L-Uffiċċju Parrokkjali, Triq il-Karità, Victoria VCT 1200, Għawdex | t: 2155 6377 | e: [email protected] | L-Arċipriet • m: 7920 4434 | e: [email protected] w: www.stgeorge.org.mt | fb: www.facebook.com/SanGorg | live streaming: www.youtube.com/StGeorgesBasilica | RADJU Leħen il-Belt Victoria [104.00MHz FM Stereo] | t: 2156 5207 B AŻILIKA P ROTOP ARROKKJALI S AN ĠORĠ MARTRI F’dan il-jum wisq għażiż għalina nixtiequ noħorġu dak li hemm f’qalbna. Kemm-il darba missirijietna daru lejk meta fil-hemm kienu jinsabu. Kemm-il darba, meta kollox deher mitluf, huma daru lejk bħala tama żgura qalb il-ħalel. Hu għalhekk li nagħmlu festa. Għax int dħalt għalina fil-passat, u fil- preżent qalbna tfur bit- tama li int kont u tibqa’ ħarries tagħna. Il-qlub tagħna tafhom tajjeb. Int li tinsab qrib it- tron ta’ Alla, idħol għal dawk fostna li qed jitħabtu mal-martirju tal- ħajja. Qawwi qalb l- imnikkta. Imla bil-kuraġġ il-morda. Wieżen lil dawk li fil-ħajja qed jitħabtu biex jgħixu l-valuri Kristjani. Bħal fi żmienek, il-vera fidi tinsab mhedda. Hu ħafna t-tlellix li jagħmi liż-żgħażagħ tagħna. Saħħrilhom lil qalbhom biex jindunaw li dik il- ħarsa divina li naraw fuq wiċċek tista’ tkun tagħhom ukoll meta jħobbu kif ħabbejt int. Bierek lil dawk kollha li fil-Parroċċa tagħna jaħdmu bla waqfien u fis-skiet. Bierek il- Parroċċa kollha tagħna biex, imħeġġin mill- eżempju tiegħek, matul is-sena li ġejja nkomplu nagħrfu lil Ġesù li għalih tajt ħajtek. L-Arċipriet IL-QUDDIES F’JUM IL-FESTA Filgħodu: 5.00, 6.00, 7.00, 7.30 (fil-Bażilika), 8.00 (fiċ-Ċentru Parrokkjali), 8.30 (fil-Bażilika), 10.00 (fiċ-Ċentru Parrokkjali), 11.00am u 12.00pm (fil- Bażilika). Filgħaxija: 5.00 (fil-Bażilika). Qaddes Jum San Ġorġ bi Qrara u Tqarbina. Dawk li jixtiequ magnet sabiħa bir-ritratt ta’ San Ġ org jistgħu jgħaddu l- Uffiċċju Parrokkjali. Din il- puzzle tqassmet matul il- granet tan-Novena. Ġħandna Poema sabiħa dwar San Ġ org li giet ippubblikata minn Dun Ġeoffrey Ġeorge Attard. Inħeggukom takkwistawha mill-Uffiċċju Parrokkjali. L-Arċipriet, flimkien mal-Kapitlu u l-Kleru tal-Bażilika u l-kollaboraturi parrokkjali, jixtiequ lil kulħadd Festa Qaddisa - Gorgi . . Glorjuz Patrun taghna . 15-07-2018 Baskal, Dolora u Ġorġ Attard 16-07-2018 Carmelo Coleiro 17-07-2018 Pawla Grech 18-07-2018 Toni, Nena u l-Familja Vella 19-07-2018 Il-Familja Cassar 20-07-2018 Tonina Cardona u Rita Grech 21-07-2018 Maria Attard AGĦTIHOM, O MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM INTENZJONIJIET TAL-QUDDIES 06-07-2018 Nifirħu lil MANUEL BUHAGIAR u MARION PORTELLI li ngħaqdu fis- Sagrament taż-Żwieġ. 07-07-2018 Nifirħu lil NATHANAEL ZAMMIT u MICHELINE MAGRIN li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ. KRONAKA