Top Banner
L- IMQABBA Year 4.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Mqabba
12

L-Imqabba - Yr 4.1

Apr 15, 2017

Download

Education

Wendy Galea
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: L-Imqabba - Yr 4.1

L- IMQABBAYear 4.1

Kulleġġ San Benedittu Primarja Mqabba

Page 2: L-Imqabba - Yr 4.1

Fejn jinsab l-Imqabba?

Din hija l-mappa ta’ Malta. Fejn hemm immarkat bl-aħmar huwa l-Imqabba. L-Imqabba tinsab fin-naħa t’ isfel ta’ Malta. L-irħula li jmissu mal-Imqabba huma ż-Żurrieq, il-Qrendi, is-Siġġiewi, Ħal-Kirkop u Ħal-Luqa.

Page 3: L-Imqabba - Yr 4.1

L-arma tal-Imqabba

Din hija l-arma tal-Imqabba li għandha strixxa bajda fuq sfond aħmar.

Page 4: L-Imqabba - Yr 4.1

Il-knisja

Il-knisja tal-Imqabba hija ddedikata lil Santa Marija.

Page 5: L-Imqabba - Yr 4.1

Il-Festi fl-ImqabbaFl-Imqabba niċċelebraw żewġ festi. F’Ġunju niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Ġilju. F’Awwissu niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija.

Page 6: L-Imqabba - Yr 4.1

Il-kappella ta` San Bażilju

Din hi l-kappella ta` San Bażilju. Maġenb il-kappella hemm kappella oħra li hija ddedikata lil San Mikiel.

Page 7: L-Imqabba - Yr 4.1

Il-Kappella tad-DuluriDin hija l-kappella tad-Duluri.

Qrib il-kappella tad-Duluri hemm l-għassa tal-pulizija.

Din il-kappella għadha tintuża sal-lum.

Page 8: L-Imqabba - Yr 4.1

San Mikiel Hawn hekk qed naraw niċċa ta‘ San Mikiel jirbaħ lix-xitan. Din in- niċċa tinsab fil-parti l-qadima tal-Imqabba.

Page 9: L-Imqabba - Yr 4.1

Il-katakombi

Fl-Imqabba għandna katakombi li jinsabu fl-inħawi tal-Mentna. Ġewwa l-katakombi nsibu l-agape, li hija mejda kbira fejn l-insara kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija.

Page 10: L-Imqabba - Yr 4.1

Dan il-bini kien jintuża għan-nies morda bil-pesta. Dan inbena fi żmien il-kavallieri.

Page 11: L-Imqabba - Yr 4.1

It-Torri VinċentiIt-Torri Vinċenti ilu mibni ħafna snin, sa minn żmien il-Kavallieri.Illum dan it-torri huwa propjeta’ privata.

Page 12: L-Imqabba - Yr 4.1

Il-BarrieriFl-Imqabba nsibu ħafna barrieri. Dawn il-barrieri nużawhom biex nieħdu minnhom il-ġebla tal-franka li biha nibnu d-djar tagħna.