-
SIGNUM FIDEI 1
MARŻU 2012
TALBA O Alla li tista’ kollox, Inti afdajt il-misteru
tas-salvazzjoni, sakemm kiem għadu fil-bidu tiegħu, taħt il-
ħarsien fidil ta’ San Ġużepp; agħmel li bit-talb tiegħu, il-
knisja tiegħek taqdi dejjem dan il-
misteru, sa ma jseħħ għal kollox.
Ammen
-
2 SIGNUM FIDEI
S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur
L-Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isfqijiet tagħna għal dan
ix-xahar:
1. Biex id-dinja kollha tagħraf tgħożż il-kontribut tan-nisa
fl-iżvilupp tas-soċjetà. 2. Biex l-Ispirtu s-Santu jagħti
l-perseveranza lil min hu ppersegwitat jew qed
imut minħabba Kristu, speċjalment fl-Asja. 3. Sabiex ilkoll
nifhmu li mill-ħajja taż-żwieġ ma jistax jitwarrab
is-sagrifiċċju.
Dati ta’ importanza għax-xahar ta’ Marzu: 19 ta’ Marzu : San
Ġużepp 26 ta’ Marzu : Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej. Nota
importanti: Din il-ħarġa ta’ Marżu issa tista’ tiġi aċċessata minn
fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com. Fl-istess
website issa hemm aċċess għall-Vanġelu bil-Malti.
- MARZU 2012 -
NIFTAKRU LI QEDGĦIN FIL-PREŻENZA T’ALLA.
EJJEW NADURAWH.
Signum Fidei
}ajja ta’ Xhieda ta’
Fidi
Qegħdin fi żmien ir-Randan, żmien ta’ sagrifiċċju u
astinenza.
http://signumfideimalta.wordpress.com/
-
SIGNUM FIDEI 3
Il-Ħamis l-1 ta’ Marzu San Albinu – Isqof ta’ Angus
San David – Isqof ta’ Menevia It-12-il dehra ta’ Lourdes
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1.Ester 14: 1,3-5,12-14 M’għandix għajnuna oħra ħliefek,
Mulej. 2. Salm 137: 1-3,7ċ,8 Fil-jum li fih sejjaħtlek, smajtni,
Mulej. 3. Mattew 7: 7-12 Min jitlob, jaqla’. SAN ALBINU - Isqof ta’
Angers (469-549) San Albinu hu qaddis popolari ħafna fi Franza u
fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa Twieled minn familja nobbli fir-reġjun
ta’ Vannes, Franza, fl-469. Wara li
mexxa l-abbazija ta’ Tintillant għal 35 sena, hu ġie maħtur
isqof ta’ Angers meta kellu ’l fuq minn 60 sena.
Fi żmienu kien hemm id-drawwa fost il-Franki li jsiru żwiġijiet
fost kuġini u qraba viċin ħafna fid-demm. Albinu ġġieled kontra din
id-drawwa bl-enerġija kollha. Xi nies tant kienu kontra tiegħu li
hu kien qed jaħseb li ma jdumx ma jkun maqtul, kif kien ġralu San
Ġwann il-Battista, li kien vittma tal-ħeġġa tiegħu favur żwieġ
skont il-liġi t’Alla.
Fis-snin 538 u 541, San Albinu laqqa’ konċilji f’Orléans, li
fihom ngħataw pieni ħorox għal min ikompli b’dawk l-abbużi, u
b’hekk ikkontribwixxa biex jgħolli l-livell tal-moralità
pubblika.
Dan l-isqof kuraġġuż kien ukoll mogħni bid-don tal-mirakli.
San Albinu Isqof miet ta’ madwar 80 sena, fl-1 ta’ Marzu 549.
Il-qaddis kien wieħed fost l-aktar popolari tal-medjuevu.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... Itolbu lil
Ġesù għal dik il-grazzja tant bżonnjuża, għall-konverżjoni ta’ dawk
il-qlub li jinsabu taħt il-ħarsien tagħkom ...” MTR 4:1 Ħsieb: Br.
Louis għamel dan il-ħsieb fil-bidu ta’ Marzu ta’ edizzjoni
preċedenti “Il-lum jibda x-xahar ta’ Marzu – ejjew nieqfu ftit
fis-silenzju naħsbu fuq is-sinjali ta’ madwarna li qed juruna li
r-Rebbiegħa hi fil-qrib.”
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Isma’ Mulej, it-talb u
s-supplika tagħna, eħlisna f’ġieħek u agħmel li nsibu l-ħniena
f’għajnejn dawk li eżiljawna, sabiex tkun taf l-art kollha li int,
il-Mulej, Alla tagħna, għax ismek jissejjaħ fuq Iżrael u nislu.
Ħares fuqna, Mulej, mid-dar imqaddsa tiegħeK, u aħseb fina. Agħtina
widen, Mulej, u ismagħna. Baruk 2 : 14-16
-
4 SIGNUM FIDEI
TALBA O Mulej, Sid il-ħajja, irridu nirringrazzjawk
għall-ġmiel tal-ħolqien tiegħeK. Nifirħu meta naraw sinjali ta’
ħajja ġdida.
Agħmel li għal ta’ madwarna nkunu r-Rebbiegħa,
u qatt ma nkunu x-Xitwa, Ammen.
Br. Nicholas Hutchinson Missierna ...
Il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu Santa Anjeże ta’ Praga – Verġni,
Reliġjuża
San Nikola Owen – Martri It-13-il dehra ta’ Lourdes
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Eżekjel 18: 21-28 Aktar jogħġobni li l-midneb jerġa’
lura minn triqtu u jgħix. 2. Salm 129: 1-8 Jekk tal-ħtijiet int
tagħti każ, Mulej, Mulej min jista’ jżomm
sħiħ? 3. Mattew 5: 20-26 Mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk. SANTA
ANJEŻE TA’ PRAGA - Reliġjuża (1211-1282) Din il-qaddisa kienet
il-fundatriċi tal-ewwel monasteru tas-Sorijiet Klarissi ’l
fuq mill-Alpi. Hija twieldet fl-1211 fi Praga, u kienet bint
ir-re Otakar I tal-Boemja u tar-
reġina Kostanza, oħt Andrea II re tal-Ungerija. Hija kienet
prima kuġina ta’ Santa Eliżabetta tal-Ungerija.
Ta’ tliet snin, Anjeże kienet mibgħuta fil-monasteru
tas-sorijiet ċisterċensi. Ta’ sitt snin, ittieħdet lura Praga, u
wara afdata lis-sorijiet premostratensi ta’ Doksany biex tirċievi
l-edukazzjoni li kien jixirqilha.
Fl-1220, minħabba li kienet imwiegħda bħala għarusa ta’ Enriku
VII iben l-imperatur Federiku II, Anjeże kienet meħuda fil-qorti
tad-duka tal-Awstrija. Billi l-għerusija tħassret, hija rritornat
Praga fl-1225. Wara riflessjoni matura, hija ddeċediet li
tikkonsagra l-verġnità tagħha lil Alla.
Niesha ppruvaw diversi drabi oħra jgħarrsuha ma’ xi prinċep jew
xi nobbli, imma hi rnexxielha teħles minnhom kull darba – l-aħħar
każ kien meta hi kellha ftit inqas minn tletin sena, u niesha
riduha tiżżewweġ lill-imperatur Federiku II. Imma Anjeże appellat
lill-Papa Girgor IX, u nsistiet li x-xewqa
-
SIGNUM FIDEI 5
tagħha kienet li ssir soru franġiskana. Fl-aħħar, Federiku ċeda.
“M’għandix neħodha b’offiża”, qal l-imperatur, “la darba hi
ppreferit lis-Sultan tas-Sema milli lili.”
Anjeże kienet semgħet, minn xi predikaturi franġiskani ġo Praga,
dwar il-ħajja qaddisa skont l-ispirtu ta’ San Franġisk li l-verġni
Klara kienet qed tgħix ġo Assisi. Hija nġibdet lejn dik il-kwalità
ta’ ħajja u ddeċediet li timxi fuq l-eżempju tagħha. Wara li
waqqfet il-monasteru ta’ San Franġisk għas-“Sorijiet Foqra” jew
“Damjaniti” (fl-1234), hija stess ngħaqdet magħhom nhar Pentekoste,
il-11 ta’ Ġunju 1234.
Din l-azzjoni tagħha tant qajmet għagħa fost il-klassi
aristokratiċi ta’ żmienha li mijiet ta’ tfajliet imxew fuq
l-eżempju tagħha u daħlu f’kunvent.
Anjeże għaddiet b’kollox 45 sena bħala soru klarissa u serviet
għal żmien qasir bħala badessa fuq talba tal-Papa. Santa Klara ta’
Assisi kienet tistħajjilha hija nnifisha, u għadha teżisti
korrispondenza li għaddiet bejn dawn iż-żewġ qaddisin. Flimkien ma’
Klara, Anjeże ħadmet biex tinkiseb l-approvazzjoni tar-Regola ġdida
li hija kienet ħaddnet.
Santa Anjeże ta’ Praga mietet fit-2 ta’ Marzu 1282, fl-età ta’
71 sena. Ħafna mirakli kienu attribwiti lil din
Prinċipessa-Badessa. Hi kienet
iddikjarata beata mill-Papa Piju IX fl-1874, u kkanonizzata
mill-Papa Ġwann-Pawlu II fl-1988.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... U ftakar
ja ruħ! Li Alla g]andu xewqa akbar li jimlik bil-grazzji tieg]u
milli inti tixtieq li tir`evihom – il-]asra li j]oss g]all-mi\erji
li g]addej minnhom hija akbar mill-ansjetà li qieg]ed t]oss biex
tin]eles minnha ...” Med. 38.1
TALBA O Mulej,
Inti li tagħti s-salvazzjoni lill-poplu kollu, f’dan iż-żmien
tar-Randan,
miss il-qlub ta’ dawk fil-bżonn, lil dawk ta’ qalbhom iebsa,
lill-kburin u s-sogħbiena, u biddilhom b’imħabbteK. F’isem Ġesù
Kristu Sidna,
Ammen. Missierna ...
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “U inti, o bniedem, għid lil
dar Iżrael: ‘Intom qegħdin tgħidu: dnubietna u ħtijietna fuqna;
aħna mifnija bihom; kif se ngħixu?’ Għidilhom: ‘daqs kemm jien ħaj,
oraklu ta’ Sidi l-Mulej, ma nitgħaxxaqx b’mewt il-midneb, imma
bir-reġgħa lura tiegħu minn triqtu biex jgħix. Erġgħu, erġgħu lura
minn triqatkom il-ħżiena. Għax għandkom tmutu dar Iżrael?’ Eżekjel
33: 10,11
-
6 SIGNUM FIDEI
Is-Sibt 3 ta’ Marzu Santa Kunegonda – Reġina
Santa Katerina Drexel – Reliġjuża Beatu Liberat Weiss u sħabu -
Martri
L-14-il dehra ta’ Lourdes
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”
Qari: 1. Dewteronomju 26: 16-19 Int tkun poplu qaddis
għall-Mulej Alla tiegħek. 2. Salm 118: 1,2,4,5,7,8 Hieni min jimxi
fil-liġi tal-Mulej. 3. Mattew 5: 43-48 Kunu perfetti, bħalma hu
perfett Missierkom tas-
sema. Santa Kunegonda, Reġina ( † c.1033) Twieldet fil-pajjiż
ċkejken ta’ Lussemburgu. Hija kienet bint Sigfridu, l-ewwel
konti ta’ Lussemburgu (li hu wkoll meqjum bħala qaddis) u
t-twajba martu Edwiġe. Minn ċkunitha, dawn il-ġenituri qaddisa
nisslu fiha sentimenti ta’ qdusija.
Żagħżugħa, fid-999, iżżewġet lit-twajjeb Enriku, duka
tal-Bavarja, u li fl-1002 kien inkurunat re tal-Ġermanja.
Fl-1013, Enriku kien maħtur imperatur u rċieva l-kuruna minn
Benedittu VIII; fl-istess ħin Kunegonda kienet inkurunata bħala
imperatriċi.
Minkejja li saret imperatiriċi, hi baqgħet tgħix il-ħajja ta’
talb u penitenzi li kienet imrobbija fihom minn ċkunitha. Hi wżat
l-influwenza tagħha biex tgħin lill-fqar u ’l dawk fil-bżonn.
Għalkemm kienet mara ta’ ħajja qaddisa, xi għedewwa tagħha
akkużawha b’adulterju, u Enriku daħallu xi suspett dwarha. Biex
tipprova l-innoċenza tagħha, Kunegonda ġarrbet il-prova tan-nar.
Enriku sogħob bih u wara sar aktar marbut ma’ martu. It-tnejn
flimkien ħabirku biex jinbnew monasteri u knejjes.
Sena wara l-mewt ta’ żewġha Enriku, li ġrat fl-1025, Kunegonda
rtirat f’wieħed mill-monasteri li kienet waqqfet hi stess, dak ta’
Kaufungen; ħadet il-libsa reliġjuża minn idejn l-isqof, u għaddiet
il-bqija ta’ ħajjitha bħala soru umli, titlob, taqra u tagħmel
xogħol manwali.
Santa Kunegonda mietet fit-3 ta’ Marzu, aktarx fl-1033, għalkemm
xi awturi jżommu s-sena 1039. Hi kienet midfuna ħdejn żewġha San
Enriku f’Bamberg
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Tħallix xewqatek jiġbduk
warajhom, u rażżanhom il-ġibdiet tiegħek. Jekk tintelaq għal kull
ma tixtieq qalbek, jiddieħku bik l-għedewwa tiegħek. Tixxalax
f’ħafna lussu, li ma tiftaqarx bl-ispejjeż tiegħu. Tiddejjinx u
tiftaqarx biex tixxala, meta ma għandek xejn fil-ħorġa.” Bin Sirak
18: 30-33
-
SIGNUM FIDEI 7
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “ Alla tant
għandu ħniena għalina li tana lil Ibnu stess biex imantni ir-ruħ
tagħna ...” Med. 51:1 Ħsieb:
“F’dan ir-Randan Alla ma jridx jirran[ana xi ftit u jag]milna
ftit aktar tajbin. Alla jrid jeqred il-bniedem il-qadim ]alli jibni
bniedem [did g]al kollox.
Mhux itejjeb xi ftit l-ilma ma]mu[, imma jrid jag]mel mill-ilma
nbid! L-unika ]a[a li g]andu b\onn huwa l-permess tieg]i!”
Br.Louis
TALBA O Alla missierna,
Inti turina u twettaq l-opri tieg]eK f’kull wie]ed minna.
Anke, saħansitra fid-dalma tal-qalb tag]na, u titrasfigura lileK
innifseK f’ Dawl g]all-]ajja tag]na.
G]allimni nie]u ]sieb il-feriti li g]andi,
fejjaqni mill-g]ama li nisab fih, u g]ini neg]leb il-bi\a’ li
qed in]oss.
Ag]tini li nag]raf l-opri tieg]eK [urnata wara l-o]ra
f’din “id-dalma - `ara ta’ ]ajti. Br. Louis Missierna ...
Il-Ħadd 4 ta’ Marzu It-Tieni Ħadd tar-Randan Il-15-il dehra ta’
Lourdes
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Ġenesi 22: 1,2,9-13,15-18 Is-sagrifiċċju ta’ missierna
Abraham. 2. Salm 115: 10,15-19 Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art
il-ħajjin. 3. Rumani 8: 31b-34 Alla lanqas lil Ibnu stess ma
ħafirha. 4. Mark 9: 2-10 Dan hu Ibni l-għażiż.
-
8 SIGNUM FIDEI
Riflessjoni fuq il-Vanġelu:
Dan huwa wieħed biss minn dawk il-mumenti li Ġesu jħalli
għall-dawk li kienu l-iżjed intimi mieghu. Għat-tlett snin li kienu
ġejjin kellhom jgħixu miegħu jisimgħu kull kelma, iħossu l-burdati
tiegħu, u jixtarru kull għemil li kellu jagħmel. Kienu qiegħdin
jantiċipaw b’ċertu biża’ li dan kien bniedem eċċezzjonali, bniedem
li għerfu kien imur lil’hinn mill-għerf tan-nies komuni. Quddiemhom
dehret figura ġdida, differenti minn dak li qatt kienu jistennew,
jum wara jum kienu se jaraw fih karatteristiċI differenti u
ġodda.
L-istorja tagħhom ta’ dixxipli kellha tgħaddi minn
trasfigurazzjoni tal-esperjenza ta’ kif bil-mod il-mod kellhom
jagħrfu l-vera identita ta’ Ġesu. Dik l-identita li spiss kienet
tinħeba minħabba l-ħarsa vojta t’għajnejhom u minħabba dak li kienu
jaħsbu.
Dak li ġara fuq il-muntanja mhu xejn ħlief il-qofol
tal-esperjeza tad-dixxipli mal-Imgħallem tagħhom. F’dan ir-rakkont
naraw xena waħda li tiġbor fiha sensiela sħiħa ta’
trasfigurazzjonijiet li juru dejjem iżjed dak li kull profezija u
kull liġi jridu juru. Hu stess hu l-quċċata ta’ kull Profezija u
kull Liġi.
Meta jaħsbu li qiegħdin jifhmu xi ħaġa, meta Pietru jiftaħ ħalqu
biex jgħid xi ħaġa, is-sħab jaħbi lil dik il-figura affaxxinanti.
Il-misteru ta’ Ġesu jerġa jinħeba malli d-dixxipli jħossuhom lesti
li jitkellmu fuqu. Ix-xewqa jibqgħu b’dak l-entużjażmu
jikkundannhom għan-nuqqas ta’ fehma.
Kellhom jaraw lil Ġesu waħdu fuq salib biex jifhmu li
l-entużjażmu u l-ewforija huma biss duħħan, kellhom jaraw lil wiċċ
Ġesu nieqes minn kull sura ta’ bniedem biex jifhmu x’inhi
l-glorja.
Il-leħen li jgħid “Dan hu ibni l-għażiż, li fih insib il-għaxqa
tiegħi. Isimgħu lilu!” instema’ f’dan l-episodju, iżda nftiehem
quddiem is-salib, anzi tlett ijiem wara.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 18 – It-2
parti “God, Who is pleased to communicate freely with such souls as
are pure and have no affection for sin, desires nevertheless that
they should not be too much attached to His gifts. Such attachment
is a defect which turns God away from a soul, for it is not so much
God as His gifts that we appreciate for our own satisfaction. As
God makes use of this consolation to sustain a soul, and to give
it, as it were time to breathe after it has endured the trial of
tribulation, it should accept this comfort in the simple view of
God’s good pleasure, without taking complacency in the sensible
satisfaction experienced. The three Apostles who accompanied our
Lord on Mount Tabor, failed in this, for, being as yet little
skilled in matters pertaining to the interior life, they dwelt more
upon sweetness they tasted in this mystery than on the greatness
and goodness of God, which should have occupied their whole mind
and their entire attention. Hence the reason why Our Lord exterior
glory vanished in a moment, and disappeared from their sight. That
is what God does. He deprives us of the sensible pleasure we
experience in consolations when He finds that we grow too attached
to it, and that we relish it with undue complacency.
-
SIGNUM FIDEI 9
TALBA O Alla,
li ebda għajn qatt ma rat. Inti wrejtna l-glorja tiegħeK permezz
tat-trasfigurazzjoni tal-wiċċ ta’ ibnek l-għażiż.
Permezz tiegħu Inti kellimtna. Agħtina nitolbuK, l-għajnuna ħa
nisimgħuH
u nimxu fuq il-passi tiegħU, mit-tbatija u l-mewt
għall-Glorja;
hekk kif fuq il-muntanja Tabor urejtna l-Ibnek għażiż ħaj u
jsaltan miegħeK,
flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem,
Ammen. Missierna ...
It-Tnejn 5 ta’ Marzu San Ġużepp tas-Salib – Reliġjuż
Il-Beatu Ġeremija minn Vallacchia
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Danjel 9:
4b-10 Dnibna, ġibna ruħna ħażin. 2. Salm 78: 8,9,11,13 Mulej,
tħallasniex skont ħtijietna. 3. Luqa 6: 36-38 Aħfru u tkunu
maħfura. IL-BEATU ĠEREMIJA MINN VALLACCHIA (1556-1625) Kien jismu
Jan Kostist u twieled fid-29 ta’ Ġunju 1556 f’raħal żgħir jismu
Tzazo, f’Vallacchia, fir-Rumanija. Fil-bidu ta’ żgħożitu ħass
bħal qawwa tal-għaġeb barra minnu ssejjaħlu jmur
l-Italja. Telaq lil ommu u lil niesu, bil-mixi. Meta wasal
f’Alba Reale, fit-Transilvanja, sar jaf li tabib Taljan kien qed
ifittex persuna biex takkompanjah lura Bari, l-Italja, fejn kien
imsejjaħ biex jikkura prinċep, u Jan mar miegħu.
Imbagħad mar Napli u daħal bħala ajk kappuċċin, fejn ħa l-isem
ta’ Fra Ġeremija. Wara sena novizzjat, intbagħat fil-kunvent ta’
San Efremo Nuovo bħala infermier. Baqa’ hemm u f’dik il-kariga għal
40 sena, sakemm miet.
-
10 SIGNUM FIDEI
Kien bniedem bla skola, imma għaraf jagħti ħajtu għall-ġid
tal-bnedmin ħutu. L-hena tiegħu kienet li, bla mistrieħ u bla ma
jaħseb fih innifsu, jgħin lill-morda f’kull xorta ta’ qadi li jkunu
jeħtieġu bil-lejl u bi nhar.
Kien magħruf għall-ferħ li bih kien jaqdi lill-morda u
għall-wiċċ dejjem imbissem li kien ikollu. Għadda minn tbatijiet
kbar f’din il-ħidma mal-morda, iżda hu kien dejjem iżomm quddiem
għajnejh li dak li kien jagħmel mal-marid kien qed jagħmlu ma’
Kristu stess.
Fra Ġeremija minn Vallacchia miet fil-5 ta’ Marzu, 1625
fl-għomor ta’ 69 sena. Nistgħu ngħidu li mewtu seħħet fil-qadi ta’
dmiru lejn il-morda. Is-Superjur tiegħu qabbdu jmur jara wieħed
marid ’il-bogħod ħafna, u xxarrab waħda sew bix-xita. Hu ħa
bronkite qawwija li ftit wara bagħtitu “jiltaqa’ ma’ ħutu l-morda”
fis-sema.
Kien iddikjarat beatu mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fit-30 ta’
Ottubru 1983. Ingħad fuqu hekk: “Tant kienet kbira l-ħniena u
l-karità tiegħu, li kieku jista’
jkun kien jagħti l-istess għajnejh lil kulħadd.”
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... Jiena
nitlob li Alla jiftaħlek għajnejk aktar u aktar, biex inti tagħraf
minn naħa waħda l-fond tal-abbissi li inti kont salvata minnu u
min-naħa l-oħra l-imħabba infinità li refgħetek minn dan l-abbiss
...” Ittra 110 – lil Reliġjuża
TALBA O Alla, Missier il-ħniena,
Int bgħatt lill-Ibnek biex isalva lill-midinbin.
Agħtina l-għerf u l-kuraġġ biex nagħarfu ħtijietna,
u l-umiltà biex nitolbuK il-maħfra, bl-istess Kristu Sidna,
Ammen. Missierna ...
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Iżda ngħid għalija, ftit li
xejn jimpurtani li nkun iġġudikat minnkom jew minn xi tribunal
tal-bnedmin; anqas jiena stess ma niġġudika lili nnifsi. Tassew li
jiena stess ma nħoss xejn fuq il-kuxjenza tiegħi; iżda mhux
b’daqshekk jien iġġustifikat; hu l-Mulej li jiġġudikani. Għalhekk
tiġġudikawx qabel il-waqt sa ma jiġi l-Mulej: Hu għad joħroġ
għad-dawl dak li hu moħbi fid-dlam, u jikxef il-fehmiet mistura
tal-qlub. Imbagħad kull wieħed jieħu mingħand Alla t-tifħir li jkun
jistħoqqlu.” Korintin 4: 3-5
-
SIGNUM FIDEI 11
It-Tlieta 6 ta’ Marzu Santa Koletta ta’ Corbie – Reliġjuża
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Isaija 1: 10,16-20 Tgħallmu, agħmlu t-tajjeb, fittxu
d-dritt. 2. Salm 49: 8,9,16bċ,17,21,23 Lil min jimxi bis-sewwa
nurih is-salvazzjoni
t’Alla. 3. Mattew 23: 1-12 Kliem biss għandhom, imma fatti xejn.
SANTA KOLETA TA’ CORBIE - Reliġjuża Din ir-riformatri`i kbira
Fran[iskana twieldet f’Corbie fi Franza, fl-1381. Missiera kien
mastrudaxxa. Ippruvat tid]ol mal-Begwini u mal-Benedittini, imma ma
rnexxilhiex. Da]let
g]alhekk mal-Klarissi u kienet ir-riformatri`i mhux biss tag]hom
imma wkoll ta’ bosta kunventi tal-patrijiet Fran[iskani. Imsej]in
huma wkoll b]as-sorijiet “Koletani”.
Ir-riforma tag]ha nxterdet ma’ Franza, kif ukoll fil-{ermanja u
l-Bel[ju. Il-qaddisa riedet però li r-riforma tag]ha tibqa’ ta]t
l-ubbidjenza tal-Ministru {enerali tal-Fran[iskani Minuri
Konventwali.
Flimkien mad-Dumnikan, San Vin`enz Ferreri, ]admet ukoll biex
tintemm ix-“Xi\ma tal-Punent”.
Mietet fil-belt ta’ Gent fil-Bel[ju, fis-6 ta’ Marzu 1447, u
[iet ikkanonizzata mill-Papa Benedittin Piju VII fl-1807. Il-fdal
tag]ha jinsab meqjum [ewwa urna mill-isba] fil-knisja tas-sorijiet
tag]ha ta’ Poligny fi Franza.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... kun af u
kun konvint li l-a]jar mezz biex tkun taf il-Van[elu tajjeb huwa li
timmeditah kuljum, milli titg]allmu bl-amment ...” Med. 170.2
Ngħidu din it-talba qabel il-qari tal-Kelma t’Alla:
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Il-kburija jistmerruha Alla u
l-bniedem, u l-inġustizzja jistkerrhuha t-tnejn. Il-bniedem jibda
jitkabbar meta jwarrab mill-Mulej u qalbu titbiegħed mill-Ħallieq
tiegħu. Il-bidu tal-kburija hu d-dnub, u min jinħakem minnha
jistmerruh; il-Mulej qala’ l-ġnus mill-għeruq, u minflokom ħawwel
l-umli. Il-Mulej ħarbat artijiet il-ġnus u qeridhom mis-sisien
tal-art.” Bin Sirak 10 : 7,12,13,15,16
-
12 SIGNUM FIDEI
erb Etern, Kelma ta’ Alla tieg]i,
irrid ng]addi ]ajti nisimg]ek, irrid noqg]od dejjem attenta biex
nitg]allem kollox ming]andek.
Beata Eli\abetta tat-Trinità - Karmelitana
TALBA O Ġesù,
kif inti ħsilt saqajn id-dixxipli tiegħek, kont is-serv
tagħhom
għalkemm il-Mulej hu l-Imgħallem. Neżżgħana u eħlisna mill-libsa
tal-kburija
biex nuru att ta’ mħabba ma’ xulxin bħalma int għamilt
magħna.
F’Ismek nitolbu dan, Mulej Ġesù Kristu, li tgħix u ssaltan
Alla wieħed mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’
dejjem,
Ammen. Missierna ...
L-Erbgħa 7 ta’ Marzu Santa Perpetwa u Santa Feliċità –
Martri
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Ġeremija 18: 18-20 Ejjew nonsbulu nasba. 2. Salm 30:
5,6,14-16 Fit-tjieba tiegħek, Mulej, eħlisni. 3. Mattew 20: 17-28
Jaqtgħuhielu għall-mewt. SANTA PERPETWA U SANTA FELIĊITÀ - Martri
(†203) Ir-rakkont tal-martirju ta’ Santa Perpetwa u Santa Feliċità
u sħabhom, li seħħ
f’Kartaġni (fl-Afrika ta’ Fuq) fis-sena 203 taħt l-Imperatur
Severus hu wieħed mid-dokumenti awtentiċi l-aktar interessanti
tal-Knisja tal-qedem. Permezz tiegħu waslitilna stampa ħajja
tal-esperjenzi tagħhom kif ukoll tal-personalitajiet tagħhom. Fih
hemm djarju ta’ Perpetwa nnfisha, u paġna miktuba minn martri ieħor
u r-rakkont tal-għeluq minn xi ħadd li kien xhud ta’ dak li kiteb,
u li ħafna jaħsbu li kien Tertulljanu.
V
-
SIGNUM FIDEI 13
Perpetwa kienet mara nobbli minn Kartaġni ta’ 22 sena li kellha
tarbija-tifel tat-twelid; Feliċità kienet ilsira miżżewġa li kienet
waslet biex issir omm. Taħt l-editt kontra l-insara maħruġ fis-sena
202, it-tnejn kienu arrestati flimkien ma’ tliet insara oħra:
Saturninu, Sekundulu u Revokatu. Dawn kollha kienu ġew ikkonvertiti
għall-fidi nisranija minn sekular jismu Saturus, li ngħaqad magħhom
minn rajh fil-ħabs li fih kienu mitfugħin talli ma ridux joffru
sagrifiċċju lill-allat.
Perpetwa tat ’il binha-tarbija lil missierha pagan biex jieħu
ħsiebu, imma baqgħet sħiħa fil-fehma tagħha minkejja l-appelli
ħerqana li għamlilha missierha.
Feliċità bdiet titlob li tfittex twelled it-tarbija tagħha li ma
tmurx titlef iċ-ċans tal-martirju. Meta bdiet tingħi bl-uġigħ
tal-ħlas u suldat staqsieha: “Mela kif se tissaporti l-uġigħ
tal-martirju?”, hi pronta qaltlu: “Bħalissa qiegħda nsofri jien;
imma dak il-ħin (tal-martrirju), ħaddieħor ikun qed isofri hu
minfloki.” Hi welldet tifla fil-ħabs u baqgħet sħiħa fil-fehma
tagħha anki meta ħadulha t-tarbija.
Il-martri kienu kkundannati għall-mewt billi jkunu mtertqa
mill-bhejjem selvaġġi fl-anfiteatru; imma billi ma mitux, fl-aħħar
qatgħulhom rashom. Kienet is-sena 203. Dak li kellu jagħti d-daqqa
tal-mewt lil Perpetwa tant tqanqal mill-qawwa li wriet Perpetwa li
hi nnifisha kellha tiggwidalu x-xabla tiegħu għal fuq għonqha.
Il-martirju tagħhom sar magħruf mal-Knisja kollha – Santu Wistin
ippriedka għall-ġieħ tagħhom mill-inqas tliet darbiet.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... b]alma
marid li ma jridx jirrevela l-marda li g]andu, ma jistax ifiq; hekk
ukoll dak li ma jridx jikxef il-feriti li g]andu lit-tabib
Spiritwali biex ifiq ...” Med.19.1 Ħsieb: Il-persekuzzjoni għal min
jemmen f’reliġjon ma kinetx biss fi żmien l-insara tal-qedem. Anna
Frank, tfajla Lhudija, kienet mitfugħa f’Kamp tal-Konċentrament
fl-aħħar gwerra dinjija. Wara hi ġiet maqtula flimkien ma’ membri
tal-familja tagħha. Bħal Perpetwa u Feliċità sofriet il-moħqrija u
wara l-mewt għax intelqet f’idejn Alla. Fid-djarju tagħha kitbet
hekk: “Huwa darbtejn aktar iebes għalina ż-żgħażagħ biex inżommu
sod u nibqgħu bl-opinjoni tagħna fi żmien meta kull ideal hu
mfarrak u mkisser. Meta n-nies juru l-għar tagħhom u ma jkunux jafu
jekk jemmnux fil-verità, f’dak li hu tajjeb, u f’Alla.”
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Nonsbulu għax hu ta’ xkiel
għalina fi triqitna, hu kontra l-għemejjel tagħna, iċanfarna għax
niksru l-Liġi, jixlina għax immorru kontra t-tagħlim li ħadna.
Jgħid li jagħraf ’l Alla u jsejjaħ lilu nnifsu ‘Bin il-Mulej’.
Għalina hu ċanfira tal-fehmiet tagħna; narawh biss taħt għajnejna,
idejjaqna”. Għerf 2 : 12-14
-
14 SIGNUM FIDEI
TALBA O Kbir Alla, Int li għoġbok iżżejjen
lil dawn iż-żewġ ommijiet żgħażagħ, Sta.Perpetwa u Sta.Feliċità
b’fidi kbira u soda, li resqu
lejn il-martirju b’kuraġġ kbir, agħmel li jkunu għalina ta’
eżempju
biex b’fidi qawwija jkunu xhieda għall-oħrajn fiż-żminijiet
tal-lum,
mod speċjali fost l-ommijiet u n-nisa. Dan nitolbu f’isem ibnek
Ġesù Kristu Sidna,
Ammen. Missierna ...
Il-Ħamis 8 ta’ Marzu San Ġużepp t’Alla - Presbiteru
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 17:
5-10 Misħut min jittama fil-bnedmin; imbierek min jittama fil-
Mulej. 2. Salm 1: 1-4,6 Hieni l-bniedem li qiegħed fil-Mulej
it-tama tiegħu. 3. Luqa 16: 19-31 It-tajjeb tiegħek irċevejtu
f’ħajtek. SAN ĠWANN T’ALLA - Presbiteru (1495-1550) Kien jismu
Ġwanni Ciudad u twieled f’Montemor-o-Novo, ftit ’il-bogħod minn
Lisbona, fil-Portugall, minn ġenituri foqra iżda ta’ ħajja
qaddisa. L-ewwel snin tiegħu għaddihom bħala ragħaj, f’safa kbira u
fil-virtù; meta
kellu 27 sena, hu ngaġġa ma’ kumpanija militari u serva kontra
l-Franċiżi u, aktar tard, kontra t-Torok fl-Ungerija, meta Karlu V
kien re ta’ Spanja.
“Ibqgħu qawwija fil-fidi u ħobbu ’l xulxin. Tħallux
is-sofferenzi jaqtgħulkom qalbkom.” Santa Perpetwa
-
SIGNUM FIDEI 15
Il-ħbiberija ħażina kienet il-kawża li naqqsitlu l-ħajja virtuża
li kellu qabel. Ta’ 40 sena (1536), ħalla l-armata u daħal
fis-servizz ma’ waħda sinjura qrib
Seville bħala ragħaj. Hu ddeċieda li jbiddel għal kollox ħajtu,
u beda jiddedika ruħu għas-servizz
ta’ Alla. Hu beda jaqla’ xi ħaġa tal-flus billi jbigħ fuq tilar
xbihat u kotba reliġjużi. Wara diversi ċirkustanzi, hu mar jgħix
għal kollox fi Granada fl-1538 fejn fetaħ ħanut.
Il-priedki ta’ San Ġwann ta’ Avila impressjonawh tant li, biex
jiġbed fuqu l-umiljazzjonijiet, beda jaġixxi bħallikieku kien
bniedem miġnun. Hu waqaf minn din l-imġiba straordinarja b’ordni
tal-istess saċerdot qaddis li sar id-direttur spiritwali
tiegħu.
Fl-1540 (meta allura kellu 44 sena), San Ġwann kera dar biex
jilqa’ fiha nies morda, u b’hekk ta bidu ta’ ordni ġdida, illum
magħrufin bħala l-Ordni tal-Aħwa Ospidalieri ta’ San Ġwann t’Alla.
Fl-Italja huma msejħin il-Fatebene Fratelli, mill-espressjoni
komuni tal-qaddis: “Agħmlu l-ġid, ħuti.” Hu impenja ruħu għall-kura
tal-morda b’ħeġġa li donnha ma kellhiex limitu.
Wara għaxar snin ta’ ħidma iebsa hu waqa’ marid. L-aħħar marda
tiegħu kienet verament edifikanti, kif wara kollox kienu l-aħħar
15-il sena ta’ ħajtu. San Ġwann t’Alla miet għarkopptejh quddiem
l-artal, nhar it-8 ta’ Marzu 1550, dakinhar li għalaq 55 sena.
Ġie ddikjarat qaddis fl-1690. Hu patrun tal-morda,
tal-infermiera u l-isptarijiet.
Ħsieb: L-Arċisqof bagħat għal Ġwanni ta’ Alla wara li saru xi
rapporti li kien qed iżomm nies vagabondi u nisa tat-triq ġewwa
l-isptar tiegħu. B’umiltà kbira niżel għarkupptejh u qallu: “Iben
il-bniedem ġie għall-midinbin u aħna fid-dmir li ngħinuhom
jikkonvertu. Jien ma kontx fidil lejn il-vokazzjoni tiegħi għax
traskurajtha, imma nistqarr li ma naf l-ebda persuna ħażina
fl-isptar ħlief jien innifsi li ma jistħoqlix niekol ħobż minn
tal-fqar.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “...
Alla jħoss għalina tenerezza hekk kbira li tana l-Ibnu biex jitmana
biH innifsu ...” Med. 51.1
TALBA fuq il-vers {w. 8: 51-59: “Jekk xi ]add iżomm kelmti mhux
ser jara l-mewt.”
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Bħal qafas bl-għasafar mimli,
hekk djarhom mimlija serq. Għalhekk kibru u stagħnew; simnu u
tlibbsu sabiħ. Issa għamlu żżejjed ħażen; ma jagħmlux il-ħaqq,
id-dritt tal-iltim jisħqu, u l-kawża tal-fqar ma jaqtgħux. U għal
dan kollu ma nikkastigahomx? Oraklu tal-Mulej. Minn poplu bħal dan
ma nitħallasx?” Ġeremija 5 : 27-29
-
16 SIGNUM FIDEI
Mulej, illum qed tg]idli
li l-kelma tieg]ek hija “]ajja”, u li tag]tini l-]ajja;
g]alhekk Mulej imlieni, bix-xewqa li nfittxek biex nimmedita u
nżomm fija l-kelma tieg]eK f’qalbi,
Inti li qed i\\omni f’qalbek kollha m]abba! G]aliex jien irrid
li nfa]]rek bla waqfien u nirringrazzjak
g]al dawk il-meravilji li inti twettaq matul ]ajti. Ammen.
Br. Louis Missierna ...
Il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu Santa Franġiska Romana – Armla
San Duminku Savio
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 37:
3,4,12,13a,17b-28 Arah ġej dak li jħobb joħlom; issa ejjew
noqtluh. 2. Salm 104: 16-21 Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel
il-Mulej. 3. Mattew 21: 33-43,45-46 Ara l-werriet! Ejjew noqtluh.
SAN DUMINKU SAVIO (1842-1857) Duminku Savio kien wieħed mill-ewwel
żgħażagħ ta’ San Ġwann Bosco. Hu
miet meta kellu biss 15-il sena, imma kien diġà kiseb grad għoli
ta’ qdusija. San Ġwann Bosco tant impressjona ruħu bil-ħajja ta’
Duminku Savio li kiteb ħajtu fid-dettal biex isservi ta’ eżempju
għaż-żgħażagħ l-oħra.
Duminku kien ġej minn familja ta’ bdiewa u twieled nhar it-2 ta’
April 1842 f’San Giovanni di Riva, qrib Turin, fl-Italja. Minn
ċkunitu kien imrobbi tajjeb ħafna minn missieru Karlu u ommu
Briġida li kienu nsara mill-aħjar.
Kien għadu żgħir u kien diġà jqum kmieni ħafna filgħodu biex
jgħin il-Quddiesa, u wara arah jinġabar jitlob b’devozzjoni
kbira.
Ta’ 12-il sena, missieru fdah f’idejn Dun Bosco li mill-ewwel
għaraf li quddiemu kellu tfajjel li seta’ jmexxih fil-ħajja
qaddisa.
-
SIGNUM FIDEI 17
Nhar l-ewwel tqarbina tiegħu Duminku niżżel bil-miktub xi
proponimenti, fosthom: Inħares il-Ħdud u l-Festi; – Il-ħbieb tiegħi
jkunu Ġesù u Marija; – Il-mewt iva, imma d-dnub qatt.
Minn San Ġwann Bosco, Duminku tgħallem il-ferħ li jaqdi u li
jressaq żgħażagħ oħra lejn Ġesù. Bħal Don Bosco, hu kellu x-xewqa
li jiddedika ruħu għat-tagħlim u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ.
Nhar it-8 ta’ Diċembru 1854, meta l-Beatu Piju IX ipproklama
d-domma tal-Immakulat ta’ Marija, Duminku, li kien diġà devot kbir
tal-Madonna, ikkonsagra lilu nnifsu lil Ommna tas-sema. Fl-1856,
organizza l-“Kumpanija tal-Konċezzjoni Immakulata” biex tgħin lil
San Ġwann Bosco fit-tmexxija tal-Oratorju. Il-membri tagħha kellhom
iħabirku għat-tqarbin regulari fost it-tfal sħabhom u jikbru
fid-devozzjoni tagħhom lejn il-Verġni Marija.
Minkejja li Duminku f’ħajtu kellu faqar, taħbit u sofferenzi, hu
kien dejjem ferħan u jimla bil-ferħ madwaru. Darba kiteb lil wieħed
ħabib tiegħu: “Hawnhekk nagħmlu l-qdusija tikkonsisti billi tkun
ferħan il-ħin kollu u billi naqdu dmirna bil-fedeltà kollha.”
Minħabba li saħħtu marret lura, kellu jħalli l-kulleġġ ta’ Turin
fejn kien jistudja u miet f’Mondonio fid-9 ta’ Marzu 1857, ftit
qabel ma għalaq il-15-il sena.
San Duminku Savio kien iddikjarat beatu mill-Papa Piju XII fil-5
ta’ Marzu 1950 u mbagħad l-istess Papa ddikjarah qaddis fl-ewwel
Sena Marjana fit-12 ta’ Ġunju 1954 u qiegħdu bħala mudell
għaż-żgħażagħ insara.
Il-fdalijiet tiegħu huma miqjuma fil-Bażilika ta’ Marija
Għajnuna tal-Insara f’Turin. Hu l-patrun tal-“Pueri Cantores”.
Għalkemm il-Martiroloġju Ruman ifakkru fid-data ta’ mewtu,
is-Sależjani jfakkruh fis-6 ta’ Mejju.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... Għandkom
l-ewwel tipprattikaw dak li tgħallmu lill-istudenti. Dan hu l-uniku
mod li tistgħu tilħqu l-qlub tagħhom – bil-kliem biss ma tagħmluhx
dan ...” MTR 10: 3
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Imma l-ħżiena jieħdu l-kastig
li ħaqqhom għall-ħsibijiethom, talli warrbu l-bniedem ġust u
tbiegħdu mill-Mulej. Tassew imsejkna huma dawk li jmaqdru l-għerf u
t-tagħlim; fiergħa t-tama tagħhom, bla fejda t-taħbit tagħhom, bla
siwi għemilhom.” Għerf 3 : 10,11
-
18 SIGNUM FIDEI
TALBA fuq Salm 18:2 “In]obbok Mulej ... ]ellies tieg]i.”
Grazzi Mulej, li tnissel fija t-tama;
f’kull `irkostanza tal-]ajja tieg]i. X’hena, Mulej, li l-biża’
ma tag]milx bija, li n]ossni me]lus minn dak kollu li jfixkilni
u ma j]allinix li mmur lejn ]uti ... li jistnnewni!
A]firli Mulej, g]al dawk kollha li nwarrab, g]ax mhumiex
b]ali.
Grazzi li tikkonvertili dik il-]arsa tieg]i, u li sserrah u
tillibera lill-qalbi.
Ammen. Br. Louis
Missierna ...
Is-Sibt 10 ta’ Marzu San Ġwann Ogilvie S.J. – Martri
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mikea 7:
14,15,18-20 Jarmi f’qiegħ il-baħar ħtijietna. 2. Salm 102: 1-4,9-12
Ħanin u ta’ qalb tajba l-Mulej. 3. Luqa 15: 1-3,11-32 Dan ħuk kien
mejjet u reġa’ qam. SAN ĠWANN OGILVIE S.J.- Martri (1579-1615) Dan
il-qaddis kien bin il-baruni ta’ Drum-na-Keith fl-Iskozja; kien
imrobbi
bħala kalvinista. Kien mibgħut jistudja fi Franza, u hawn, bħala
student beda jinteressa ruħu fuq il-kontroversji reliġjużi li kienu
jifirdu ’l qrabatu. Ġie milqugħ fil-Knisja Kattolika fil-Kulleġġ
Skoċċiż f’Louvain (1596) meta kellu sbatax-il sena. Mar imbagħad
jistudja f’Regensburg u ngħaqad mal-Ġiżwiti fi Brno tliet snin
wara, fl-1599.
Għal għaxar snin John Ogilvie ħadem fl-Awstrija, l-aktar fi
Gratz u fi Vjenna. Imbagħad kien assenjat lill-provinċja Franċiża,
u kien ordnat saċerdot f’Pariġi fl-1610.
Minn dak iż-żmien xtaq u talab li jintbagħat lura jaħdem
f’pajjiżu fl-Iskozja. Xewqtu ġiet maqtugħa fl-1613. Minħabba
l-liġijiet kontra s-saċerdoti nsara, hu vvjaġġa bl-isem ta’ John
Watson, bħala negozjant taż-żwiemel jew bħala suldat. Hu sab li
ħafna nobbli Skoċċiżi aċċettaw ir-reliġjon protestanta, almenu minn
barra, u ma kinux lesti jgħinu saċerdot ipprojbit.
-
SIGNUM FIDEI 19
Billi f’pajjiżu ma tantx irnexxa, John Ogilvie mar Londra biex
jikkuntattja wieħed mill-ministri tar-re u mbagħad mar Pariġi
għall-konsultazzjoni, imma qalulu biex jirritorna lura fl-Iskozja,
kif fil-fatt għamel. F’Edinburgh hu qagħad għand wieħed avukat u
għamilha ta’ għalliem għal ibnu, jamministra s-sagramenti
lill-ġemgħa ta’ kattoliċi, jippriedka u jżur il-ħabsijiet.
Iżda wara ħdax-il xahar ġie mikxuf u arrestat fi Glasgow. Għadda
ħames xhur fil-ħabs fejn kien maħqur billi ma jagħtuhx jiekol u ma
jħalluhx jorqod. Mill-ħabs irnexxielu joħroġ b’kuntrabandu.
San Ġwann Ogilvie ġie kkundannat għal tradiment (high treason)
imma offrewlu li jiġi meħlus u ħafna benefiċċji għoljin kieku kellu
jiċħad ir-reliġjon tiegħu. Billi ma aċċettax, hu kien mgħallaq fi
Glasgow minħabba d-difiża tiegħu tas-supremazija tal-Papa, fl-10
ta’ Marzu 1615 meta kellu 36 sena. Iddikjarah qaddis Pawlu VI
fl-1976.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “...
Il-mibgħeda lejn il-ġirien tagħna u l-korla għall-għemejjel ħżiena
li ġarrabna, ma jħallux it-talb tagħna jasal għand Alla ...” Ittra
105 – Lil Reliġjuż
Ħsieb : Mibeg]da u ma]fra Dun Pawl kien jie]u ]sieb il-]absin:
dik kienet “il-parro``a” tieg]u. Darba l-}add fir-Randan g]amel
omelija fuq il-mibeg]da. Huwa qal: “{esù ma jilgħabx din il-log]ba
tal-mibeg]da. Huwa ju\a l-im]abba, li ta]fer l-g]edewwa tag]na”.
L-omelija qajmet l-inkwiet fost ]afna li kienu qed ibatu minn din
il-persekuzzjoni tal-mibeg]da. Wara l-quddiesa wie]ed \ag]\ug]
qabad il-majkrofon u beda jg]ajjat kemm jifla]:
“Dun Pawl qal, a]na g]andna n]obbu u na]fru. Tassew fa`li
tg]idha!” U ie]or beda jg]ajjat, “Dun Pawl ma jifhimhiex
is-sitwazzjoni tag]na!”
Jien! X’mezzi nista’ nu\a biex inra\\an il-mibeg]da, u na]fer
meta l-
mibeg]da ti[i kontrija? Br. Louis
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Arawni, hekk jien se nfittex
in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom. Bħalma r-ragħaj jaħseb
fil-merħla tiegħu meta jsib ruħu f’nofs in-nagħaġ imxerrda tiegħu,
hekk naħseb jien fin-nagħaġ tiegħi, u nsalvahom minn kull fejn
xterdu fi żmien is-sħab u s-swied tal-ajru. Noħroġhom minn qalb
il-popli, niġborhom mill-artijiet, nġibhom lejn arthom. Nirgħahom
fuq il-muntanji ta’ Iżrael, fil-widien u l-meddiet kollha tal-art.
F’mergħat bnina għad nirgħahom u fuq l-iġbla għolja ta’ Iżrael tkun
mergħathom. Hemm jinxteħtu f’mergħa bnina, u jimirħu f’art tajba
fuq il-muntanji ta’ Iżrael.” Eżekjel 34: 11-14
-
20 SIGNUM FIDEI
TALBA Mulej Alla tagħna,
Inti r-RAGĦAJ tal-merħla, ħu ħsieb: il-mitlufa,
l-imweġġa’, dawk l-imbeżża’
u bgħedna lkoll minn kull ħsara, bi Ġesù Kristu Sidna,
Ammen. Missierna ...
Il-Ħadd 11 ta’ Marzu It-3 Ħadd tar-Randan
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Eżodu 20, 1-17 Il-Liġi ngħatat permezz ta’ Mosé. 2.
Salm 18, 8-11 Mulej, int għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. 3.
1 Korintin 1, 22-25 Aħna nxandru ’l Kristu msallab. 4. Ġwanni 2,
13-25 Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.
Riflessjoni tal-Vanġelu:
L-Għid kien, għall-Lhud , l-ikbar festa għax fiha kienu jiftakru
fil-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu, għalhekk kienu jmorru Ġerusalemm
għall-festa kbira. Iżda biż-żmien ma baqgħetx aktar festa tal-poplu
għax l-Awtoritajiet tat-Tempju u l-politiċi bdew jistagħnew minn
fuq dahar il-poplu u bdew jagħtuhom x’jifhmu li Alla kien qed
japprova dak li kien qed jiġri.
Tliet ġimgħat qabel l-Għid, fl-inħawi ta’ Ġerusalemm, kien isir
suq kbir; u l-membri tas-Sinedriju kienu jistagħnew bil-kummerċ
kbir, għax l-annimali għas-sagrifiċċji, li kienu jagħmlu l-poplu,
kienu jbigħuhom huma, u b’kemm iridu.
Il-poplu kien ukoll irid isarraf il-munita biex iħallas it-taxxa
tat-Tempju, li kien obbligat jagħti kull sena. Dan kien jagħmlu
fl-uffiċju tat-Tempju, u l-kambju jsir b’rata ogħla. Din kienet
is-sitwazzjoni li sab Ġesu malli daħal Ġerusalemm.
Ġesu keċċa l-annimali mit-Tempju, u b’dan il-ġest ikkundanna
dawn is-sagrifiċċji li magħhom kienu marbuta l-isfruttar
tal-poplu.
-
SIGNUM FIDEI 21
Alla tagħna hu Alla li jħobb il-fqar u l-batuti. Imma
t-teoloġija tat-Tempju ta’ Ġerusalemm kienet tisħaq li Alla, biex
jismagħna, irid jiġi mixtri permezz tas-sagrifiċċju u l-flus. Ġesu
kellu raġun jirrabja.
Ġesu mess punt sensibbli b’dan il-ġest, l-ekonomija tat-tempju
b’negozju inġust. Ir-reliġjon tat-tempju ma kien jista’ jmissa
ħadd. Dan kien wieħed mir-raġunijiet tal-mewt ta’ Ġesu.
Il-mexxejja Lhud staqsewh “X’sinjal turina biex qiegħed tagħmel
dan?” Ġesu weġibhom li s-sinjal se jkun il-mewt u l-qawmien Tiegħu.
Dan hu l-qofol ta’ dan il-Vanġelu – Il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu –
l-imħabba Tiegħu sal-aħħar. – Se jkunu s-sinjal il-kbir tas-setgħa
Tiegħu u l-ogħla qima li tingħata lil Alla. Mill-lum il-quddiem
il-poplu jista’ jiċċelebra l-Għid tal-Ħelsien, u jiltaqa’ m’Alla,
permezz ta’ ħajtu.(ħajjet Ġesu)
Aħna x’tip ta’ reliġjon inħaddnu? Reliġjon tar-riti u
ċ-ċerimonji, tal-mirakli, tad-drawwiet u d-devozzjonijiet,
tal-“kummerċ” ma’ Alla, tat-tempju tal-ġebel? Jew ta’ Kristu li
miet u rxoxta għalina? U x’tip ta’ qima qed nagħtu lil Alla? Jista’
jiġri lilna bħalma ġara lill-Kittieba u lill-Fariżej, li nibqgħu
nosservaw ir-reliġjon minn barra, u niżvujtawha mit-tifsira u
l-iskop veru tagħha.
Il-Kmandamenti u l-qima lil Alla fit-Tempju sabu l-milja tagħhom
fil-ħajja ta’ Ġesu Kristu, it-Tempju l-Ġdid fejn jgħammar Alla.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 19 – It-2
Parti It-Tielet Ħadd tar-Randan: “It is ordinarily pride or human
respect which prevents us from making known the state of our soul
to our Superior. Pride because we are ashamed to lay bare our
innermost soul, and self-love suffers greatly when we are obliged
to acknowledge certain weaknesses. It closes our mouth by
persuading us that it would be a dishonour to speak overtly to a
Superior, who might thus receive a bad impression of our conduct.
The devil never fails to inspire us with such sentiments on these
occasions, and he is careful to magnify the difficulties in our
eyes, thus preventing us from overcoming the slight confusion which
would arise from the avowal of our faults. To remedy this
troublesome impression, we must strive to bring ourselves to love
the humiliation which arises from openness of heart, and acquit
ourselves of this duty as serving to humble us. For this purpose we
should tell our Superior all that tends to confuse us first in our
reddition of conscience”.
-
22 SIGNUM FIDEI
TALBA Salm 15 – Salm ta’ David : Min jista’ jgħix ma’ Alla
Mulej, min jgħammar fid-dar tiegħeK? Min joqgħod fuq l-għolja
mqaddsa tiegħeK?
Min jgħix bla ħtija u jagħmel it-tajjeb, min jgħid is-sewwa
f’qalbu; min ma jqasqasx b’ilsienu,
min ma jagħmilx deni lil ġaru, u min ma jgħajjarx lil
għajru;
min ma jistmax lill-bniedem ħażin, imma jweġġaħ lil dawk li
jibżgħu mill-Mulej,
min iwiegħed u jżomm kelmtu; min jislef u ma jitlobx imgħax,
u ma jixxaħħamx kontra min hu bla ħtija. Min jagħmel dan qatt ma
jitħarrek.
Missierna ...
It-Tnejn 12 ta’ Marzu Beata Angela Salawa - lajka San
Massimiljanu – Martri
San Lwiġi Orione - Saċerdot
“Fl-Isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Slaten 5:
1-15a Ebda mġiddem fi żmien Eliżew ma tfejjaq ħlief
Nagħman tas-Sirja. 2. Salm 41: 2,3; 42: 3,4 Ruħi għatxana għal
Alla ħaj. 3. Luqa 4: 24-30 Ġesù ġie għal kulħadd. SAN LWIĠI ORIONE
- Saċerdot (23.6.1872-12.3.1940) Luigi Orione kien fundatur,
missjunarju, u mudell mill-aqwa ta’ karità
nisranija. Twieled f’Pontecurone, l-Italja, u minn kmieni wera
tjubija mhux komuni.
Daħal mal-Franġiskani f‘Voghera imma telaq wara ftit minħabba li
marad. F’Ottubru 1886, meta allura kellu 13-il sena, mar għand Don
Bosco f’Turin, kien preżenti wkoll waqt il-mewt ta’ dan il-qaddis,
u fieq mill-marda bl-interċessjoni tiegħu meta nkixef il-fdal
tal-qaddis.
Orione daħal fis-seminarju ta’ Tortona u kien ordnat saċerdot
fit-13 ta’ April 1895, ta’ inqas minn 23 sena.
-
SIGNUM FIDEI 23
Meta kien għadu jistudja hu kien jinteressa ħafna ruħu fil-foqra
u l-abbandunati. Fetaħ Dar San Luigi f’San Bernardino, fl-1893.
Sitt snin wara waqqaf l-Eremiti tal-Providenza Divina u
s-Sorijiet tal-Providenza Divina, kif ukoll dar għall-iltiema
f’Ruma. Kien diġà qed juri spirtu kuntaġġjuż, ta’ ferħ u ħniena li
kien juri li l-ħafna proġetti li kellu setgħu jħallu l-frott.
Luigi kien iben tabilħaqq ta’ Don Bosco u hu mexxa ’l quddiem
fid-dinja, il-wirt ta’ karità ta’ dan il-qaddis. Sab għajnuna kbira
mill-Papa San Piju X (1903-1914) fit-twaqqif tal-Missjunarji
ż-Żgħar tal-Karità.
Miet b’kumplikazzjonijiet tal-mard tal-qalb, fit-12 ta’ Marzu,
1940. Fis-26 ta’ Ottubru 1980, il-Papa Ġwann Pawlu II ibbeatifikah
u kkanonizzah fis-16 ta’ Mejju 2004.
Meta ġie eżumat fl-1965, ġismu sabuh intatt. Il-fdalijiet tiegħu
jinsabu f’Santwarju, f’Tortona, l-Italja.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle : “... Aktar ma
aħna nabbandunaw lilna nfusna f’idejn il-Providenza, Alla aktar
ikun attent biex ma jonqosna xejn ...” Med. 59:1
TALBA O, Alla, Inti bgħatt lil ibnek
f’din id-dinja, li qed tistenna l-miġja tiegħeK, biex jagħti
l-ħajja lill-poplu kollu
ta’ kull nazzjon u kull lingwa. Kellem lid-dinja tal-lum
bit-tagħlim tal-Kelma u s-Sagramenti. Iftħilhom għajnejhom, biex
b’fidi kbira jxandruK, b’qima jqaddsuK, u jgħixu dan
profondament,
dawk li jġibu ismeK,bi Kristu Sidna, Ammen.
Missierna ...
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Resaq fuqu wie]ed lebbru\
jitolbu bil-]erqa, nxte]et g]arkupptejh quddiemu u qallu: ‘Jekk
trid, tista’ tnaddafni’. Mqanqal mill-]niena, {esù medd idu fuqu,
messu u qallu: ‘Irrid, kun imnaddaf.’ U minnufih il-lebbra marritlu
u [ismu ndaf.” Mark 1: 40-42
Qed nitolbu lil Ġesù bil-ħerqa biex inaddafni mill-ħtijiet
kollha ta’ ħajti? Ġesù ħenn għalina l-midinbin.
-
24 SIGNUM FIDEI
It-Tlieta 13 ta’ Marzu San Rodriguez – Martri
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Danjel 3: 25,34-43 B’qalbna mgħaffġa u ruħna mċekkna,
jalla
nkunu ningħoġbu quddiemek. 2. Salm 24: 4bċ,5ab,6,7bċ,8,9 Ftakar
fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej. 3. Mattew 18: 21-35 Jekk ma
taħfrux ’il xulxin minn qalbkom, anqas
il-Missier ma jaħfer lilkom. SAN RODRIGUEZ - Martri (†857)
Il-ġrajja ta’ dan il-martri u ta’ sieħbu Salomon insibuha fost
il-kitbiet ta’ San
Ewloġju li għex fl-istess żmien tagħhom, u ġie maqtul sentejn
warajhom. Minn din il-kitba wieħed jieħu l-impressjoni li l-ħajja
nisranija fil-parti ta’
Spanja maħkuma mill-Misilmin ma kinetx kif messha tkun. Kien
hemm familji maqsumin; ħafna ċaħdu l-fidi tagħhom, u l-Misilmin
infushom kienu skandalizzati bin-nuqqas ta’ fedeltà tal-insara li
ma kinux jgħixu r-reliġjon nisranija tagħhom.
Roderiku kien qassis f’Cabra (fi Spanja), li kellu żewġ ħutu
oħra subien: wieħed minnhom qaleb għal musulman u l-ieħor kien
nisrani jgħix ħajja ħażina u prattikament ħalla l-fidi tiegħu. Jum
minnhom iż-żewġ aħwa kellhom argument bejniethom u saħnu, u anki
ġew fl-idejn. Ħuhom il-qassis mar biex jifridhom, imma huma qabżu
fuqu u sawtuh sakemm waqa’ fl-art bid-daqqiet. Il-Mawmettan
imbagħad qabad lil dan ħuh Roderiku, ġarru fuq speċi ta’ karrettun
mat-triqat, u beda jgħid u jgħajjat li ħuh Roderiku kien ċaħad
il-fidi tiegħu u li xtaq li qabel ma jmut ikun magħruf pubblikament
li qaleb għal Musulman. Il-vittma kien batut ħafna u ma setax
jitkellem, iżda kif ħassu li seta’ jimxi, huwa ħarab. Imma ftit
żmien wara, ħuh il-musulman sabu f’waħda mit-toroq ta’ Kórdova u
ħadu quddiem il-Kadì u qallu li dan ħuh kien sar nisrani, wara li
kien iddikjara ruħu musulman.
Kien kollu għal xejn li Roderiku pprova jipperswadi lill-Kadì li
hu qatt ma kien ċaħad il-fidi nisranija, għax il-Kadì ordna li
jintefa’ fl-agħar ħabs tal-belt. Hemm hu ltaqa’ ma’ nisrani ieħor
Salomon li kien hemm minħabba twemminu.
Dewmuhom ħafna fil-ħabs bit-tama li jċedu, imma, billi ma
ċedewx, it-tnejn kienu kkundannati għall-mewt. Lil Roderiku u lil
Salomon qatgħulhom rashom f’Kórdova fit-857.
San Ewloġju li ra l-iġsma tal-martri ħdejn ix-xmara jgħid li
s-suldati rahom jitfgħu fl-ilma ċ-ċagħak imċappas bid-demm
tal-martri li ma jmorrux l-insara jiġbruhom bħala relikwji.
-
SIGNUM FIDEI 25
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “...It-tqarbin
tant għandu effett sabiħ u tant jagħmel ġid lir-ruħ, li għandek
tħossok mimli bil-kuraġġ biex tirċivih kuljum...” Med: 54 - 2
TALBA Inti taf, O Alla,
kemm insibuha iebsa biex naħfru lil min joffendina.
Madanakollu inti titlobna biex naħfru mingħajr limitu.
Mulej, nitolbuk, agħmilna kapaċi nħobbu kif titlobna Int,
għaliex weħidna ma nistgħux nagħmlu dak li qed titlob minna.
Għinna, f’ġieħ Kristu Sidna, Ammen.
Missierna ...
L-Erbgħa 14 ta’ Marzu Santa Matilde – Reġina Beatu Plaċidu
Riccardi
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Dewteronomju 4: 1,5-9 Agħtu widen għall-ordnijiet li
qiegħed
ngħallimkom tagħmlu. 2. Salm 147: 12,13,15,16,19,20 Sebbaħ,
Ġerusalemm, il-Mulej. 3. Mattew 5: 17-19 Min iħares il-kmandamenti
u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-smewwiet. BEATU
PLAĊIDU RICCARDI (1844-1915) Kien jismu Tommaso u twieled fi Trevi,
fl-Umbrija (l-Italja). It-tielet minn 10
ulied. Wara pellegrinaġġ fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Loreto u
kors ta’
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Min ifittex jitħallas b’idejh,
isib ħlasu mingħand il-Mulej, li jifli sewwa dnubietu. Aħfer
’il-proxxmu dnubietu, u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek.
Bniedem irawwem għadab għal ieħor, u mbagħad se jfittex fejqan
mingħand il-Mulej? Minn bniedem bħalu m’għandux ħniena, u mbagħad
se jitlob għal dnubietu?
Bin Sirak 28: 2-4
-
26 SIGNUM FIDEI
eżerċizzji spiritwali, ta’ 22 sena qatagħha li jidħol
mal-Benedittini ta’ San Paolo Fuori le Mura, f’Ruma. Għamel
il-professjoni reliġjuża f’Jannar, 1868 u biddel ismu għal
Plaċido.
Inqabad bil-lieva, u talab li jkun eżentat għal ftit jiem biex
jispiċċa l-eżamijiet, imma ġie dikjarat bħala diżertur. Ġie wkoll
arrestat u kkundannat għal sena ħabs, imma wara xahrejn kien maħfur
għax qabżu għalih is-superjuri tiegħu, u mibgħut mar-riġment f’Pisa
(1870). Wara eżami mediku nstab mhux tajjeb għal suldat, u fis-27
ta’ Jannar 1871 ġie meħlus mil-lieva.
Ħdax-il jum wara daħal fl-abbazija San Paolo, fejn fl-10 ta’
Marzu għamel il-professjoni solenni u fil-25 ta’ Marzu kien ordnat
saċerdot. Kien direttur spiritwali ta’ prudenza u ġentilezza liema
bħalhom.
Huwa okkupa diversi karigi matul il-ħajja reliġjuża tiegħu. Kien
organista u viċi-prefett tal-istudenti; kappillan u konfessur
tas-sorijiet Benedittini f’Amelia, u fl-aħħar ta’ ħajtu kien jieħu
ħsieb is-Santwarju-abbazija ta’ Farfa, jippriedka, iqarar u jaqdi
lill-foqra. Hawn dam b’kollox 20 sena.
L-aħħar sentejn u nofs, minħabba l-mard, għaddiehom San Paolo
f’Ruma, megħjun mid-dixxiplu u ħabib tiegħu Dom Ildefonso Schuster,
li wara sar kardinal, isqof ta’ Milan u anki wkoll dikjarat beatu.
Kien dan Schuster li kiteb l-ewwel bijografija ta’ Plaċidu.
Kien jgħaddi ħinijiet twal quddiem l-Ewkaristija, speċjalment
matul il-lejl. Kellu wkoll imħabba kbira lejn il-Verġni Marija.
Kien jaħqar lil ġismu u jitlob ħafna għall-erwieħ tal-purgatorju.
Kien jippriedka bi stil sempliċi.
Tant kien umli li kien iqis lil kulħadd bħala superjur tiegħu.
Kellu rispett anki lejn l-annimali tant li darba qal lil sieħbu
Ildefonsu Schuster biex jidħol fil-kunvent mill-bieb ta’ wara biex
ma jqajjimx lill-kelb li kien rieqed fuq l-għatba tal-bieb
tal-faċċata. Plaċidu kien jagħmel penitenzi kbar u kien jagħti
kulma jkollu, tant li s-superjuri kellhom jordnawlu
l-moderazzjoni.
Il-Beatu Plaċidu Riccardi miet ta’ 70 sena fl-14 ta’ Marzu,
1915. Fl-1925 il-fdal tiegħu ttieħed fl-abbazija ta’ Farfa. Kien
dikjarat beatu fil-5 ta’ Diċembru 1954.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “… Inti qed
tagħmel ix-xogħol t’Alla; ibqa’ żgur li Hu jieħu ħsiebek, sakemm
inti taqdih bil-fedeltà lejH, u mingħajr ma tħalli xejn, li Hu
jitlob mingħandek …”
Med. 59.3
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Qiegħdu dawn il-kelmiet tiegħi
f’qalbkom u f’moħħkom; orbtuhom b’sinjali ma’ jdejkom u dendluhom
bejn għajnejkom. Għallmuhom lil uliedkom u tkellmu fuqhom meta tkun
mistrieħ f’darek u miexi fit-triq; meta timtedd u meta tqum.
Iktibhom fuq il-ġnub ta’ bwieb darek u fuq il-bibien. U hekk
jitkattru jiemek u jiem uliedek fuq l-art, li l-Mulej ħalef li
jagħti lil missirijietek; jitkattru bħal jiem is-sema fuq l-art.”
Dewteronomju11:18-21
-
SIGNUM FIDEI 27
TALBA O Alla
Inti ħabbejtna bi mħabba hekk kbira u qatt ma biddilt
fehmteK,
li tmur lil hemm minn kull immaġinazzjoni tal-bniedem.
Agħmilna fidili lejK, bħalma Inti fidil lejna,
bi Kristu Sidna, Ammen.
Missierna …
Il-Ħamis 15 ta’ Marzu Santa Lwiża de Marillac
San Klement M. Holbauer
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 7:
23-28 Dan hu l-ġens li ma semax leħen il-Mulej Alla tiegħu. 2. Salm
94: 1,2,6-9 Illum, jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux
qalbkom. 3. Luqa 11: 14-23 Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi.
SANTA LWIŻA DE MARILLAC (1591-1660) Twieldet fi Franza nhar Santa
Marija tal-1591, minn familja magħrufa ħafna
f’Pariġi. Ommha mititilha meta kienet għadha żgħira u rabbitha
zija li kienet reliġjuża f’Poissy. Ta’ 16-il sena ħasset sejħa
qawwija biex tidħol soru kappuċċina, imma l-konfessur ma kienx
tal-idea.
Fl-1613, iżżewġet lil Antoine Le Gras li kien segretarju
tal-familji de’ Medici u minnu kellha iben. Bil-kunsens ta’ żewġha,
hi kienet tgħaddi l-ħin liberu tagħha f’ħidma ta’ karità fost
il-fqar ta’ Pariġi.
Fl-1619, iltaqgħet ma’ San Franġisk de Sales u San Vinċenz de
Paul. Meta miet żewġha, fl-1625, u ħallieha b’tifel li nikkitha
ħafna, il-qaddisa poġġiet lilha nnifisha totalment taħt
id-direzzjoni ta’ San Vinċenz de Paul, u ddedikat l-enerġija kollha
tagħha biex tieħu ħsieb id-diversi konfraternitajiet tal-karità
mwaqqfin mill-qaddis, bħala għajnuna għall-foqra ta’ Pariġi. Hi
bdiet ukoll torganizza korsijiet regulari għat-tfajliet żgħażagħ
tal-kampanja fil-kura personali tal-fqar morda.
Dan jista’ jitqies bħala l-bidu tas-Sorijiet tal-Karità;
il-ħidma tas-sorijiet kienet meħtieġa ħafna fil-kerrejja u
l-isptarijiet, imma f’dak iż-żmien kienet ħaġa li qatt ma nstemgħet
li s-sorijiet ma jkunux magħluqin fil-klawsura. San Vinċenz de Paul
ried li l-klawsura tagħhom tkun il-biża’ ta’ Alla, il-velu
-
28 SIGNUM FIDEI
tagħhom il-modestja, il-kappella tagħhom il-knisja parrokjali,
kamra mikrija ċ-ċella tagħhom, u l-opri ta’ karità l-Uffiċċju divin
tagħhom. Bħala libsa s-sorijiet adottaw libsa kaħla/griża u
b’kappell wiesa’ tal-għażel abjad.
Ix-xogħol dedikat tagħhom ħalla frott abbundanti kif jidhru
mill-fatt li fl-ewwel sena biss tal-ħidma tagħhom kellhom 760
konverżjonijiet minn fost il-Luterani u l-Kalvanisti.
Is-sorijiet bdew jieħdu ħsieb it-tagħlim reliġjuż u sekulari
tat-tfal foqra, bdew djar għall-anzjani, il-morda u l-boloh u
l-morda tal-moħħ.
Fuq talba tar-Reġina ta’ hemm, li qabel kienet Dama tal-Karità,
xi sorijiet marru l-Polonja u hemm ħadu ħsieb itaffu t-tbatijiet
tas-suldati feruti, u bdew jissejħu “l-anġli tal-kamp
tal-battalja.”
Qabel ma mietu San Vinċenz de Paul u Santa Lwiża de Marillac,
kien hemm diġà 40 dar fi Franza. Illum ilaħħqu aktar minn 4,000 dar
u xi 40,000 soru mxerrdin mad-dinja kollha.
Santa Lwiża de Marillac mietet fil-15 ta’ Marzu tal-1660, ta’ 69
sena. Fuq is-sodda tal-mewt qalet lis-sorijiet tagħha: “Ħudu ħsieb
aqduhom lill-fqar. Ħobbuhom lill-fqar; weġġgħuhom, uliedi, kif
kontu tweġġġħu lil Kristu nnifsu.”
Santa Lwiża de Marrillac iddikjaraha qaddisa Piju XI,
fl-1934.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... Alla li
jmexxi kollox bl-għerf u bil-ġentilezza, u li mhux imdorri jisforza
l-ġibdiet tal-bniedem, bix-xewqa li jmexxini lejn il-karigu
tat-tmexxija tal-iskejjel, ressaqni għal dan il-għan ħelu, ħelu,
bla ma ninduna u fl-iqsar żmien possibli, biex hekk impenn segwa
ieħor, mingħajr ma pprevedejt xejn, mill-bidu …” Minn Ittra –
ikkwotata fil-Biografija tal-Fundatur ta’ Maillefer - 1723
Mill-Istorja tal-Fundatur Fl-1679, f’din id-data, Ġwanni
Battista De La Salle, ta’ 27 sena ltaqa’ ma Adrien Nyel ġewwa
Rheims, ħdejn il-Kunvent tas-sorijiet tal-Bambin Ġesù. Adrien
tkellem ma’ Ġwanni dwar ix-xewqa tiegħu li jiftaħ skejjel għat-tfal
foqra ta’ Rheims. Dakinhar Adrien kien akkumpanjat mill-apprentist
tiegħu Christophe, u aċċettaw l-istedina ta’ Ġwanni li joqogħdu
fid-dar tal-familja tiegħu. Din il-laqgħa providenzjali wasslet lil
Ġwanni biex jinvolvi ruħu f’din il-missjoni, biex jiġbor flimkien
dawk li saru l-ewwel għalliema tal-iskejjel insara u biex aktar
tard iwaqqaf il-komunità tal-Frères.
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Isimgħuni, dar Ġakobb, u
l-fdal kollu ta’ dar Iżrael; ġarrejtkom sa mit-twelid, rfajtkom sa
mill-ġuf. Sa xjuħitkom jien dejjem Hu, sa meta jibjad xagħarkom
nibqa’ nġorrkom. Jien għamiltkom u jien nitgħabba bikom; u jien
inġorrkom u nsalvakom.” Isaija 48: 3,4
-
SIGNUM FIDEI 29
TALBA O Mulej,
il-kelma tiegħeK hi l-blata li fuqha mibnija d-dar
li fiha Inti tgħammar magħna. Hekk kif qed nimxu f’dan
il-jum,
wassalna qawwijin u sħaħ ġewwa dik id-dar li Int lestejt
għalina.
Bi Kristu Sidna, Ammen
Missierna ...
Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu Beatu Torello – Eremit
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Ħosea 14: 2-10 Anqas ma ngħidu iżjed ‘Alla tagħna’ lil
xogħol idejna. 2. Salm 80: 6ċ-11ab,14,17 Nagħti widen għall-kelma
tal-Mulej. 3. Mark 12: 28b-34 Alla tagħna huwa biss il-Mulej, u
inti għandek tħobb
lilu.
BEATU TORELLO - Eremit (1202-1282) Torello twieled qrib l-1202
f’Poppi, raħal fuq ix-xmara Arno, fit-Toskana, l-
Italja. Imrobbi sewwa minn missieru Paolo, hu għadda tfulitu ta’
nisrani tajjeb f’raħal twelidu. Imma, ftit wara l-mewt ta’
missieru, ħajtu nbidlet għal kollox. Għamilha ma’ kumpanija ħażina,
u Torello għoġbitu l-kumpanija tagħhom, u beda jgħix ħajja mtajra
bħalhom.
Ġara li darba, waqt li kien barra jilgħab, serduk ittajjar għal
ħdejh, qagħad fuq driegħ Torello, u idden b’leħen qawwi għal tliet
darbiet. Torello tbikkem, ma kompliex il-logħba u telaq minn fejn
kien. Waħħal f’rasu li dak li għamel is-serduk ma ġarax
b’kumbinazzjoni, u ħadu bħala twissija kif darba l-appostlu Pietru
kien imwissi fuq l-iżbalji tiegħu mit-tiddin ta’ serduk. Fehem li
l-mod ta’ ħajja li fiha kien qed jgħix kien qed ibiegħdu minn
Alla.
Malajr Torello mar fl-abbazija San Fidele tal-Benedittini
Vallambrosani, tkellem mal-abbati li għenu biex jagħmel qrara
tajba. Imbagħad mar isib post kwiet qalb is-siġar u għadda diversi
ġranet jitlob. Fl-aħħar qatagħha li jsir eremit.
Lura f’Poppi, hu biegħ il-proprjetà tiegħu, u minn dak li
daħħal, żamm biss ftit flus biex seta’ jixtri ftit art
f’Avellaneto. Hemm hu bena daqsxejn ta’ kamra fejn seta’ jgħaddi
l-bqija ta’ ħajtu. Hu kien ikabbar il-ħxejjex li kellu bżonn
-
30 SIGNUM FIDEI
għall-għajxien u jieħu l-ilma minn nixxiegħa. Kien jitlob u
jaħqar lil ġismu, u jorqod mhux aktar minn tliet sigħat
bil-lejl.
Torello fehem li Alla ried minnu li jgħix ħajja ta’ eremit.
Matul ħajtu biss ftit nies kienu jafu bih.
Il-Beatu miet fis-16 ta’ Marzu tal-1282, meta kellu 80 sena.
Il-kult lejh kien konfermat mill-Papa Benedittu XIV. Huwa l-patrun
tal-belt ta’ Forlì.
Kemm il-Franġiskani, kif ukoll il-Vallambrosani, jgħodduh bħala
wieħed minnhom, imma jidher li hu kien oblata Benedittin
Vallambrosan.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... Għix bi
spirtu ta’ fidi. Inti qiegħed fil-preżenza ta’ Alla; dan hu aktar
minn biżżejjjed għalik ...” Ittra lil Reliġjuża
L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEG}U 1. LI MA T}ARES LEJN XEJN
JEKK MHUX BL-G}AJNEJN TAL-FIDI. 2. LI MA TAGĦMEL XEJN JEKK MHUX
G}AL ALLA. 3. LI TQIS KOLLOX B}ALA {EJ MINN ALLA. L-ISPIRTU TA’
FIDI HUWA SPIRTU LI F’KOLLOX JIRREGOLA RU}U LI JIMXI FUQ IL-MASSIMI
U S-SENTIMENTI ME}UDIN MILL-ISKRITTURA
TALBA
O Alla, kemm hu aktar faċli li nemmen fl-għodju milli
fl-imħabba, li nobgħod milli naħfer,
li nakkwista milli nagħti lili nnifsi. F’dan iż-żmien
tar-Randan,
irriforma l-qalb u l-ħajja tiegħi biex nitgħallem inħobb
LILEK, kif ukoll il-ġar tiegħi bħalma Kristu ħabb
saħansitra bil-mewt fuq is-salib. Nagħmel din it-talba
tiegħi
bl-istess Kristu Sidna, Ammen
Missierna ...
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi
l-Mulej: Meta jien għażilt lil Iżrael u rfajt idi u ħlift lil nisel
dar Ġakobb u għarrafthom bija nnifsi fl-art tal-Eġittu, għollejt
idi u għedtilhom: jiena l-Mulej Alla tagħkom. Dakinhar erfajt idi u
ħliftilhom li noħroġhom mill-art tal-Eġittu lejn art li għażilt
għalihom, art tnixxi ħalib u għasel, ġawhra fost kemm huma
l-artijiet’.’’ Eżekjel 20 : 5,6
-
SIGNUM FIDEI 31
Is-Sibt 17 ta’ Marzu San Patrizju
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1.Ħosea 6: 1-6 Jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju. 2. Salm
50: 3,4,18-21ab Jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju. 3. Luqa 18:
9-14 Il-pubblikan niżel id-dar iġġustifikat. SAN PATRIZJU ISQOF (†
c. 461) Dan l-appostlu tal-Irlanda twieled aktarx f’Wales madwar
is-sena 389. Kien
iben familja nisranija u ta’ pożizzjoni soċjali aktarx għolja.
Ta’ sittax-il sena waqa’ priġunier f’idejn il-pirati, li ħaduh
l-Irlanda fejn
għamilha ta’ ragħaj u fejn tgħallem l-ilsien irlandiż. Fis-sitt
snin li dam fil-jasar huwa sar bniedem ta’ Alla billi kien jitlob
fit-tul waqt li kien jirgħa n-ngħaġ, u bil-lejl. Imnebbaħ minn
Alla, Patrizju ħarab mill-jasar u rritorna d-dar. Iżda fil-ħolm
kien jisma’ l-ilħna tal-Irlandiżi jgħidulu: “Ejja u erġa’ imxi
fostna.”
Sabiex iħejji ruħu għal din il-missjoni, Patrizju mar f’Auxerre
(Franza) taħt id-direzzjoni tal-Isqfijiet Amatore u Ġerman, u meta
waslet l-aħbar tal-mewt ta’ Palladju, li kien mar jevanġelizza
l-Irlanda imma bi ftit suċċess, hu telaq biex jeħodlu postu wara li
ġie kkonsagrat isqof.
Madwar is-sena 432 (meta allura kellu madwar 43 sena) niżel
l-art ma’ sħabu ħdejn Wicklow. Il-missjoni tiegħu ħalliet frott
kbir, speċjalment fil-provinċji ta’ fuq tal-gżira. Hawn huwa kellu
jikkumbatti l-paganiżmu, waqqaf għadd kbir ta’ knejjes u ta’
kunventi, għalkemm kien imfixkel mhux ftit mis-saċerdoti saħħara
pagani, imsejħin druwidi, li kienu jgħammru fil-boskijiet.
Wara li għamel vjaġġ għal Ruma (c. 442), Patrizju waqqaf is-sedi
tiegħu fil-belt ta’ Armagh, li saret iċ-ċentru tal-missjonijiet
tiegħu u aktar tard saret is-sedi primazjali tal-Irlanda kollha.
Fil-belt ta’ Naas, li kienet il-belt irjali ta’ dawk iż-żminijiet,
Patrizju għammed liż-żewġ ulied tar-re ta’ Leinster. Minn hawn,
huwa mar Munster, fejn għammed lil Aengus, iben ir-re. Minn fejn
kien jgħaddi huwa kien jikkonverti ’l-kapijiet, persważ li l-poplu
kien jimxi warajhom.
Il-qaddis kiteb ħajtu fil-qosor u semmieha Stqarrija. Huwa kien
jirrifjuta li jaċċetta rigali u ddefenda lilu nnifsu kontra akkużi
foloz. Kien promutur kbir tal-verġinità kkonsagrata u kellu
konvinzjoni sħiħa tas-sejħa personali tiegħu għall-appostolat. Għal
ħidmietu jixraqlu tassew it-titlu ta’ Appostlu nazzjonali
tal-Irlanda
San Patrizju miet fis-17 ta’ Marzu, għall-ħabta tas-sena 461
meta kellu madwar 72 sena. L-Irlandiżi kollha jżommu dan il-jum
bħala festa pubblika.
-
32 SIGNUM FIDEI
Ħsieb: “L-umiltà għandha tkun l-ewwel virtù. Santu Wistin jgħid
li kieku kellek tibni dar għolja tal-virtujiet, l-ewwel qiegħed
pedament sod tal-umiltà. San Girgor jgħid: ‘Dak li jikkultiva
l-virtujiet mingħajr l-umiltà, qisu bħal wieħed iġorr it-trab
fir-riħ.’ Fr. Walter Hilton Qed tfittex li tkun umli fuq ix-xogħol,
ma’ tal-familja, ma’ ħbiebek, eċċ..., eċċ...?
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle : “... Kun
konvint li l-konverżjoni ewlenija hija dik tal-qalb, u mingħajrha
l-bidla tal-moħħ tibqa’ ma ssirx ...” Med. 175.2
TALBA Alla tal-ħniena u l-mogħdrija, agħtina l-onestà u
l-kuraġġ
biex nagħtu fuq sidirna ħdejn il-pubblikan,
u mhux indoqqu t-trumbetta tagħna ħdejn il-fariżew.
Aħfrilna l-kburija tagħna, li tirrifjuta l-maħfra,
bi Kristu Sidna, Ammen.
Missierna ...
“Il-qdusija tal-persuna Tingħaraf biss mill-frott ta’
xogħolha”
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Ċarrtu qalbkom u mhux
ilbieskom, u erġgħu duru lejn il-Mulej, Alla tagħkom, għax hu
twajjeb u ħanin, tqil biex jinkorla, u kollu tjieba; u jisgħobbih
għall-ħażen.” Ġoel 2 : 13
-
SIGNUM FIDEI 33
Il-Ħadd 18 ta’ Marzu Ir-4 Ħadd tar-Randan
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. 2 Kronaki 36, 14-16.19-23 Il-jasar u l-ħelsien
tal-poplu huma sinjal tal-korla u l-
ħniena tal-Mulej. 2. Salm 136, 1-6 Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’
ħalqi jekk ma niftakarx fik,
Ġerusalemm! 3. Efesin 2, 4-10 Kontu mejta minħabba fid-dnubiet,
u bi grazzja intom
salvi. 4. Ġwanni 3, 14-21 Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex
bih hija ssalva.
Riflessjoni fuq il-Vanġelu:
Meta l-Lhud kienu fid-deżert jimxu wara Mose, minn kien jingidem
mis-serp velenuż, kien ifiq b’ħarsa lejn is-serp tal-bronż.
L-Evanġelju jmur aktar ‘il bogħod, bl-għotja tal-Iben ta’ Alla fuq
is-salib, Alla jirbaħ il-limitazzjonijiet l-iktar profondi
tal-bniedem, saħansitra l-mewt u kull ma “jisfigura” x-xbieha u
l-ħajja ta’ Alla fil-bniedem.
Ġesu, bil-mewt u l-qawmien Tiegħu, mhux biss iqajjimna
mill-biżgħat imma jagħtina wkoll li nitwieldu mill-ġdid għall-ħajja
ta’ dejjem.
Fit-Testment il-Qadim Alla wera ruħu bħala Alla-Salvatur, kien
mal-poplu fil-mixja lejn il-ħajja u lejn il-ħelsien. Fit-Testment
il-Ġdid, Alla wera ruħu permezz ta’ Ġesu, isem li jfisser “Alla
jsalva”. Alla ma jħobbniex għax aħna tajbin imma għaliex Hu tajjeb.
Alla ma jridx jikkundanna l-bniedem iżda jagħti l-milja tal-ħajja
Tiegħu lil kulħadd, irid isalva lil kulħadd u jirbaħ lil kulħadd
permezz tal-imħabba.
Il-proġett li għandu Alla hu li jeqred il-forzi kollha tal-mewt,
dnub, tbatija, miserja, eċċ. u jibni forzi li jwasslu lill-bnedmin
kollha għall-ħajja u d-dinjita sħiħa. Dan ried jurina Ġesu permezz
tal-ħajja u l-kelma Tiegħu, u wara l-qawmien ikompli jwettqu
permezz tal-Ispirtu Tiegħu bil-ħajja u l-ħidma ta’ dawk li jemmnu
Fih.
Biex tgħix bħal Ġesu trid tkun lest li tieħu l-konsegwenzi
tal-għażla tiegħek f’dinja ta’ dlam : eġoiżmu u individwaliżmu,
firdiet, inġusstizzji u gwerer. Tkun lest li timxi Miegħu
sas-salib. Il-ħajja ta’ Kristu titlob minna għażla preċiża u
deċiża. Ma nistgħux, fl-istess ħin li nemmnu fl-imħabba ta’ Alla,
kif dehret f’Ġesu, insiru kompliċi tal-korruzzjoni tal-ħajja
fil-bniedem.
San Ġwann jurina li l-ġudizzju jsir issa, fil-mod kif
l-individwi jwieġbu għall-imħabba t’Alla li dehret f’Ġesu, b’ħajja
li taqbel ma Tiegħu.
Aħna nistgħu nħossuna bnedmin għajjenin, dgħajfa u inkonsistenti
fil-fidi tagħna, nibżgħu, u imbagħad nikkuntentaw bil-medjokrita u
l-kompromessi.
-
34 SIGNUM FIDEI
X’nistgħu nagħmlu? It-tweġiba jagħtihielna l-Vanġelu tal-lum:
“Min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl”. Ġesu huwa s-SEWWA u
l-VERITA. Jekk irridu ngħixu l-ħajja fil-verita, għandna nersqu
lejn id-Dawl, nersqu Lejh u nagħmlu bħalu, billi ninpenjaw ruħna
sal-aħħar, biex il-bnedmin ikollhom il-ħajja u l-ħajja
bil-kotra.
Min hu favur Ġesu hu favur il-ħajja; min ma jilqax lil Ġesu,
t-tagħlim u l-ħajja Tiegħu, hu favur il-mewt.
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20 – it-2
Parti When, in your troubles, you have had recourse to those who
conduct you and they have been unable to supply the appropriate
remedy, God requires that you should remain in a state of entire
abandonment to His good pleasure, awaiting from His goodness the
help you need after the example of the multitude of people who had
followed Our Lord and who waited patiently for Him to supply their
wants without even troubling to expose them. You may, in fact, rest
assured that God will not allow you to be tried beyond your
strength. It is when men are powerless that He does all, and
thereby manifests His power and goodness in a striking manner.
Hence, like those people who followed Christ, you must confide in
God to suffer so long as He pleases, as being the best thing for
you, or to be freed from your trials in the manner He will judge
best, without striving to secure rest by individual efforts, which
will often prove fruitless.
TALBA Sinjur Alla,
Int inti li Int: kollox minneK kollox bil-ħila tiegħeK, kollox
permezz tiegħeK
u kollox għaliK; kull unur, kull glorja,
kull tifħir huwa għaliK waħdek, u ħadd m’għandu raġun li
jaħseb
li huwa xi ħaġa. Ammen.
San Ġorġ Preca
Missierna ...
-
SIGNUM FIDEI 35
It-Tnejn 19 ta’ Marzu San Ġużepp – l-Għarus tal-Imqaddsa Verġni
Marija
Meditazzjoni ta’ S.Ġwann Battista de La Salle, Nru. 110 Beatu
Marcel Callo – Lajk, Martri
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. 2Samwel 7: 4,5a,12-14a,16 Il-Mulej Alla jagħtih it-tron
ta’ David missieru. 2. Salm 88: 2-5,27,29 In-nisel tiegħu jibqa’
għal dejjem. 3. Rumani 4: 13,16-18,22 Meta ma seta’ jara ebda tama,
huwa ttama u
emmen. 4. Mattew 1: 16,18-21,24a Ġużeppi għamel kif ordnalu
l-anġlu tal-Mulej. jew Luqa 2: 41-51a Missierek u jien konna
qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma. Meditazzjoni ta’ San Ġwann
Battista De La Salle: Med. 110 – 3 Il-Fundatur kellu devozzjoni
speċjali lejn San Ġużepp u kiteb tlett meditazzjonijiet. Din
is-silta hija waħda minnhom. “The Gospel holds up to our admiration
the great care which St. Joseph took of the Child Jesus, by
emphasizing the promptitude with which he hastened with the Child
into Egypt when he received the order from God to go there; the
precaution he took, on his return, to avoid the country of Judea,
through fear Archelaus, who was reigning there in the place of his
father Harod; and the sorrow he experienced on the occasion of Our
Lord’s being lost in Jerusalem as is shown by the words of Our
Lady: ‘Think what anguish of mind Thy father and I have endured,
searching for Thee’. Two reasons may be given for this great
solicitude shown by St.Joseph: the commission he had received from
the Eternal Father, and the tender love he had for Jesus. You ought
to have as great a care and affection for the children entrusted to
you, in order to preserve or re-establish their innocence and to
guard them from whatever may interfere with their education and
prevent them from acquiring piety, as St. Joseph had for the
welfare of the Child Jesus, since you are commissioned by God to
look after these children just as St.Joseph was, with regard to Our
Savior. This, in fact, is the first thing you must do in your
employment, if you wish to imitate St. Joseph, who had nothing so
much at heart as to provide for the needs of the Child Jesus”.
-
36 SIGNUM FIDEI
BEATU MARCEL CALLO - Lajk, martri (1921-1945) Il-Beatu Marcel
Callo temm ħajtu fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Mauthausen
nhar il-festa ta’ San Ġużepp, id-19 ta’ Marzu 1945, meta kellu
ftit aktar minn 23 sena. Hu jagħmel parti minn għadd kbir ta’
kattoliċi martri taħt il-persekuzzjoni ħitlerjana, li fosthom kien
hemm saċerdoti, reliġjużi, u anki lajci, kif kien Marcel.
Marcel twieled f’Rennes (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 1921, u kien
it-tieni minn disa’ aħwa. Hu trabba fi ħdan familja tabilħaqq
nisranija. Kull filgħodu, għal seba’ snin, kien imur kuljum
il-knisja biex jgħin il-quddiesa.
Fl-1 ta’ Ottubru 1934, ftit qabel għalaq 13-il sena, huwa daħal
jaħdem fi stamperija bħala apprentista. Wara x-xogħol iebes
għall-età tiegħu, hu kien jiffrekwenta l-għaqda tal-iskawts li
kienet ħafna għal qalbu. Ħalla din l-għaqda biex jingħaqad
mal-moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, fejn wettaq appostolat siewi
b’ħafna entużjażmu, tant li anki għażluh bħala president
tas-sezzjoni tiegħu.
Fl-eqqel tal-gwerra, f’Marzu tal-1943, meta allura Marcel kellu
22 sena, huwa kien meħud mill-STO (Service du Travail Obligatorie)
immexxija mill-okkupanti Tedeski u mibgħut għal xogħol iebes
fil-Ġermanja fil-kamp tax-xogħol ta’ Zelha-Malhis,
fit-Turinġja.
Imżejjen b’fidi kbira, Marcel hawnhekk, fittex li bil-moħbi,
iwettaq appostolat ta’ faraġ nisrani fost sħabu l-priġunieri.
Minħabba f’hekk kien akkużat li kien “kattoliku wisq” u, għalhekk,
fid-19 ta’ April 1944, kien mitfugħ fil-ħabs ta’ Gotha fejn baqa’
għal seba’ xhur. F’dan il-ħabs hu sofra tbatijiet.
Fl-4 ta’ Ottubru 1944, Marcel kien mibgħut fil-lager tabilħaqq
mill-agħar ta’ Güssen II, li kien jagħmel parti mill-kamp ta’
Mauthausen. Marcel miet f’dan il-lager nhar id-19 ta’ Marzu 1945,
imfarrak għal kollox mis-sofferenzi fiżiċi li ġarrab, nieqes minn
kollox, mix-xogħol qerriedi u min-niket li ma seta’ jkun jaf xejn
dwar il-familja tiegħu. Il-ġisem tiegħu kien maħruq fil-fran
krematorji.
Marcel Callo kien dikjarat beatu mill-Papa Ġwanni-Pawlu II, fl-4
ta’ Ottubru 1987. Fost dawk preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm
diversi membri tal-familja tiegħu, anki wkoll dik li kienet
l-għarusa tiegħu.
Riflessjoni fuq San Ġużepp: San Ġużepp, il-missier putattiv
tal-Mulej, u r-raġel tar-Reġina tad-dinja, kien imżejjen minn Alla
bir-rigal tal-Ispirtu li kellu bżonn biex seta’ jwettaq ix-xogħol
fdat lilu. Hu kien magħżul minn Alla Etern bħala l-gwardjan fidil u
protettur tal-akbar teżori tiegħU, jiġifieri l-Iben Divin u Marija,
il-mara ta’ Ġużeppi. Hu wettaq il-vokazzjoni tiegħu b’fedeltà sħiħa
sakemm fl-aħħar Alla sejjaħlu u qallu: ‘Qaddej tajjeb u fidil,
idħol fil-ferħ tal-Mulej tiegħek’. San Bernardinu ta’ Siena
-
SIGNUM FIDEI 37
Mill-Istorja tal-Fundatur: Fid-19 ta’ Marzu 1719, San Ġwann
Battista De La Salle qaddes l-aħħar quddiesa mal-Brothers, f’San
Yon, Rouen. Dsattax il-ġurnata wara, fis-7 t’April, mdawwar
mill-kommunita tal-brothers, ħalla din id-dinja u mar jiltaqa’
mal-ħallieq.
TALBA
O San Ġużepp, ftakar fina u idħol għalina
ma’ Ibnek putattiv. Itlob lill-aktar Qaddisa tiegħek Marija,
biex tħares lejna bil-ħniena, għax hi Ommu,
hu li mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu jgħix u jsaltan għal
dejjem.
Ammen. San Bernardinu ta’ Siena
Missierna ...
It-Tlieta 20 ta’ Marzu San Cuthbert – Isqof
Beatu Ippollitu Galantini
“Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni, tal-Iben li fdieni u
tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 47:
1-9,12 Rajt l-ilma ħiereġ mit-tempju, u salvaw dawk kollha li
fuqhom wasal dan l-ilma. 2. Salm45: 2,3,5,6,8,9 Il-Mulej
tal-eżerċti magħna. 3. Ġwanni 5: 1-3ª,5-16 Minnufih ir-raġel
fieq.
Aħna membri tas-Signum Fidei nafu kemm Bro Louis rawwem fina
d-devozzjoni għal dan il-qaddis kbir, li qed niċċelebraw il-festa
tiegħu llum. Fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, Br.
Louis, ukoll kellu devozzjoni u qima kbira għal San Ġużepp. Ma
ninsew qatt it-tagħlim siewi li wasslilna fuq dan il-qaddis.
San Ġużepp Patrun tal-Istitut Lasaljan,
Itlob għalina.
-
38 SIGNUM FIDEI
BEATU IPPOLITU GALANTINI (1565-1620) Ippolitu twieled Firenze u
kien iben familja fqira ħafna imma ta’ ħajja
reliġjuża mill-aħħar. Miċ-ċokon kien magħruf għall-ubbidjenza u
l-qalb tajba tiegħu.
Kien għadu tifel żgħir, ta’ 5 snin, kien jitla’ fuq xi ħaġa
għolja u jiġbor lit-tfal u l-ġirien u jgħidilhom xi jkun sema’
fil-priedka fil-knisja. Ta’ disa’ snin, b’eċċezzjoni, tħalla jersaq
għall-Ewwel Tqarbina, u minn dakinhar beda jitħarreġ aktar f’ħajja
tat-talb.
Ta’ tnax-il sena beda jħossu msejjaħ għal ħajja reliġjuża imma,
minħabba li kien jidher ta’ ftit saħħa, ma ġiex aċċettat.
Imqanqal minn sejħa interna, u bl-approvazzjoni tal-konfessur
tiegħu, Ippolitu beda jiġbor lit-tfal flimkien, jgħallimhom
d-duttrina nisranija, u jħejjihom għall-qrar u t-tqarbin. Aktar ’il
quddiem beda jiġbor wkoll liż-żgħażagħ, u dawk li kienu neqsin
mit-tagħlim tar-reliġjon, biex jgħallimhom fil-ħinijiet ta’
filgħaxija u fil-Ħdud.
Din il-ħidma ma kinitx mingħajr tfixkil u oppożizzjoni, imma,
fidil għall-parir tal-konfessur esperjenti tiegħu, hu baqa’ sejjer
fil-ħidma tiegħu. Maż-żmien seta’ jara l-frott ta’ ħidmietu.
L-Arċisqof ta’ Firenze Alessandru dei Medici, li aktar tard sar
Papa bl-isem ta’ Ljun XI, ħa interess fl-appostolat ta’ Ippolitu.
Intgħatatlu kappella biex ikun jista’ jgħallem it-talb, kif ukoll
tawh dar li fiha seta’ jipprovdi kenn għat-tfal mitluqin.
Ħafna żgħażagħ ngħaqdu f’din il–ħidma tiegħu ta’ mħabba, u ħafna
nies prominenti bdew jikkontribwixxu biex jgħinuh f’dan ix-xogħol u
jinkoraġġuh b’kull mod.
Minn dan bdiet Konfraternità li Ippolitu, bħala Terzjarju
Franġiskan, qiegħed taħt il-ħarsien tal-Fqajjar t’Assisi. Bdiet
tissejjaħ “Il-Konfraternità tat-Tagħlim Nisrani ta’ San Franġisk”,
u kienet approvata fl-1602 mill-Papa Klement VIII. L-iskopijiet
prinċipali tagħha kienu t-tagħlim tal-veritajiet insara
liż-żgħażagħ, u biex jevitawhom minn divertimenti perikolużi.
Il-membri tal-konfraternità kienu jagħmlu dil-ħidma importanti wara
l-ġurnata tax-xogħol tagħhom ta’ kuljum, minflok ma jmorru
jirrikreaw ruħhom. Difatti Ippolitu baqa’ jaħdem ta’ nissieġ.
Kienu jħabirku li jikbru dejjem aktar fil-qdusija tagħhom
permezz ta’ talb preskritt u eżerċizzi spiritwali.
Ippolitu kien mitlub jwaqqaf istituzzjonijiet simili f’diversi
bliet. Hu baqa’ jgħix ħajja sempliċi ta’ ħaddiem, jissottometti
ruħu għall-gwida tad-direttur spiritwali tiegħu. Kien hu li daħħal
id-drawwa tal-adorazzjoni bil-lejl.
Ippolitu Galantini miet ta’ 54 sena nhar l-20 ta’ Marzu, 1620.
Il-poplu mill-ewwel beda jqimu bħala qaddis; imma hu ġie
bbeatifikat uffiċjalment fl-1824 mill-Papa Ljun XII.
-
SIGNUM FIDEI 39
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “... Meta tmur
il-quddies, tmur qisek sejjer il-Kalvarju biex iġġedded dak kollu
li ġara hemm? Għaliex huwa l-istess Sagrifiċċju u l-istess Ġesù
Kristu, li sejjer jagħmel għalik dak li għamel fuq is-Salib
għall-umanità ...” Mill-Kollezzjoni ta’ Riflessjonijiet Qosra –
Riflessjoni fuq il-Quddiesa Mqaddsa
TALBA Mulej, jien nitolbok għal doni u talenti
biex jgħinu lili u lil oħrajn. Waqt li qed nitolbok għal dawn
id-doni,
jien naf ukoll, li rrid naħdem ħafna biex niżviluppahom,
- biex inkun aktar paċenzjuż, - biex nikber fil-għerf,
- biex inkun fidil fil-ħbiberija. Agħmel li nkun fidil lejn
l-oħrajn
bħalma Inti miegħi, Ammen.
Br. Nicholas Hutchinson Missierna ...
L-Erbgħa 21 ta’ Marzu San Nikola ta’ Flue
Beata Benedetta Frassinello San Benedittu - Abbati
“Fl-Isem tal-Missier li ħalaqni,
tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.
Ammen.”
Qari: 1. Isaija 49: 8-15 Għamiltek patt mal-poplu, biex nerġa’
nqajjem l-art. 2. Salm 144: 8,9,13,14,17,18 Il-Mulej tajjeb u
ħanin. 3. Ġwanni 5: 17-30 Bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u
jagħtihom il-
ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu.
Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “Ma joħodkomx il-ġuħ u lanqas
l-għatx, u ma tolqothomx is-sħana u lanqas ix-xemx. Għax min ħenn
għalihom imexxihom, u jgħaddihom minn ħdejn għejun ta’ ilma. Għannu
o smewwiet, aqbeż bil-ferħ, o art, infexxu fl-għana, o muntanji!
Għax farraġ il-Mulej lill-poplu tiegħu; u ħenn għall-imsejknin
Tiegħu!” Isaija 49:10,13
-
40 SIGNUM FIDEI
SAN BENEDITTU - Abbati San Benedettu twieled Nor`ja, u kien
tewmi ma’ oħtu Santa Skolastika, minn
familja tat-tajjeb. Fl-497 mar għall-edukazzjoni “liberali”
f’Ruma. Hawn beda hekk jistmerr il-ħajja korrotta ta’ bosta
żgħażagħ studenti, li ħass is-sejħa li jħalli d-dinja u ’l qrabatu
u jmur jgħix fid-deżert.
Ta’ għoxrin sena mar jgħix waħdu, fuq l-għoljiet tas-Sabina, ġo
għar mhux bogħod minn Subianco, xi 40 mil minn Ruma.
Hawn beda jgħix waħdu, magħruf biss minn Romano, patri li kien
jgħix f’monasteru fil-qrib. Dan kien igiblu, xi kultant, xi ħaġa
tal-ikel mill-porzjon tiegħu u jniżżilhielu mill-ponta tal-għolja
għall-grotta ġo qoffa b’qanpiena marbuta ħalli javżah.
Iżda x-xitan ma jaqtax qalbu: hawn ukoll mar iġarrbu u l-qaddis
kellu jinxteħet fost ix-xewk u l-ħurrieq sabiex ike``i
t-tentazzjoni tal-ġisem.
Wara tliet snin miet l-Abbati ta’ Vicovaro, u l-patrijiet talbu
’l Benedittu biex ikun superjur tagħhom, iżda wara ftit kellu
jitlaq għax ma ridux joqogħdu għad-dixxiplina li ried idaħħal.
Reġa’ mar lura Subiaco; iżda issa bosta saru jafu bih u marru
jgħixu ħdejh, saħansitra minn Ruma.
Wara xi żmien ix-xitan inqeda b’wieħed qassis tal-inħawi, biex
iħarbat il-pa`i ta’ Subiaco; iżda Benedettu bla ma tilef il-kalma,
mar mad-dixxipli tiegħu lejn Cassino (dwar il-529), u baqa’ tiela
sa fuq il-qu``ata, fejn kien hemm tempju pagan, li hu qered u bena
minfloku l-monasteru forsi l-aktar magħr