fanal ta’ fuq il-blat. Allaħares jibdel postu, allaħares jieqaf jibgħatilna l-messaġġi, allaħares jerġa’ jibdielu u jħallina ngħumu fid-dlam tas-suppervja tagħna. min se jurina l-vera rotta biex niksbu l-vera ħajja u sliem?

meta tisma’ messaġġ, qabel ma tarmih jew teħodha kontrih, għarbel sew u staqsi dal-messaġġ minn fejn ġej. jekk ġej minn Alla li jħobbok, baxxi rasek u ibdel ir-rotta biex tasal fil-port qawwi u sħiħ. jekk ġej mis-suppervja tiegħek stess, armih u insih, qabel ma jwasslek għat-telfien.

Rm2000 • mejju 2014 • 25

Page 26: RM2014-05 May

Jekk idek ittellfek,aqtagħhabarra

26 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 27: RM2014-05 May

Aron kien żagħżugħ avventuruż u kien iħobb imur mixjiet twal u jixxabbat mal-irdumijiet u l-muntanji. Waqt li kien nieżel minn ġo xaqq kbir u fond fl-irdum, kien hemm blata kbira li ċċaqalqet u waqgħet fuq idu l-leminija b’tali mod li spiċċa b’id waħda maqrusa bejn dil-blata u l-ħajt tal-canyon. Aron ma kien informa lil ħadd li kien sejjer jixxabbat, allura ħadd ma kien se jinduna li ġie nieqes u ħadd ma kien se jfittxu.

maqbud kif kien, beda jaħseb li kien se jmut hemm imwaħħal ma’ dak il-ħajt. Għadda ħamest ijiem jixrob ftit ftit mill-ilma li kien fadallu u jiekol mill-ftit ikel li kien baqagħlu – żewġ wraps. Ipprova kemm felaħ biex jillibera idu l-maqbuda. Imma kien kollu għalxejn għax ma setax jeħles idu minn taħt blata tiżen kwart ta’ tunellata.

Wara tliet ijiem jipprova jerfa’ u jkisser il-ġebla, Aron, kollu għajjien u bla saħħa, beda jara li triq waħda kellu quddiemu jekk ma jridx li jmut hemm imdendel mal-blat – jaqta’ l-pala ta’ jdejh barra! Beda jipprepara għal din l-operazzjoni tal-biża’. Kif kien se jagħmel biex jaqta’ l-għadam ta’ jdejh, mingħajr għodda u meta kien diġa’ kważi spiċċa bla saħħa?

Issa kien spiċċalu l-ftit ikel u ilma li kellu. Spiċċa jixrob l-urina tiegħu stess. Naqqax ismu, id-data tat-twelid u dik li beda jassumi kelha tkun id-data tal-mewt tiegħu. Imbagħad irrekordja lilu nnifsu jsellem lill-familjari tiegħu għall-aħħar darba. ma stenniex li se jsalva. Imbagħad, ġietu l-idea li li jista’ jikser l-għadam ta’ jdejh biex jinħeles mill-mod ta’ kif kien imjassar. u hekk għamel. Dam siegħa biex jaqta’ jdejh barra għax ma kellux biex jaqtagħha. Inzerta kien xtara torċ li miegħu tawh speċi ta’ biċċa

għodda żgħira tal-azzar. uża lilha u rnexxielu jeħles lilu nnifsu.

Imma issa kien baqagħlu jimxiha lejn il-karozza fejn kien ipparkjaha meta beda l-mixja – tlettax-il kilometru ‘l bogħod minn fejn kien! Ħareġ minn ġol-ħofra bi tbatija kbira u mexa t-tul tal-canyon f’xemx tiżreġ… u ma kellux mobile.

B’xorti tajba iltaqa’ ma’ familja li kien qed jikkampjaw f’dawk in-naħat. Ġabruh, ħadu ħsiebu u malajr sejħu

l-għajnuna. Dawn waslu xi sitt siegħat wara li kien qata’ idu barra. Kien miraklu li ma żvinax. Iktar tard, sabu l-id maqtugħa taħt il-blata. Kien hemm bżonn tlettax-il raġel u magni apposta biex qandlu l-ġebla.

Kemm nies jiġrilhom bħal Aron fil-ħajja! jinqabdu f’sitwazzjonijiet

ibsin u tqal u donnhom jeħlu fihom. Biex jinħelsu jeħtiġilhom jaqtgħu barra biċċa minn qalbhom stess. Hekk għamel raġel tal-familja li, biex ma jittradix lil martu u ma jkissirx lil uliedu, kellu jabbanduna karriera għax fuq ix-xogħol kien iġġennen wara mara oħra. Biex jaqta’ minn magħha kellu jitlaq kollox. Hekk irid jagħmel min irid jeħles minn xi vizzju ta’ xorb, droga, logħob jew anke biċċa kompjuter.

Fil-ħajja jiġu mumenti meta trid tagħżel: jew tmut biex ma titlifx dak li taħseb li ma tistax tgħix mingħajru, jew tgħix jekk taqta’ barra dak li jkun se joqtlok!

Hekk kien qalilna l-Imgħallem tagħna: “U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ‘l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern.” [mt:5:30]

fil-ħaJJa Jiġu mumenti meta trid tagħżel: Jew tmut biex ma titlifx dak li taħseb

li ma tistax tgħix mingħaJru, Jew tgħix Jekk taqta’ barra

dak li Jkun se Joqtlok!

Rm2000 • mejju 2014 • 27

Page 28: RM2014-05 May

Dak l- imbierek internet

28 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 29: RM2014-05 May

“iL-LEjL iT-TAjjEb, PA, iNħObbOk” – DAWN kiENu L-AħħAR kELMiET Li qALET HANNAH LiL MiSSiERHA fiL-LEjL TA’ qAbEL MiETET META qALiLHA Li kiEN DiEħEL jORqOD. DiN kiENET L-AħħAR MEMORjA Li għANDu TAgħHA.

missierha David kien qiegħed ħamsin mil ’il bogħod mid-dar isuq il-vann meta bintu l-oħra, jo ta’ 16-il sena, ċemplitlu u qaltlu bl-aħbar xokkanti li kienet sabet lil oħtha Hannah ta’ 14-il sena mejta. Hannah kienet wettqet suwiċidju.

Għall-bidu David beda jitfa’ t-tort tal-mewt ta’ bintu fuqu u ma setax isib mistrieħ. Fl-istess ħin ma setax jifhem x’kien li wassal għal din it-traġedja. F’intervista li saritlu xi żmien wara l-mewt ta’ Hannah, hu stqarr li: “Kienet tiġi ssib lil xi ħadd minna meta kien ikollha problema u żgur li kienet taf li setgħet titkellem magħna dwar hekk... Dwar il-bullying kont nitkellem magħha regolarment u meta kienet tinqala’ xi problema fuq hekk l-iskola dejjem konna nsibu tarf tagħha.”

Iżda r-raġuni tal-mewt ta’ din it-tfajla Ingliża malajr ġiet magħrufa. Oħt Hannah fetħet is-sit Ask.fm u bdiet taqra l-messaġġi li kien hemm imniżżlin għal oħtha. Dawn kienu jinkludu sensiela ta’ messaġġi abbużivi li fihom kienu jgħidulha li hi kerha u ħoxna u jistednuha tixrob il-bleach u biex toqtol lilha nnifisha. Dawn il-messaġġi kienu qed ikissru lil Hannah bil-mod il-mod sakemm għelbuha u kkaġunawlha mewtha. missier Hannah ma setax jifhem kif persuni anonimi li jużaw Ask.fm setgħu jaslu biex jagħmlu hekk lil tfajla u jwassluha sal-punt tal-mewt.

Il-każ ta’ Hannah Smith kien qajjem furur kontra dan is-sit soċjali li kien qed iwassal għal bullying u għal konsegwenzi aktar agħar fuq tfajliet u ġuvintur tampar Hannah. Saru diversi sejħiet biex dan it-tip ta’ bullying jieqaf.

Daqskemm l-internet hu għodda utli daqstant ieħor jista’ jkun ta’ ħsara għal min jagħmel użu ħażin u jabbuża minnu. Il-Papa Franġisku, dan ix-xahar, qed iħeġġiġna biex nużaw il-mezzi ta’ komunikazzjoni b’mod responsabbli u kif xieraq ħalli dawn iħallu d-dinja aħjar milli hi llum.

grupp Appostolat tat-Talb

Appostolat tat-Talb

Grupp Appostolat tat-Talb

iNTENzjONijiET għAL APRiL

Ġenerali: Biex il-medja tkun għodda għas-servizz tal-verità u tal-paċi.Missjoni: Biex marija, kewkba tal-evanġelizzazzjoni, tmexxi lill-Knisja fix-xandir ta’ Kristu lill-popli kollha.isqfijiet: Biex aktar Insara jinqdew bil-medja soċjali biex iwasslu l-valuri ta’ Kristu.

Appostolat Tat-Talb

Dak l- imbierek internetNota: Dan l-aħħar kulħadd sema’ bl-istorja ta’ dik it-tfajla li nstabet mejta f’qiegħ ta’ rdum Ħad-Dingli, kif ukoll il-ħabib tagħha li nġabar imweġġa’ qrib. Din it-tfajla wkoll kienet issofri ħafna insulti fuq is-sit Ask.fm. Inħeġġu lil kull min għandu għal qalbu l-ġid u s-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ li jagħmel minn kollox biex jiskoraġġihom milli jżuru jew jagħmlu użu minn dan is-sit li qed iġib ħafna miżerja fil-ħajja taż-żgħażagħ u l-familji tagħhom. Dan jgħodd ukoll għal bosta siti oħra tal-internet li jsejħulhom ‘social media’. Flok it-tfal isiru jagħmluhom soċjali, meta jkun użati ħażin, dawn is-siti qed ikunu l-kawża ta’ ħsara u qerda fil-qlub taċ-ċkejknin tagħna. Ir-responsabbiltà hi tagħna l-kbar.

Page 30: RM2014-05 May

SmAjTu jSejjAĦ

30 • MEjju 2014 • Rm2000

Page 31: RM2014-05 May

Mhux l-ewwel darba li kont nirrakkontah lil sħabi. kont iggustajt ħafna lil dan it-tifel ubbidjenti u ‘l dan Alla li jibqa’ jistenna u jħabbat. u kien f’dak il-mument li f’ħajti għidt li rrid inkun bħalu.

iż-żmien għadda u kien fit-tieni sena tas-sekondarja meta l-Mulej għoġbu jlaqqgħani ma’ soru li permezz tagħha bdiet bidla kbira f’ħajti u minn dakinhar ’l hawn għadni ma waqaftx ninbidel. fi frar tal-2007 waqt omelija erġajt smajt l-istorja ta’ Samwel u kif għandna nwieġbu għar-rieda u għas-sejħat t’Alla ... u dik kellha tkun biex tqabbad fija ħuġġieġa ta’ mħabba li ma jintefiex! Ma stajtx nifhem x’kien qed jiġri fija eżatt. Żidt fit-talb u bdejt immur għat-talb fil-kongregazzjoni tal-franġiskani tal-qalb ta’ Ġesù u mas-sorijiet klarissi kif ukoll bdejt nagħmel xogħol volontarju mas-sorijiet Orsolini.

kien proprju fil-ħames sena tas-sekondarja meta ddeċidejt li nieqaf minn dan kollu, sabiex niffoka fuq l-istudju, imma fis-sajf ta’ wara

ddeċidejt bis-serjetà fuq hiex irrid inkompli u fejn. Ma kienx żmien faċli, ridt niffoka fuq l-eżamijiet u fl-istess ħin qalbi kienet post ieħor. imma dak il-mument li kont hekk għatxana għalih, il-Mulej użah ukoll ... kien ġie f’idi ktieb fuq il-ħajja ta’ Monsinjur isidor formosa, il-fundatur tas-sorijiet ursolini. Malli bdejt naqra dan il-ktieb, ma nafx x’ġara fija, u dak il-lejl bqajt imqajma naqrah kollu. u sal-aħħar tal-ktieb il-Mulej kien messli qalbi permezz ta’ dan il-bniedem nobbli u kellimni u wrieni biċ-ċar xi jrid minni. Ma tkellimt xejn fuqha din l-esperjenza imma, għax għidt issa jaf tgħaddi mal-oħrajn.

is-sajf ġie u erġajt bdejt immur l-ursolini nagħmel xogħol volontarju fost it-tfal. f’dik l-istess sena għamilt l-esperjenza tiegħi f’din il-kongregazzjoni, u l-Mulej ipprovdieli li nduq ftit minn kollox: ħin ta’ talb, ħin mat-tfal, programm fuq ir-radju, u anke mawra sal-baħar mas-sorijiet – naħseb induna li rasi iebsa u ndum biex

inċedi!! imma issa kont indunajt sew xi jrid il-Mulej, kien jonqosni l-aktar pass iebes: li nagħtiH l-iva kollha u sħiħa tiegħi!

f’Ottubru għidt lill-ġenituri tiegħi b’din is-sejħa reliġjuża tiegħi u fl-2012 bdejt is-sena t’aspirandat tiegħi mal-kongregazzjoni tas-Sorijiet ursolini. Din is-sejħa għaddiet ukoll u fil-5 ta’ jannar tal-2013 bdejt il-mixja tiegħi aktar mill-qrib fi ħdan din il-kongregazzjoni bħala Postulanta.

Din hi ta’ fuq fuq l-esperjenza tiegħi u grazzi talli qrajtuha! inwegħedkom li nżommkom ilkoll f’talbi, u nitlobkom biex titolbu għalija! intom li forsi qegħdin tħossu s-sejħa tal-Mulej, forsi qed tħossu dik it-tgħarixa ħelwa ħelwa tiegħu, la tibżgħux tagħtuh widen; Hu mhux se jħallikom weħidkom. għalhekk, agħmlu kuraġġ, fittxu l-għajnuna u ibqgħu mexjin fit-triq li jurikom il-Mulej. ibqgħu żguri li Hu qatt mhu se jħallikom weħidkom ... Hu dejjem magħkom! 

Roseanne Pace

għANDi TMiNTAX-iL SENA, iŻ-ŻgħiRA fOST TLETT AħWA. iNħObb ħAfNA NAgħMEL ATTiviTAjiET u bħALiSSA qiEgħDA NiSTuDjA ‘NursiNg’. MiNN TLiET SNiN SA SiTTAX-iL SENA ATTENDEjT SkOLA TAL-kNiSjA. DARbA kONT SMAjT iR-RAkkONT TAS-SEjħA TA’ SAMWEL u TANT għOĠObNi Li TgħALLiMTu bL-AMMENT.

Rm2000 • MEjju 2014 • 31

Page 32: RM2014-05 May

NifHMu AħjAR iL-kObOR T’ALLAIn-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf. Kull ħlejqa ħalaqha bil-ħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġiha fih. Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha.

L-iPOPPOTAMu:• jinsab kullimkien minbarra fl-Antartika għaliex

iħobb jgħix fis-sħana• jeżisti f’24,000 speċi u joħroġ matul il-ġurnata• l-aktar speċi li tgħix imut wara 10 xhur li jkun

sar adult• speċi minnhmom itiru b’veloċità ta’ 12-il mil

fis-siegħa• jista’ jkun żgħir daqs 0.3 ċm jew kbir daqs 30

ċm• għandu erba’ ġwenħajn li huma trasparenti

minkejja li kkuluriti• jara biss tliet kuluri: isfar, aħdar u aħmar• għandu sitt saqajn • itiegħem b’saqajh u jxomm bl-antenni• jiekol minn speċi ta’ pajp li għandu mgerbeb

taħt rasu għax m’għandux ħalq• jiekol nektar tal-fjuri u frott li nieklu aħna filwaqt

li jixrob ilma• m’għandux pulmun imma jieħu n-nifs minn

toqob f’ġenbu• għandu l-iskeletru (għadam) fuq barra ta’

ġismu biex jipproteġih aktar u fuq ġewwa għandu l-ilma biex ma jinxifx

• ma jtirx jekk it-temperatura ta’ ġismu ma tkunx 86º

• uħud mill-ispeċi għandhom disinn fuq il-ġwienagħ forma ta’ għajn biex il-predaturi jaħsbuhom insett ieħor u ma jikluhomx

Paġna maħsuba minn Claudia Cini

u qal Alla: “ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi. u hekk sar. (Ġen. 1:24)

GHAT-TFAL U GHALL-KBAR• xi speċi jemigraw biex isibu postijiet aktar

sħan• għandu ħafna għedewwa fosthom is-sriep, ix-

xadini, in-nemel kbir, iż-żrinġijiet u l-wiżgħa

kurżità: veru li l-farfett jgħaddi minn erba’ stadji tal-ħajja?Il-farfett jibda minn bajda ċkejkna ħafna u trasparenti. Il-forma tagħha tiddependi mill-

LOgħbA: għaqqad n-numri wara xulxin biex tifforma żewġt ifriefet. Wara pinġi l-istampa.

Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirzz: RM 2000, kompetizzjoni tat-Tfal,

78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

ispeċi tal-farfett. meta tfaqqas, mill-bajda joħroġ dudu tal-ħarir (caterpillar). Dan jiekol ħafna u jikber malajr. meta jikber biżżejjed, id-dudu jinseġ qoxra madwaru li tissejjaħ pupa. F’din il-qoxra d-dudu jittrasforma f’farfett. meta l-farfett joħroġ mill-qoxra jdum madwar erba’ sigħat iħaddem ġwengħajh u jippompja d-demm qabel ma jagħmel l-ewwel titjira tiegħu.

Page 33: RM2014-05 May

gALLETTiNigħAL ħiN iT-TÉgħandek bżonn: • 225 gramma butir bla melħ• 200 gramma zokkor castor• 375 gramma dqiq tal-għaġina• mgħarfa baking powder• Bajda kbira• 2 kuċċarini essenza tal-vanilja• Ġelu lest biex iżżejjen (icing sugar)• Ċikkulata tat-tisjir imdewba• Boċċi kkuluriti

RiċETTA 12

ADDATTATAMENT MiNN

CLAuDiA CiNi

Metodu:• Dewweb il-butir f’kazzola fuq nar baxx jew fil-microwave.• Żid iz-zokkor u ħawwad sew flimkien .• Żid il-bajda u l-essenza tal-vanilja u erġa’ ħawwad sew.• Għarbel id-dqiq u l-baking powder flimkien u żidhom ftit ftit mat-taħlita sa ma

tifforma f’ballun tal-għaġina.• Aqsam l-għaġina f’erba’ porzjonijiet, geżwer kull biċċa fil-plastik u poġġihom fil-

friġġ għal madwar siegħa.• Saħħan il-forn fuq nar moderat u idlek pjanċa bil-butir u roxx ftit dqiq.• Iftaħ l-għaġina bejn żewġ karti tax-xema’ ħxuna ta’ 4 ċm.• Aqta’ l-forom tal-gallettini b’forom apposta u ppostja fil-pjanċa.• Aħmi għal madwar 7 minuti, sa ma jibdew jiħmaru ftit.• Ħallihom jibirdu sew u żejjen bil-ġelu jew biċ-ċikkulata u b’xi boċċi kkuluriti.

kont taf li: Il-kelma Ingliża biscuit oriġinarjament kienet tinkiteb bisquite li ġejja mil-Latin bis (darbtejn) u coctus (imsajjar) għalhekk tfisser darbtejn imsajjar. Dan għaliex il-gallettini kienu jissajjru f’żewġ proċessi: l-ewwel jinħmew f’forn imbagħad jitħallew jinxfu f’forn ieħor b’temperatura baxxa ħafna. meta ma kienx għadu ġie ivvintat l-ikel fil-bottijiet, il- baħrin kienu jieħdu magħhom fuq il-baħar speċi ta’ gallettini li ġieli anke kienu jissajjru erba’ darbiet. Dan għaliex il-gallettini jirtabu biż-żmien u iktar ma’ gallettina tkun iebsa aktar isservi fit-tul. Il-baħrin kienu jieklu dawn il-gallettini billi jbilluhom fil-kafe’, fl-alkoħol jew isajjruhom f’taġen. meta mbagħad jibdew jirtabu kienu jikluhom waħedhom. Il- gallettini biċ-ċikkulata - chocolate chip cookies inħolqu bi żball meta fl-1933 Ruth Graves Wakefield minflok ħaltet il-ġewż mal-għaġina tefgħet biċċiet taċ-ċikkulata. Bis- saħħa ta’ dan l-‘iżball’ hija fetħet negozju li għamel suċċess enormi.

Rm2000 • mejju 2014 • 33

Page 34: RM2014-05 May

mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk ImPORTANTI li ġġedded l-abbonament

ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Napprezzaw kull offerta flimkien mal-05.00 tal-abbonament regolari. jekk għandek ħlas b’lura ibgħatilna l-ħlas tas-snin mgħoddija.

ĠeDDeD L-ABBONAmeNT TIeGĦeK

PERMEzz TAL-MObiLEIbgħat SmS fuq dawn in-numri:5061 89165061 9210

jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99(li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile)

jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile.

ImPORTANTI: Fuq l-SmS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz u l-kodiċi postali. jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla mar-rivista li soltu tirċievi bil-posta.

Biex iġġedded

PERMEzz TAL-iNTERNET

mur fuq il-website www.rm2000.org Tista' tħallas permezz tal-PayPal

Biex iġġedded

NOTA għAL DAWk Li għANDHOM ħLAS b’LuRA:Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż li għandna, dan mhux se jkun possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament

gRAzzi MiLL-qALb LiL DAWk kOLLHA Li qED jibgħATu OffERTi u għAjNuNA

RM2000-Lilħbiebna c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna in‐Naxxar NXR 2067Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: [email protected]

PERMEzz TAT-TELEfONBiex iġġedded

ATTARD 2141 8031BALZAN 2149 2288BAĦRIjA 2145 9135BIRÛeBBuGIA 2165 4518BORmLA 2720 6840BuRmARRAD 2158 1122FGuRA 2180 2021FLORIANA 2124 2230GĦARGĦuR 2143 1177GuDjA 2169 6336LuQA 2189 5174mANIKATA 2157 6769mGARR 2157 4658mOSTA 2143 3769 2141 4336mQABBA 2168 3165mSIDA 2123 8804QORmI 2149 4097RABAT 2145 6824SAFI 2168 3890SeNGLeA 2169 0019SIGGIeWI 2146 8132SAN PAWL IL-BAHAR 2157 1854SAN GILjAN 21336914STA LuCIjA 2189 6093

TARXIeN 2169 5571XGHAjRA 2169 0769ZABBAR 2166 6267ZeBBIeGH 2157 5652ZeBBuG 21467453 21460651ZejTuN 2167 5009ZuRRIeQ 2164 7337

gHAWDEXGHASRI 2155 2613GHAjNSIeLem 2155 5518KeRCem 2156 4253muNXAR 21554621NADuR 2155 2206SAN LAWReNZ 2155 6355SANNAT 2155 4088VICTORIA 2155 6487XAGHRA 2155 3477XeWKIjA 2155 1329ZeBBuG 2155 4493

Page 35: RM2014-05 May

Tisliba mEjjuC

arpe

t Z

on

E ġ

enti

lmen

t jo

ffri

Dir

t C

ontr

olle

r bġ

ala

riga

l gġ

ar-r

ebbi

eġ/a

tal

-Cro

ssw

ord

Puz

zle

Dis

inn

• O

utlo

ok C

oop

Mimdudin: 1. Kalzetti (6)4. Tilef flusu kollha (6)7. Hemm wieħed tad-deheb bejn iż-

Żejtun u l-Gudja (3) 8. Qabel ma għamel hekk bennen (6)9. Vapur hekk ma jiċċaqlaqx (6)12. Ir-Redentur ......... u miet għalina (4)14. Twiddeb, tavża (6)15. Skopra (3)16. Għajjat lil Ġessie jew lil Ġesmond (3)18. Twiddeb, tavża (6)20. In-numru tmienja fil-Lottu (4)21. ma jintinx (4)24. Frott imħassar (6) 25. Kunjon issibu għand par nisa (6)26. u 23 Weqfin: Qabel ma jinbiegħ, ktieb

irid ikun hekk (7)27. Pajjiż bejn l-estonja u l-Lituwanja (6)28. Toqogħdu bil-qiegħda (6)

iMPORTANTi: ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 it-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar.Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000.REbbiEħA ir-rebbieħa tat-tisliba ta’ April hija M. Debono mill-Mosta

Weqfin: 1. Prodott tal-majjal (6)2. Iddedika diska għalija (6)3. Agħmel l-ewwel pass fix-xogħol

tiegħek (4)4. Ħal-Qormi magħrufa għalihom (4)5. Geżwer fil-karti (6)6. ma ħalliex iebes (6)11. Ilwiet l-ilbies biex terfagħhom puliti

(5)13. Sawlu kien min din il-belt (5)16. Ċekċieka li torbot ma’ għonq qattus

jew żiemel (6)17. ma jkantax mal-melodija (6)18. Ftajjar tal-għasel (6)19. jużaw wieħed mis-sensi, l-aktar

fil-bard (6)22. Il-mara tal-ors? (4)23. Ara 26 mimdudin

TWEĠibA TAT-TiSLibA APRiLMiMDuDiN: 1. Xejjen; 4. Żakkew; 7. idi; 8. Destin; 9. Naħbat; 10. Noel; 12. beka; 14. Abt; 15; Saq; 16. Per; 18. Rum; 20; Swat; 21. Tina; 24. inħoll; 25. Arloġġ; 26. bir; 27. Allura; 28. TaqtirWEqfiN: 1. Xadina; 2. jislett; 3. Ninu; 4. Żina; 5. kebbes; 6. Wettaq; 11. Obdew; 13. kaġun; 16. Psaila; 17. Raħħal; 18. Ridott; 19. Masġar, 22. Alba 23. Mart

Carpet zone, valley Road, b’kara (opposite Post Office)

Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies fil-bżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VuĊI mISSjuNARjA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADju mARIjA (102.3 Fm għal malta u 107.8 Fm għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. frank Cassar u Helena Sammut.

Mulej, ilqa’ f’saltnatek il-benefatturiu ħbieb tagħna mejtinŻEjTuN Helen zammit

Page 36: RM2014-05 May

ONe LeSS OR ONE MORE?“Ten Little Christians, standing in a line, One disliked the pastor, then there were nine. Nine little Christians stayed up very late, One slept too late on Sunday, then there were eight.eight little Christians on their way to Heaven, One took the low road, then there were seven.Seven little Christians chirping like some chicks, One disliked the music, then there were six.Six little Christians seemed very much alive, But one lost his interest then there were five.Five little Christians pulling for heaven’s shore, but one stopped to rest, then there were four.Four little Christians, each busy as a bee; One got her feelings hurt, then there were three.Three little Christians knew not what to do, One joined the sporting crowd, then there were two.Two little Christians, our rhyme is nearly done, differed with each other, then there was one.One little Christian, can’t do much ‘tis true; brought his friend to love jesus, then there were two.Two earnest Christians, each won one more, that doubled the number, then there were four.Four sincere Christians worked early and worked late, each won another, then there were eight.eight splendid Christians, if they doubled as before, In just a few short weeks, we’d have 1,024.In this little jingle, there is a lesson true: You either belong to The Building Blocks - Or to the Wrecking Crew!