Top Banner
KURA TAL-PJANTI B’MOD NATURALI U SOSTENIBBLI INTRODUZZJONI Fuljett ta’ informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikkura l-pjanti affettwati minn mard u pesti tal- pjanti b’rimedji naturali. Il-kura kontra pesti u mard tista’ ssir permezz ta’ applikazzjoni ta’ nsettiċidi, funġiċidi u protezzjoni mill-elementi tan-natura magħmula b’ingredjenti sempliċi u sostenibbli li wieħed isib fid-djar, u li ma fihomx sustanzi tossiċi li jagħmlu ħsara lill-bniedem u l-ambjent. Ħajr lis-Sur Mario Salerno, President tal-Malta Organic Agricultural Movement (MOAM). © Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, 2019 PESTI TAL-PJANTI SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Afidi Sors: https://www.latimes.com/opinion/op-ed/la- oe-koss-aphid-genocide-20180617-story.html Whitefly Sors: https://www.pinterest.com/hulettpest/whitefly/ Mealy Bugs Sors: http://www.icar-crida.res.in:8080/naip/mealybug.jsp Scale Insects Sors: https://www.pinterest.com/ pin/411938697145680243/ DIRETTORAT GĦALL-ĦARSIEN TAL-PJANTI Dawn l-erba’ pesti tal-pjanti jerdgħu is- sugu mill-pjanti. L-afidi u l-whitefly issibhom ġeneralment fil-partijiet l-aktar tarja tal- pjanta bħal rimi ġdid u anke blanzuni. Il- mealy bugs u scale insects issibom f’partijiet tal-pjanti iktar maturi u dawk l-aktar kennija mix-xemx. Pjanti suxxettibbli huma dawk tal-familja Solanacea bħal tadam, patata, bżar u brunġiel; familja Cucurbitaceae bħal bettiegħ, qarabagħli, qargħa ħamra, dulliegħ; ċitru; frott irqiq u pjanti ornamentali bħal hibiscus, ward, oleander u stephanotis. Wieħed għandu joqgħod attent għal sintomi bħal weraq ittikkjat u diformat, taqtir tas-sugu tal-pjanti li eventwalment jifforma tikek suwed li tikkawża moffa sekondarja, u numru kbir ta’ nemel.
2

KURA TAL-PJANTI - AGRIKOLTURA · 2019. 10. 9. · bħal hibiscus, ward, oleander u stephanotis. Wieħed għandu joqgħod attent għal sintomi bħal weraq ittikkjat u diformat, taqtir

Mar 09, 2021

Download

Documents

dariahiddleston
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: KURA TAL-PJANTI - AGRIKOLTURA · 2019. 10. 9. · bħal hibiscus, ward, oleander u stephanotis. Wieħed għandu joqgħod attent għal sintomi bħal weraq ittikkjat u diformat, taqtir

KURA TAL-PJANTI B’MOD NATURALI U SOSTENIBBLI

INTRODUZZJONI

Fuljett ta’ informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikkura l-pjanti affettwati minn mard u pesti tal-pjanti b’rimedji naturali. Il-kura kontra pesti u mard tista’ ssir permezz ta’ applikazzjoni ta’ nsettiċidi, funġiċidi u protezzjoni mill-elementi tan-natura magħmula b’ingredjenti sempliċi u sostenibbli li wieħed isib fid-djar, u li ma fihomx sustanzi tossiċi li jagħmlu ħsara lill-bniedem u l-ambjent.

Ħajr lis-Sur Mario Salerno, President tal-Malta Organic Agricultural Movement (MOAM).

© Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, 2019

PESTI TAL-PJANTI

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-AGRIKOLTURA,SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

AfidiSors: https://www.latimes.com/opinion/op-ed/la-oe-koss-aphid-genocide-20180617-story.html

WhiteflySors: https://www.pinterest.com/hulettpest/whitefly/

Mealy BugsSors: http://www.icar-crida.res.in:8080/naip/mealybug.jsp

Scale InsectsSors: https://www.pinterest.com/pin/411938697145680243/

DIRETTORAT GĦALL-ĦARSIEN TAL-PJANTI

Dawn l-erba’ pesti tal-pjanti jerdgħu is-sugu mill-pjanti. L-afidi u l-whitefly issibhom ġeneralment fil-partijiet l-aktar tarja tal-pjanta bħal rimi ġdid u anke blanzuni. Il-mealy bugs u scale insects issibom f’partijiet tal-pjanti iktar maturi u dawk l-aktar kennija mix-xemx.

Pjanti suxxettibbli huma dawk tal-familja Solanacea bħal tadam, patata, bżar u brunġiel; familja Cucurbitaceae bħal bettiegħ, qarabagħli, qargħa ħamra, dulliegħ; ċitru; frott irqiq u pjanti ornamentali bħal hibiscus, ward, oleander u stephanotis.

Wieħed għandu joqgħod attent għal sintomi bħal weraq ittikkjat u diformat, taqtir tas-sugu tal-pjanti li eventwalment jifforma tikek suwed li tikkawża moffa sekondarja, u numru kbir ta’ nemel.

Page 2: KURA TAL-PJANTI - AGRIKOLTURA · 2019. 10. 9. · bħal hibiscus, ward, oleander u stephanotis. Wieħed għandu joqgħod attent għal sintomi bħal weraq ittikkjat u diformat, taqtir

Insettiċida bl-użu tas-sapun għal kontra l-whitefly, afidi, scale insects u mealy bugs

Għandek bżonn:

Metodu:

Mgħarfa sapun likwidu ħafif (bħal sapun tal-kastil)Litru ilma

Ħallat flimkien l-ilma u s-sapun u roxx it-taħlita direttament fuq l-uċuħ infettati tal-pjantiApplika kif meħtieġ sa kemm ma jidhrux iktar sintomi filgħodu kmieni ħafna jew filgħaxija

Funġiċida għal kontra l-mofof

Għandek bżonn:

Kilo ħurrieq5 litri ilma

• •

Metodu:

Ħallat il-ħurrieq ma’ l-ilmaGħatti u ħalli t-taħlita toqgħod għal sitt ijiemWara li jgħaddu s-sitt ijiem neħħi l-ħurrieq minn ġo l-ilmaIpprepara t-taħlita tal-bexx b’rata ta’ 1:7 (700ML ma’ 5L)Applika skont il-bżonn u aqbeż ta’ l-inqas ġimgħa bħala prekawzjoniApplika filgħodu kmieni ħafna jew filgħaxija

• ••

Insettiċida għal kontra l-whitefly, afidi, scale insects u mealy bugsGħandek bżonn:

Metodu:

Kilo bżar tal-felfel imqatta’2 litri ilma

Ħallat il-bżar ma’ l-ilma fil-liquidizer u ħallih joqgħod għal kwartaMeta jibred, ipprepara t-taħlita tal-bexx b’rata ta’ 1:7 (700ML ma’ 5L)Applika skont il-bżonn u aqbeż ta’ l-inqas ġimgħa bħala prekawzjoniApplika filgħodu kmieni ħafna jew filgħaxija

Protezzjoni mill-lupa (sunburn) jew ġlata (cold damage)

Għandek bżonn:

Metodu:

Pala tal-bajtar imqatta’5 litri ilma

Ħallat flimkien il-pala tal-bajtar imqatta’ ma’ 5 litri ilmaĦalli t-taħlita toqgħod għal 48 siegħaNeħħi l-pala tal-bajtar mill-ilma u applika bħala prekawzjoni mill-lupa u mill-ġlata minn ta’ l-inqas darba fil-ġimgħaL-aħjar li tapplika din it-taħlita filgħodu kmieni ħafna jew inkella filgħaxija

••

Sour

ce: h

ttps:/

/www.

pint

eres

t.com

/hul

ettp

est/w

hite

fly/

Source: http://www.saferbrand.com/articles/treat-powdery-mildew-plants

Source: https://commons.wikimedia.org/wiki/File:Sa_aphid_colony_highres.jpg

http://anneofgreengardens.com/blog/sunburn-in-plants/

• •

• •