-
Klassifikazzjoni tad-Data ta' Baker Hughes: Pubblika
Masoneilan™ Serje 12400 Trasmettitur / Kontrollur tal-Livell
Manwal tal-Istruzzjonijiet u Gwida dwar is-Sikurezza ta' ATEX (Rev.
A)
Kejl ta' Livell Avvanzat:
Trasmettitur tal-Livell tal-Likwidu b'kapaċità ta' SIL2
Funzjonijiet integrati ta' swiċċ ta' livell għoli u baxx
Installazzjoni faċli u tħaddim sempliċi Tliet buttuni integrati
Integrazzjoni ta' sistemi bla xkiel
-
2 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
DAWN L-ISTRUZZJONIJIET JAGĦTU LILL-KLIJENT/MIN IĦADDEM
IT-TAGĦMIR TAGĦRIF IMPORTANTI TA' REFERENZA SPEĊIFIKU GĦALL-PROĠETT
BĦALA ŻIEDA MAL-PROĊEDURI TA' TĦADDIM U MANUTENZJONI NORMALI
TAL-KLIJENT/MIN IĦADDEM IT-TAGĦMIR. PERESS LI L-FEHMIET DWAR
IT-TĦADDIM U L-MANUTENZJONI JVARJAW, BAKER HUGHES COMPANY (U
S-SUSSIDJARJI U L-AFFILJATI TAGĦHA) MA TIPPROVAX TIMPONI PROĊEDURI
SPEĊIFIĊI, IMMA TIPPROVA TIPPROVDI LIMITI U REKWIŻITI BAŻIĊI LI
JIRRIŻULTAW MIT-TIP TA' TAGĦMIR PROVDUT.
DAWN L-ISTRUZZJONIJIET JASSUMU LI MIN IĦADDEM IT-TAGĦMIR DIĠÀ
GĦANDU FEHIM ĠENERALI TAR-REKWIŻITI GĦAT-TĦADDIM SIKUR TA' TAGĦMIR
MEKKANIKU U ELETTRIKU F'AMBJENTI LI POTENZJALMENT JISTGĦU JKUNU TA'
PERIKLU. GĦALHEKK, DAWN L-ISTRUZZJONIJIET GĦANDHOM JIĠU
INTERPRETATI U APPLIKATI FLIMKIEN MAR-REGOLI U R-REGOLAMENTI DWAR
IS-SIKUREZZA LI JAPPLIKAW FIS-SIT U MAR-REKWIŻITI PARTIKULARI
GĦAT-TĦADDIM TA' TAGĦMIR IEĦOR FIS-SIT.
DAWN L-ISTRUZZJONIJIET MA JIPPRETENDUX LI JKOPRU D-DETTALJI JEW
VARJAZZJONIJIET KOLLHA FIT-TAGĦMIR U LANQAS LI JIPPREVEDU KULL
KONTINĠENZA POSSIBBLI LI GĦANDHA TIĠI SODISFATTA F'RABTA
MAL-INSTALLAZZJONI, IT-TĦADDIM JEW IL-MANUTENZJONI. JEKK TKUN
MIXTIEQA AKTAR INFORMAZZJONI JEW JEKK JIRRIŻULTAW PROBLEMI
PARTIKULARI LI MHUMIEX KOPERTI BIŻŻEJJED GĦALL-FINIJIET
TAL-KLIJENT/MIN IĦADDEM IT-TAGĦMIR, IL-KWISTJONI GĦANDHA TINĠIEB
GĦALL-ATTENZJONI TA' BAKER HUGHES.
ID-DRITTIJIET, L-OBBLIGI U R-RESPONSABBILTAJIET TA' BAKER HUGHES
U L-KLIJENT/MIN IĦADDEM IT-TAGĦMIR HUMA STRETTAMENT LIMITATI GĦAL
DAWK PREVISTI B'MOD ESPRESS F'DAN IL-KUNTRATT DWAR IL-PROVVISTA
TAT-TAGĦMIR. M'HUMA MOGĦTIJA JEW IMPLIKATI EBDA DIKJARAZZJONIJIET
JEW GARANZIJI ADDIZZJONALI MINN BAKER HUGHES RIGWARD IT-TAGĦMIR JEW
L-UŻU TIEGĦU PERMEZZ TAL-ĦRUĠ TA' DAWN L-ISTRUZZJONIJIET.
DAWN L-ISTRUZZJONIJIET QED JINGĦATAW LILL-KLIJENT/MIN IĦADDEM
IT-TAGĦMIR BISS BIEX JGĦINU FL-INSTALLAZZJONI, L-ITTESTJAR,
IT-TĦADDIM, U/JEW IL-MANUTENZJONI TAT-TAGĦMIR DESKRITT. DAN
ID-DOKUMENT M'GĦANDUX JIĠI RIPRODOTT SĦIĦ JEW F'PARTI MINNU
MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI BIL-MIKTUB TA' BAKER HUGHES.
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
3
WERREJ 1. TĦADDIM TAT-TRASMETTITUR/KONTROLLUR TAL-LIVELL TAT-TIP
12400 ............... 4 2. SISTEMA TA’ NUMERAZZJONI TAT-TIP 12400
................................................................ 5
3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
.......................................................................................
5
3.1. Prestazzjonijiet
..............................................................................................................
5 3.2. Skematika u identifikazzjoni tal-partijiet
.....................................................................
6
4. IMMARKAR TA' ATEX GĦAS-SIKUREZZA INTRINSIKA GĦAT-TIP 12400
...................... 7 5. IMMARKAR TA' REŻISTENZA GĦAN-NAR TA'
ATEX GĦAT-TIP 12400 .......................... 7 6. KONNESSJONIJIET
TAL-ELETTRIKU u DĦUL TAL-KONDJUWIT
.................................. 8
6.1. Provvista ta’ vultaġġ permissibbli
...............................................................................
8 6.2. Potenza massima
..........................................................................................................
8 6.3. Kurrent elettriku tal-output u loop resistor
................................................................. 8
6.4. Parametri tas-Sikurezza Intrinsika tal-entità
............................................................... 8
6.5. Dħul tal-kondjuwit fl-applikazzjoni reżistenti għan-nar
............................................. 9
7. IMMUNTAR U INSTALLAZZJONI
.....................................................................................
10 7.1. Immuntar
.....................................................................................................................
10 7.2. Installazzjoni reżistenti għan-nar ta' 12400
............................................................... 10
7.3. Sikurezza Instrinika tal-12400 u installazzjoni tat-tip n
............................................ 10
8. SETUP u START UP
..........................................................................................................
11 8.1. Akkoppjament
.............................................................................................................
11 8.2. Konfigurazzjoni
...........................................................................................................
11 8.3. Ikkalibrar
......................................................................................................................
11 8.4. Start up
........................................................................................................................
11
9. MANUTENZJONI U SERVIZZ
............................................................................................
12 9.1. Regoli ġenerali
............................................................................................................
12 9.2. Qabel l-attività ta’ manutenzjoni
................................................................................
12 9.3. Waqt l-attività ta’ manutenzjoni
.................................................................................
12 9.4. Wara l-attività ta’ manutenzjoni
.................................................................................
12
10. KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI TAL-UŻU
.........................................................................
13 10.1. Għas-Sigurtà Intrinsika u r-Reżistenza għan-Nar
..................................................... 13 10.2.
Għas-Sigurtà Intrinsika
..............................................................................................
14 10.3. Għar-Reżistenza għan-Nar
.........................................................................................
14
ANNESS I
...........................................................................................................................
15 ANNESS II
..........................................................................................................................
16
-
4 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
TWISSIJA
QABEL tinstalla, tuża jew twettaq xi xogħol ta’ manutenzjoni
marbut ma’ dan it-tagħmir, AQRA L-ISTRUZZJONIJIET B’ATTENZJONI
KBIRA. Is-Serje 12400 hija konformi mar-rekwiżiti essenzjali
tas-sikurezza tad-Direttiva Ewropea ATEX 2014/34/UE. Hija
ċċertifikata biex tintuża f’atmosferi esplożivi ta’ Gass jew Trab,
gruppi IIA, IIB, IIC u IIIC: • Kategorija II 1GD – żoni 0, 1, 2,
20, 21 u 22 għall-modalità ta’ protezzjoni “ia” • Kategorija II 2GD
– żoni 1, 2, 21 u 22 għall-modalità ta’ protezzjoni “db” u “tb”
Dawn huma konformi wkoll mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza
tad-Direttiva Ewropea EMC 2014/30/UE kif emendata, għall-użu fi
ħdan ambjent industrijali. Prodotti li huma ċċertifikati bħala
tagħmir protett kontra l-isplużjonijiet IRIDU JKUNU: a) Installati,
imqiegħda fis-servizz, użati u mantnuti b’konformità
mar-regolamenti Ewropej u/jew nazzjonali
u lokali u b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet inklużi
fl-istandards rilevanti li jikkonċernaw atmosferi potenzjalment
esplożivi.
b) Użati biss f’sitwazzjonijiet li huma konformi
mal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni murija f’dan id-dokument u
wara l-verifika tal-kompatibilità tagħhom maż-żona tal-użu
intenzjonat u t-temperatura ambjentali massima permessibbli.
c) Installati, imqiegħda fis-servizz u mantnuti minn
professjonisti kkwalifikati u kompetenti li ngħataw taħriġ xieraq
għall-istrumentazzjoni użata f’żoni b’atmsoferi potenzjalment
esplożivi. Dan it-taħriġ mhuwiex appoġġjat minn Baker Hughes.
Hi r-responsabbiltà tal-utent finali li: • Jivverifika
l-kompatibilità tal-materjal mal-applikazzjoni • Jiżgura l-użu
xieraq tal-protezzjoni mill-waqgħat meta jkun qed jaħdem fl-għoli,
skont il-Prattiċi ta’
Post tax-Xogħol Sikur • Jiżgura l-użu ta’ Tagħmir Personali
Protettiv xieraq • Jieħu azzjonijiet xierqa biex jiżgura li
l-persunal tas-sit li qed iwettaq l-installazzjoni, l-
ikkummissjonar u l-manutenzjoni jkun tħarreġ fil-proċeduri
xierqa tas-sit biex jaħdem bit-tagħmir u madwaru, skont il-Prattiċi
ta’ Post tax-Xogħol Sikur
Baker Hughes tirriserva d-dritt li twaqqaf il-manifattura ta’
kull prodott jew tibdel il-materjali, id-disinn, jew
l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott mingħajr avviż minn qabel. Taħt
ċerti kundizzjonijiet operattivi, l-użu ta’ strumenti bil-ħsara
jista’ jikkawża degradazzjoni tal-prestazzjonijiet tas-sistema li
tista’ twassal għall-feriment jew il-mewt ta’ persuna. Uża biss
partijiet ta’ sostituzzjoni ġenwini, li huma pprovduti
mill-manifattur biex tiżgura li l-prodotti jkunu konformi
mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza tad-Direttivi Ewropej
imsemmija hawn fuq.
1. TĦADDIM TAT-TRASMETTITUR/KONTROLLUR TAL-LIVELL TAT-TIP 12400
Biex ikun operattiv, il-livell u l-kontrollur diġitali tat-tip
12400 jridu jkunu mmuntati fuq torque tube u fuq displacer chamber
mgħammar bid-displacer.
Kwalunkwe bidla fil-livell tal-likwidu jew fl-interface bejn
iż-żewġ likwidi se tbiddel il-piż apparenti tad-displacer u
tikkaġuna bidla fl-angolu tar-rotazzjoni tat-torque tube. Dan
l-angolu jitkejjel b’senser u jiġi kkonvertit b’modulu
elettroniku:
Jew għal kurrent standardizzat 4-20mA, proporzjonali mal-bidla
fil-livell, meta kkonfigurat bħala trasmettitur tal-livell,
Jew għal kurrent ta’ 4-20mA, iġġenerat b’algoritmu PID derivat
mill-iżball bejn il-livell attwali tal-likwidu u l-punt stabbilit
lokali, meta kkonfigurat bħala kontrollur tal-livell.
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
5
2. SISTEMA TA’ NUMERAZZJONI TAT-TIP 12400
12 4 a b — c d
Mudell Azzjoni Immuntar Protezzjoni Materjal tal-kisi
4 - P
roto
koll
ta' k
omun
ikaz
zjon
i HA
RT,
LC
D d
ispl
ay u
but
tuni
, ċer
tifik
azzj
oni S
IL
1 – Kontrollur
bi swiċċijiet aġġustabbli u sinjal analogu 4-20 mA ieħor
għall-output: AO_1, AO_2, DO_1, DO_2
2 – Trasmettitur:
AO_1 3 – Trasmettitur
bi swiċċijiet aġġustabbli u sinjal analogu 4-20 mA ieħor
għall-output: AO_1, AO_2, DO_1, DO_2
0 – Fuq u isfel,
Invitat, BW jew SW 1 – Fuq u isfel,
Bil-Flanġ 2 – Ġenb u ġenb,
Bil-Flanġ 3 – Apparat ta’ fuq,
Bil-Flanġ 4 – Apparat tal-ġenb,
Bil-Flanġ 5 – Fuq u ġenb,
Invitat, BW jew SW 6 – Ġenb u isfel,
Invitat, BW jew SW 7 – Ġenb u isfel,
Bil-Flanġ 8 – Fuq u ġenb,
Bil-Flanġ 9 – Ġenb u ġenb,
Invitat, BW jew SW
1 – FM u FMc
SI, NI, DIP, XP u Nema 4X-6P
2 – JIS, Xproof 3 – CU TR,
IS, Xproof u IP 66/67
4 – INMETRO,
IS, Xproof 5 – ATEX u IECEx
IS, Xproof, u IP 66/67
6 – Approvazzjonijiet
oħra (abbażi ta' ATEX / IECEx)
7 – Approvazzjonijiet
oħra (mhux abbażi ta' ATEX / IECEx)
1 – Aluminju
b'żebgħa tal-epoxy
2 – Azzar
inossidabbli
Nota: il-funzjoni tat-Trasmettitur biss għandha ċertifikazzjoni
SIL. 3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
3.1. Prestazzjonijiet Irreferi għall-gravitajiet speċifiċi bejn
0.15 u 1.4 b’displacer standard ta' 907 cm3 @ 1362 g. Preċiżjoni: ±
0.5 % Isteresi: ± 0.3 % Ripetibilità: ± 0.2 % Żona mejta: ± 0.1 %
Meded tat-temperaturi ambjentali:
♦ Waqt it-tħaddim: -50°C sa +80°C ♦ Ħażna u trasport: -50°C sa
+93°C
Protezzjoni mid-dħul tal-ilma: IP66/67
-
6 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
3.2. Skematika u identifikazzjoni tal-partijiet
Torque Tube
Kompartiment tal-Mekkaniżmu
Kompartiment Diġitali
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
7
4. IMMARKAR TA' ATEX GĦAS-SIKUREZZA INTRINSIKA GĦAT-TIP 12400
L-immarkar jinsab fuq il-pjanċa tas-serje stampata fuq il-housing
tal-12400 (ref 124). • Isem u indirizz tal-manifattur:
Dresser Produits Industriels S.A.S. 14110 CONDE SUR NOIREAU -
FRANZA
• Deżinjazzjoni tat-tip: 12400 Ara s-sistema ta’ numerazzjoni
għall-kodifikazzjoni sħiħa §2.
• Immarkar bażiku:
II 1 G/D Immarkar komplimentari:
o Ex ia IIC T6 Ga Ta -40°C, +55°C Ex ia IIIC T85°C Da Ta -40°C,
+55°C
o Ex ia IIC T5 Ga Ta -40°C, +70°C Ex ia IIIC T100°C Da Ta -40°C,
+70°C
o Ex ia IIC T4 Ga Ta -40°C, +80°C Ex ia IIIC T135°C Da Ta -40°C,
+80°C
• Numru tas-serje • Sena tal-manifattura • CE ▪▪▪▪ Numru
tal-korp notifikat • Ċertifikat tal-Eżami tat-Tip tal-UE u
Ċertifikat tal-Konformità IECEx • TWISSIJA:
“PERIKLU POTENZJALI TA’ ĊARĠIJIET ELETTROSTATIĊI. ARA
L-ISTRUZZJONIJIET” 5. IMMARKAR TA' REŻISTENZA GĦAN-NAR TA' ATEX
GĦAT-TIP 12400
L-immarkar jinsab fuq il-pjanċa tas-serje stampata fuq
il-housing tal-12400 (ref 124). • Isem u indirizz
tal-manifattur:
Dresser Produits Industriels S.A.S. 14110 CONDE SUR NOIREAU -
FRANZA
• Deżinjazzjoni tat-tip: 12400 Ara s-sistema ta’ numerazzjoni
għall-kodifikazzjoni sħiħa §2.
• Immarkar bażiku:
II 2 G/D • Immarkar komplimentari:
o Ex db IIC T6 Gb -50°C < Tamb < +75°C Ex tb IIIC T85°C Db
IP66/IP67 -50°C < Tamb < +75°C
o Ex db IIC T5 Gb -50°C < Tamb < +80°C Ex tb IIIC T100°C
Db IP66/IP67 -50°C < Tamb < +80°C
o Ex db IIC T4 Gb -50°C < Tamb < +80°C Ex tb IIIC T135°C
Db IP66/IP67 -50°C < Tamb < +80°C
• Numru tas-serje • Sena tal-manifattura • CE ▪▪▪▪ Numru
tal-korp notifikat • Ċertifikat tal-Eżami tat-Tip tal-UE u
Ċertifikat tal-Konformità IECEx • TWISSIJA:
“TIFTĦUX JEKK JISTA’ JKUN HEMM PREŻENZA TA’ ATMOSFERA ESPLOŻIVA”
“PERIKLU POTENZJALI TA’ ĊARĠIJIET ELETTROSTATIĊI. ARA
L-ISTRUZZJONIJIET”
-
8 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
Temperatura tal-kejbil: trid tissemma’ jekk it-temperatura
ambjentali tkun ogħla minn 70°C:
Temperatura Ambjentali Temperatura tal-Kejbil 75°C 80°C 80°C
85°C
6. KONNESSJONIJIET TAL-ELETTRIKU u DĦUL TAL-KONDJUWIT
It-tip 12400 jrid jiġi installat u mqiegħed fis-servizz
b’konformità ma’ EN/IEC 60079-14 u/jew mar-regolamenti nazzjonali u
lokali applikabbli għal atmosferi esplożivi. 6.1. Provvista ta’
vultaġġ permissibbli
Qabbad il-wajers mat-terminals tat-tagħmir, ħu ħsieb li tkun
konformi mal-polaritajiet + u – u l-vultaġġ massimu permissibbli
msemmi fit-tabella ta’ hawn taħt. Agħmel il-konnessjonijiet tal-ert
mal-terminals tal-art interni u esterni.
Provvista tal-Vultaġġ U (V) AO_1 AO_2 DO_1/DO_2
MINI MASS MINI MASS MINI MASS Reżistenza għan-nar 10V 40V 10V
30V 0.5V 30V Sikurezza intrinsika 10V 30V 10V 30V 0.5V 30V
6.2. Potenza massima
3 W ġol-housing tal-12400.
6.3. Kurrent elettriku tal-output u loop resistor o AO_1 u
AO_2:
3.8mA sa 20.5mA għall-kejl < 3.6mA jew > 21mA f’każ ta’
ħsara
o Massimu tal-loop resistor Għal AO_1 u AO_2: R maxi (Ω) = U (V)
– 10 (V) I max (A)
o DO_1 u DO_2 Output tal-open collector. Il-kurrent massimu hu
1A. Għandu jiddaħħal load resistor fil-loop biex jillimita
l-kurrent sa dan il-massimu.
6.4. Parametri tas-Sikurezza Intrinsika tal-entità
AO_1: identifikazzjoni tat-terminal: OUT Primarju 4-20 mA
Vultaġġ Mass. tal-Input Ui 30 V Kurrent Mass. tal-Input Ii 125
mA Potenza Mass. tal-Input Pi 900 mW Kapaċitanza Interna Mass. Ci
2.0 nF Induttività Interna Mass. Li 500 µH
Ċarġ R
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
9
AO_2: identifikazzjoni tat-terminal: OUT Sekondarju 4-20 mA
Vultaġġ Mass. tal-Input Ui 30 V Kurrent Mass. tal-Input Ii 125
mA Potenza Mass. tal-Input Pi 900 mW Kapaċitanza Interna Mass. Ci
9.0 nF Induttività Interna Mass. Li 500 µH
DO_1, DO_2: identifikazzjoni tat-terminal: SW #1 and SW #2
Vultaġġ Mass. tal-Input Ui 30 V Kurrent Mass. tal-Input Ii 125
mA Potenza Mass. tal-Input Pi 900 mW Kapaċitanza Interna Mass. Ci
4.5 nF Induttività Interna Mass. Li 10 µH
6.5. Dħul tal-kondjuwit fl-applikazzjoni reżistenti għan-nar
Il-konnessjonijiet jistgħu jsiru b’varjazzjonijiet differenti billi
wieħed jikkunsidra l-manifattur approvat u l-approvazzjonijiet
mitluba:
• Dħul bil-kejbil ta’ tip iċċertifikat Ex d IIC / Ex tb IIIC
jista’ jiġi mmuntat direttament fuq il-konnessjoni waħdanija
tal-kondjuwit tal-housing ta’ ½" NPT (ANSI/ASME B1.20.1).
• Adapter jew reducer jekk l-apparat ikollu ċertifikazzjoni ATEX
jew IECEx (tat-tip Copper CAPRI CODEC).
• Għal dħul b'kejbils multipli (massimu ta’ 3), l-adapter Y237
“Masoneilan” jista’ jintuża għall-applikazzjoni ATEX biss.
o Jekk ma jintużax input ta' Y237 wieħed, il-kondjuwit jingħalaq
bi plagg jekk l-apparat ikollu ċertifikazzjoni ATEX jew IECEx
(tat-tip Copper CAPRI CODEC)
o Jekk ma jintużawx żewġ inputs ta' Y237, il-Y237 għandu jiġi
soppress.
• Id-dħul bil-kejbil bl-adapter/reducer tiegħu jew mingħajrhom u
l-Y237 bid-dħul bil-kejbil tiegħu għandhom jiġu installati skont
ANNESS I.
-
10 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
7. IMMUNTAR U INSTALLAZZJONI 7.1. Immuntar
Il-12400 għandu l-ewwel jiġi mmuntat fuq torque tube, chamber
mechanism u skont it-tip tad-displacer chamber.
• Irreferi għall-Manwal ta’ Istruzzjoni u Tħaddim tal-12400 IOM
GEA19367 għal aktar dettalji. • Ikkunsidra l-kundizzjonijiet
speċjali kollha tal-użu elenkati f’§10.
7.2. Installazzjoni reżistenti għan-nar ta' 12400
Il-12400 jista’ jiġi installat f’atmosferi esplożivi tal-gass u
t-trab ta’ gruppi IIA, IIB, IIC u IIIC, kategorija II 2GD għal żoni
1, 2, 21 u 22 b’modalità ta’ protezzjoni “db” u “tb”.
PROVVISTA TAL-VULTAĠĠ MIS-SISTEMA TA’
KONTROLL
Żoni perikolużi 1, 2, 21, 22 Żona mhux Perikoluża
7.3. Sikurezza Instrinika tal-12400 u installazzjoni tat-tip
n
Il-12400 jista’ jiġi installat f’atmosferi esplożivi tal-gass u
t-trab ta’ gruppi IIA, IIB, IIC u IIIC, kategorija II 1GD għal żoni
0, 1, 2, 20, 21 u 22 b’modalità ta’ protezzjoni “ia”.
PROVVISTA TAL-VULTAĠĠ MIS-SISTEMA TA’
KONTROLL
Żoni perikolużi 0, 1, 2, 20, 21, 22 Żona mhux Perikoluża
Barriera ta’ sigurtà
Nota: Hi r-responsabbiltà tal-utent li jiċċekkja
l-installazzjoni mar-regoli tas-Sikurezza Intrinsika
billi jikkunsidra l-parametri tal-entità tat-tagħmir kollu
fil-loop flimkien ma’ tagħmir temporanju bħal PC jew HART
communicator, tagħmir ta’ kejl, eċċ…
Il-HART communicator irid ikun approvat għall-applikazzjoni
tas-Sikurezza Intrinsika. Aqra l-manwal tal-istruzzjonijiet tiegħu
u kun konformi mal-immarkar tal-pjanċa tas-serje tat-tagħmir.
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
11
8. SETUP u START UP • Dawn l-operazzjonijiet għandhom isiru
b’konformità ma’ EN/IEC 60079-17 u / jew mar-
regolamenti nazzjonali u lokali applikabbli għal atmosferi
esplożivi. • Qabel twettaq kwalunkwe tip ta’ xogħol fuq it-tagħmir,
iċċekkja li l-kundizzjonijiet lokali huma
ħielsa minn atmosfera potenzjalment esplożiva biex tiftaħ b’mod
sikur l-għotjien. • Il-Buttuni (ref 260) jistgħu jintużaw għal
operazzjonijiet ta’ SETUP fiż-żoni 0, 1 u 2. • Għal użu ta’ għodda
ta’ komunikazzjoni HART, jekk jogħġbok osserva r-rekwiżiti definiti
f’§10. • Waqt l-operazzjonijiet ta’ SETUP, il-12400 ma jibqax
f’operat NORMALI. Is-sinjali analogi tal-
output minn AO_1, AO_2, DO_1 u DO_2 jistgħu ma jkunux konformi
mal-monitoraġġ tal-proċess.
L-operazzjonijiet li ġejjin ta’ akkoppjament, konfigurazzjoni
jew ikkalibrar huma meħtieġa biss meta ma jkunux diġà twettqu
mill-manifattur jew mill-utent finali. Fil-każijiet kollha,
iċċekkja li l-operazzjonijiet ikunu konformi mal-użu intenzjonat
tal-istrument. • Irreferi għall-ANNESS II għall-flowchart tal-menu
tal-buttuna. • Jekk jogħġbok irreferi għall-Manwal
tal-Istruzzjonijiet u t-Tħaddim tal-12400 IOM GEA19367
biex twettaq l-azzjonijiet li ġejjin. 8.1. Akkoppjament
L-operazzjoni ta’ akkoppjament trid titwettaq qabel
il-konfigurazzjoni u l-ikkalibrar. Din tikkonsisti fl-ippożizzjonar
korrett tas-senser fuq it-torque tube.
8.2. Konfigurazzjoni Din l-operazzjoni għandha titwettaq qabel
isir l-ikkalibrar u tiddefinixxi l-mod ta’ kif jaħdem il-12400.
Il-parametri ewlenin huma: Tip ta’ trasmettitur:
.................................. livell jew interface Immuntar:
................................................ xellug jew lemin
Azzjoni kurrenti għal AO_1 u AO_2: ....... dirett jew b’lura
8.3. Ikkalibrar Din l-operazzjoni tinvolvi s-simulazzjoni u
l-bdil tal-livell tal-likwidu jew l-interface bejn iż-żewġ likwidi.
L-operazzjonijiet bażiċi huma: L-irrekordjar tal-gravitajiet
speċifiċi tal-ikkalibrar u s-servizz. Ikkalibrar ZERO (Livell baxx)
u kkalibrar SPAN (Livell għoli).
8.4. Start up Qabel tixgħel it-trasmettitur u l-kontrollur
tal-livell diġitali tat-tip 12400, iċċekkja li: Il-12400 ikun
fil-modalitá NORMAL. L-għotjien ikunu invitati kompletament (ref
104, 107, 255 u 280) u l-viti tal-għotjien tas-sigurtà
jkunu ssikkati sew (ref 106, 110 u 257).
-
12 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
9. MANUTENZJONI U SERVIZZ 9.1. Regoli ġenerali
Dawn l-operazzjonijiet għandhom jitqiegħdu fis-seħħ b’konformità
ma' EN/IEC 60079-17 u/jew / mar-regolamenti nazzjonali u lokali
applikabbli għal atmosferi esplożivi.
9.2. Qabel l-attività ta’ manutenzjoni Qabel twettaq kwalunkwe
tip ta’ xogħol fuq it-tagħmir, iċċekkja li l-kundizzjonijiet lokali
huma ħielsa minn atmosfera potenzjalment esplożiva biex tiftaħ
b’mod sikur l-għotjien.
9.3. Waqt l-attività ta’ manutenzjoni • Ikkunsidra
l-kundizzjonijiet speċjali għall-użu kollha elenkati f’§10. • Agħti
attenzjoni partikulari lill-punti li ġejjin:
Iċċekkja li l-ebda parti tat-tip 12400 ma jkun fiha l-ħsara.
Fil-każ ta’ ħsara, ibdel il-partijiet difettużi b’partijiet ġenwini
ta’ sostituzzjoni tal-manifattur biss.
Iċċekkja li l-plagg li jillimita l-pressjoni fuq wara
tal-kompartiment tal-mekkaniżmu (ref 190) u l-ispongy gasket tiegħu
(ref 192) ikunu preżenti u mingħajr ħsara.
Iċċekkja li s-siġill tal-għatu ewlieni (ref 109), is-siġill
tal-kompartiment tat-terminal (ref 105) u s-siġill tal-kompartiment
tal-mekkaniżmu (ref 108) ma fihomx ħsara.
Iċċekkja li l-housing tal-12400 u l-assemblaġġ tal-kalamita (ref
50) fil-kompartiment tal-mekkaniżmu ma fihomx ħsara.
Iċċekkja l-gland u l-konnessjonijiet elettriċi.
Kompli billi tnaddaf il-ġnub differenti tal-enclosure biex
tevita d-depożiti ta’ trab għall-istrumenti li jaħdmu f’żoni 20, 21
u 22.
9.4. Wara l-attività ta’ manutenzjoni
Wara li tagħmel kwalunkwe xogħol fuq it-tagħmir, iċċekkja li
l-għotjien ikunu invitati kompletament (ref 104, 107, 255 u 280) u
li l-viti tal-għatu tas-sigurtà jkunu ssikkati sew (ref 106, 110 u
257).
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
13
10. KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI TAL-UŻU
10.1. Għas-Sigurtà Intrinsika u r-Reżistenza għan-Nar Hi
r-responsabbiltà tal-utent li jiċċekkja l-gasket darba fis-sena u
f’każ ta’ ħsara, li jibdel il-
partijiet difettużi b’partijiet ta’ sostituzzjoni tal-manifattur
biss.
L-utent għandu jiċċekkja li ż-żieda fit-temperatura fuq il-12400
li tkun ġejja mill-parti mekkanika f’kuntatt mal-housing tal-12400
jew mill-proċess ta’ radjazzjoni termali, tkun inqas minn jew daqs
il-klassifikazzjoni tat-temperatura permessa. Dan għandu jsir
b’konformità ma’ EN/IEC 60079-14 u / jew mar-regolamenti nazzjonali
u lokali applikabbli għal atmosferi esplożivi.
Għal użu f’żoni perikolużi bit-trab (żoni 20, 21 u 22), l-utent
għandu jnaddaf regolarment in-naħat differenti tal-enclosure biex
jevita akkumulazzjonijiet ta’ trab; il-ħxuna massima għandha tkun
ta’
-
14 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
10.2. Għas-Sigurtà Intrinsika Id-dħul tal-kejbil għandu jkollu
livell ta’ protezzjoni mill-inqas ugwali għal IP6X skont l-
istandards ta’ EN/IEC 60529. Għall-housing tal-12400
bil-materjal tal-aluminju, l-utent għandu jiddetermina l-użu
tat-
tagħmir għall-grupp II kategorija 1 (żona 0) kontra s-sors li
potenzjalment jista’ jieħu n-nar minħabba xrar fil-każ ta’ impatt
jew frizzjoni.
Il-provvista tal-vultaġġ konnessa ma’ kull wieħed
mill-connectors tal-12400 trid tkun iċċertifikata għall-użu fi
grupp IIC u s-sigurtà intrinsika tal-loop għandha tkun approvata.
Il-parametri tal-entità tal-provvista tal-vultaġġ għandha tkun
kompatibbli mal-parametri tal-entità tal-12400 deskritti f’§
6.4.
10.3. Għar-Reżistenza għan-Nar
Għal temperatura ambjentali ogħla minn 70°C, l-utent għandu
jagħżel dħul tal-kejbil u kejbil kompatibbli ma’:
Temperatura Ambjentali Temperatura tal-Kejbil u tad-Dħul
tal-Kejbil 75°C 80°C 80°C 85°C
Id-dħul tal-kejbil u l-kejbil iridu jkunu kompatibbli
mat-temperatura minima ta’ -50°C indikata fuq il-pjanċa
tal-immarkar.
Id-dħul tal-kejbil irid ikollu livell ta’ protezzjoni mill-inqas
ugwali għal IP66/67.
Il-wisa’ tal-ġonot reżistenti għan-nar hi ogħla mill-valuri
speċifikati fit-tabelli tal-istandard EN/IEC 60079-1. Il-ġonot
reżistenti għan-nar mhumiex intiżi li jiġu msewwija.
Il-ġonot ta’:
Ġonot Ref
Assi bi tliet buttuni 260 Kamin ta' tliet għotjien 104, 107, 280
O-rings 105, 108, 109
jingħataw il-griż bit-tipi ta’ griż li ġejjin:
Tip ta’ Griż Manifattur GRAPHENE 702 ORAPI MOLYKOTE 111 COMPOUND
MOLYKOTE® MULTILUB MOLYKOTE® GRIPCOTT NF MOLYDAL
-
© 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet kollha huma
riservati. Masoneilan 12400 DLT ATEX Manwal tal-Istruzzjonijiet |
15
ANNESS I
-
16 | Baker Hughes © 2019 Baker Hughes Company. Id-drittijiet
kollha huma riservati.
ANNESS II Menus ta' mudelli ta' Trasmettituri (12420 u
12430)
Menus tal-Mudell tal-Kontrollur (12410)
Jekk jibqa' xi difett kritiku
Jekk jibqa' xi difett kritiku
-
Postijiet tal-Uffiċċji tal-Bejgħ Dirett
L-Awstralja Brisbane Telefown: +61-7-3001-4319 Fax:
+61-7-3001-4399
Perth Telefown: +61-8-6595-7018 Fax: +61-8-6595-7299 Melbourne
Telefown: +61-3-8807-6002 Fax: +61-3-8807-6577 Il-Brażil Telefown:
+55-19-2104-6900
Iċ-Ċina Telefown: +86-10-5738-8888 Fax: +86-10-5918-9707 Franza
Courbevoie Telefown: +33-1-4904-9000 Fax: +33-1-4904-9010
L-Indja Mumbai Telefown: +91-22-8354790 Fax: +91-22-8354791
New Delhi Telefown: +91-11-2-6164175 Fax: +91-11-5-1659635
L-Italja Telefown: +39-081-7892-111 Fax: +39-081-7892-208
Il-Ġappun Tokyo Telefown: +81-03-6871-9008 Fax: +81-03-6890-4620
Il-Korea Telefown: +82-2-2274-0748 Fax: +82-2-2274-0794 Il-Malasja
Telefown: +60-3-2161-03228 Fax: +60-3-2163-6312 Il-Messiku
Telefown: +52-55-3640-5060 Ir-Russja Veliky Novgorod Telefown:
+7-8162-55-7898 Fax: +7-8162-55-7921 Moska Telefown: +7
495-585-1276 Fax: +7 495-585-1279 L-Arabja Sawdija Telefown:
+966-3-341-0278 Fax: +966-3-341-7624
Singapore Telefown: +65-6861-6100 Fax: +65-6861-7172
L-Afrika t'Isfel Telefown: +27-11-452-1550 Fax: +27-11-452-6542
L-Amerka t'Isfel u Ċentrali u l-Karibew Telefown: +55-12-2134-1201
Fax: +55-12-2134-1238 Spanja Telefown: +34-935-877-605 L-Emirati
Għarab Magħquda Telefown: +971-4-8991-777 Fax: +971-4-8991-778
Ir-Renju Unit Bracknell Telefown: +44-1344-460-500 Fax:
+44-1344-460-537 L-Istati Uniti Jacksonville, Florida Telefown:
+1-904-570-3409 Deer Park, Texas Telefown: +1-281-884-1000 Fax:
+1-281-884-1010 Houston, Texas Telefown: +1-281-671-1640 Fax:
+1-281-671-1735
valves.bhge.com Drittijiet tal-Awtur 2019 Baker Hughes Company.
Id-drittijiet kollha huma riservati. Baker Hughes tipprovdi din
l-informazzjoni fuq il-bażi “kif inhi” għall-għanijiet ta’
informazzjoni ġenerali. Baker Hughes ma tagħmel l-ebda
dikjarazzjoni rigward il-preċiżjoni jew il-kompletezza
tal-informazzjoni u ma tagħmel l-ebda garanzija ta’ kwalunkwe tip,
speċifika, impliċita jew orali, bl-aktar mod wiesa’ permissibbli
bil-liġi, inklużi dawk tal-kummerċjabilità u l-idoneità għal xi
għan jew użu partikulari. Baker Hughes b’dan il-mod tirrinunzja
kwalunkwe u kull responsabbiltà rigward danni diretti, indiretti,
konsegwenzjali jew speċjali, talbiet għal qligħ mitluf, jew talbiet
minn partijiet terzi li jirriżultaw mill-użu tal-informazzjoni,
kemm jekk it-talba hija affermata f’kuntratt, tort jew b’xi mod
ieħor. Baker Hughes tirriserva d-dritt li tagħmel bidliet
fl-ispeċifikazzjonijiet u l-karatteristiċi murija hawn, jew li
twaqqaf il-prodott deskritt fi kwalunkwe żmien mingħajr avviż minn
qabel jew obbligu. Ikkuntattja lir-rappreżentant ta' Baker Hughes
tiegħek għall-informazzjoni l-aktar attwali. Il-logo ta' Baker
Hughes u Masoneilan huma trademarks ta' Baker Hughes Company.
Ismijiet ta' kumpaniji u ismijiet ta' prodotti oħrajn użati f'dan
id-dokument huma t-trademarks reġistrati jew trademarks tas-sidien
rispettivi tagħhom. GEA19100A-MT 12/2019