-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
Minuti tat-22 Laqgħa tas-seba’ leġislatura tal-Kunsill Lokali
ta’ Ħal Kirkop li saret nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju 2013 fl-4:30 ta’
wara nofsinhar fl-Uffiċċju tal-Kunsill, 31, Triq San Benedittu, Ħal
Kirkop u spiċċat għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija.
Preżenti:
Sindku Carmel Calleja Viċi-Sindku Antoinette Cefai Kunsillier
Stephen Mizzi Kunsillier Joseph Schembri Skużat:
Kunsillier Joseph Carbone – bagħat ir-raġuni permezz ta’ e-mail
Uffiċjal:
Aġent Segretarju Eżekuttiv Chris Falzon
Is-Sindku Carmel Calleja ippreseda.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
2
1. QARI TAL-MINUTI
1.1 Il-Minuti tal-21 Laqgħa ġew moqrija u approvati.
2. KORRISPONDENZA
2.1 2.2 2.2.1 2.3 2.4 2.4.1 2.4.2 2.5
Inqrat Memo 14/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg,
għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 14/2013 – Permessi
tal-krejnijiet online. Inqrat Memo 15/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne
Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 15/2013
– L-użu tal-Internet Banking. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con.
dwar din il-korrispondenza. Inqrat Memo 16/2013 mibgħuta mis-Sna.
Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo
16/2013 – Kontribut finanzjarju ta’ Kunsill Lokali għal xiri ta’
materjal edukattiv għall-Iskejjel. Inqrat Memo 17/2013 mibgħuta
mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali,
bit-titlu Memo 17/2013 – Skema ta’ Għajnuna Finanzjarja għal
Streaming tal-Laqgħat on line. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li
jekk kemm-il dartba l-ispiża ta’ din is-sistema se tiġi ħafn’aktar
mill-għajnuna li l-Kunsill se jingħata mid-Dipartiment, ikun aħjar
jekk il-Kunsill Lokali ma jidħolx f’din l-iskema. Is-Sindku Carmel
Calleja qal li għandna niċċekkjaw bejn wieħed u ieħor kemm tiġi u
nimxu minn hemm. Inqrat Memo 18/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie
Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 18/2013 –
European Mobility Week – Car Free Day 2013 – Kompetizzjoni
għall-Kunsilli Lokali: Clean Air – It’s Your
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
3
2.6 2.7 2.8 2.9 2.9.1 2.10 2.11 2.11.1 2.11.2 2.11.3
Move! Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg,
għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu URĠENTI: Invit
għas-Seminar Discovering Malta and Gozo Through its People and
Culture. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg,
għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Avviż għall-Istampa
mill-Uffiċċju Elettorali – Is-sistema tat-telefonija fl-Evans
Building ħa tkun interrotta s-Sibt 13 ta’ Lulju 2013. Inqrat e-mail
mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern
Lokali, bit-titlu Avviż għall-Istampa mill-Uffiċċju Elettorali.
Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Joseph Abela, għad-Direttur
tal-Gvern Lokali, bit-titlu Case 263/13 – Compensation to Giuseppa
Mizzi – Ħal Kirkop. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li s-Sna.
Giuseppa Mizzi m’għandha l-ebda dritt titlob għal refużjoni jew
kumpens ta’ flus. Barra minn hekk il-Kunsill Lokali minn jeddu
tella’ l-ħajt li kien twaqqa’ permezz tal-inġenji li għaddew minn
dan l-isqaq. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Maria Zammit,
għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Updating of Data held by
DLG. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Paul Muscat mill-Uffiċċju
tal-Prim Ministru, bit-titlu Street Furniture at Misraħ San Anard.
Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li jidher li hemm rabja
mir-residenti ta’ Ħal Kirkop minħabba li dawn il-bankijiet ser
jintneħħew. Staqsa għaliex għandhom jinqalgħu kollha u ma
jinqalgħux dawk biss li qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent. Is-Sindku
Carmel Calleja qal li minn dak li qegħdin jgħidu r-residenti ta’
Misraħ San Anard, jidher li dawn iridu li jitneħħew erbgħa
mill-ħames bankijiet li hemm fil-Misraħ.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
4
2.11.4 2.11.5 2.11.6 2.12 2.13 2.14 2.15 2.16 2.17 2.18 2.19
Il-Kunsillier Joseph Schembri qal anke l-bank li jinsab quddiem
ir-residenza tal-Kappillan, probabbli jista’ ma jinqalax u
għaldaqstant jinqalgħu tlieta minn ħamsa. Is-Sindku ppropona li
jinqalgħu tlett bankijiet u niċċekkjaw jekk nistgħux nirriallokaw
wieħed minnhom. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li se nmexxu fuq
din il-proposta u li dawn jitneħħew meta kważi jkun wasal fi tmiemu
l-proġett ta’ Misraħ iż-Żernieq. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna.
Elizabeth Vassallo mir-Reġjun tan-Nofsinhar, bit-titlu Regional
Sports Festival. Inqrat e-mail mibgħuta mill-Ministru għat-Trasport
u l-Infrastruttura Joe Mizzi, bit-titlu Laqgħat ta’ Konsultazzjoni.
Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Janice Falzon, Assistenta Personali
tas-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera, bit-titlu Talba għal
Laqgħa mas-Segretarju Parlamentari. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur
Louis Deguara mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu
Ċirkulari AKL Ċirk 39/2013 – Tħawwil ta’ Siġar. Inqrat e-mail
mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni
tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 41/2013 –
Konsultazzjonijiet Pubbliċi Ningħaqdu Kontra l-Faqar. Inqrat e-mail
mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni
tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 43/2013 –
RadioActive Europe. Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant,
President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu
Ċirkulari AKL Ċirk 44/2013 – Sejħa għall-Interess
mill-Assoċjazzjoni ta’ Muniċipalitajiet Taljani mir-Reġjun ta’
Campania. Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President
tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk
48/2013 – Higher Diploma in Political Studies, University of
Malta.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
5
2.20 2.21 2.22 2.23 2.24 2.25 2.26 2.26.1 2.26.2 2.27 2.27.1
Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President
tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk
49/2013 – MIM Introductory VAT Certificate u VAT Compliance. Inqrat
e-mail mibgħuta mis-Sna. Xenia Loizidou, bit-titlu LitusGo Final
Installment. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Xenia Loizidou,
bit-titlu ISO Tech Limited LitusGo>Kirkop Local
Council>4633.55EEUR. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Ruth Vella,
EU Fund Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bit-titlu OTS
Report_no. 7. Inqrat ittra mibgħuta mill-Perit Anthony Bezzina dwar
il-proġett ta’ Misraħ iż-Żernieq li jaqa’ taħt Miżura 313. Inqrat
e-mail mibgħuta mill-Perit Audrey Testaferrata Denoto, Head Traffic
Management Unit fi Transport Malta, bit-titlu Bankijiet f’Misraħ
San Leonardu – Ħal Kirkop. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sna. Rosianne
Cutajar, Sindku ta’ Ħal Qormi, bit-titlu ESF2.138 – Empowering
Pyrotechnicians for longevity and a safer quality of workplace.
Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li għalissa għandna nagħtu
ftit aktar ċans sabiex naraw jekk ikunx hemm aktar kunsilli lokali
li jitolbu laqgħa magħna, li ssir aktar tard fiż-żmien opportun.
Qalet li xorta waħda hija diffiċli biex il-Kunsilli Lokali jieħdu
l-flus kollha lura minħabba l-problemi finanzjarji u għaldaqstant
proponiet li nistennew ftit ieħor qabel isiru xi laqgħat f’dan
ir-rigward. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sur Nicholas Briffa, Sindku
tal-Imqabba, bit-titlu Proposta għall-Immaniġġjar aħjar ta’
traffiku bejn l-irħula. Il-Kunsillieri Joseph Schembri u Stephen
Mizzi qalu li ma jaqblux mal-proposti mniżżla f’din l-ittra.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
6
2.27.2 2.28 2.29 2.29.1 2.29.2 2.30 2.31 2.32 2.33 2.34 2.34.1
2.35 2.36
Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li għandhom isiru sinjali li
ma jistgħux jgħaddu trakkijiet kbar imma mhux li ssir one way.
Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Christian Salerno, Segretarju
tal-GAL Xlokk, bit-titlu M125 – Site Plan Reference. Inqrat e-mail
mibgħuta mis-Sur Christian Salerno, Segretarju tal-GAL Xlokk,
bit-titlu Organisation of Cultural and Educational Activities.
Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li se napplikaw għall-IrkottaFest
2014 u li din issir nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014. Il-Kunsill
Lokali qal li l-baġit għal din l-attivita’ mistenni jilħaq
l-€10,000. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Christian Salerno,
Segretarju tal-GAL Xlokk, bit-titlu Xlokk Branding Billborads –
Request for submissions by GALs Local Council Members. Inqrat
e-mail mibgħuta mis-Sur Guido Zammit, Executive – Employment
Advisor fl-ETC, bit-titlu Skema Xogħol fil-Komunita’. Inqrat e-mail
mibgħuta mis-Sur Pierre Cuschieri, bit-titlu Quotation. Inqrat
e-mail mibgħuta mis-Sur Vincent Cassar mill-MCCAA, bit-titlu Kirkop
Playground Report. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Marthese
Baldacchino mill-MKEPA, bit-titlu UIF Statement of Funds.
Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li dawn il-flus jistgħu
jintużaw sabiex isir il-bini tal-latrina pubblika ġdida. Inqrat
ittra mibgħuta mill-Perit Vincent Cassar, Ċermen tal-MEPA, bi
stedina għal laqgħa pubblika. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Julian
Zarb, bit-titlu First meeting for local councils who initiated the
itineraries between November 2012 and July
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
7
2.37 2.38 2.39 2.40 2.41 2.42 2.42.1 2.43 2.44 2.45 2.46
2.47
2013. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Stefan Mallia, Manager
E-Commerce Merchant Relationships, bit-titlu Ecommerce Facilities –
Eforms. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Kurt Bonnici mill-MITA,
bit-titlu Eforms – Ecommerce Facilities PCI Questioner. Inqrat
e-mail mibgħuta mis-Sna. Suzanne mill-ECO Group Ltd., bit-titlu
REMINDER: Invoice. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Clayton J.
Zammit, bit-titlu Website – Proposed Landing Page Design. Inqrat
Ittra mibgħuta mis-Sur Johann Buttigieg, CEO tal-MEPA dwar l-ewwel
fażi tal-konsultazzjoni pubblika. Inqrat e-mail mibgħuta mill-Perit
Anthony Bezzina, Membru Parlamentari, bit-titlu Laqgħa ta’
Konsultazzjoni. Il-Kunsill Lokali qabel li għandna nippruvaw
niltaqgħu mal-Onor. Bezzina nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju 2013,
fl-10am. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Dmitry Pechenkin, bit-titlu
Queried invoice and our pending balance to CPI Ltd. Inqrat e-mail
mibgħuta mis-Sna. Audrey Harrison, bit-titlu Reviżjoni
tal-Pjanijiet Lokali. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sna. Dorianna
Ciantar, Segretarja tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u
l-Ippjanar, bit-titlu Seduta numru 39. Inqrat e-mail mibgħuta
mis-Sna. Jessica Zammit, bit-titlu Kirkop Local Council – One month
extension with effect from 17th May 2013. Inqrat ittra mibgħuta
mis-Sur Mario Cassar, Segretarju tal-Għaqda Mużikali San Leonardu
dwar għeluq ta’ Misraħ Kirkop nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju 2013.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
8
2.47.1
Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li għandha tingħalaq din
it-triq b’ċertu kundizzjonijiet.
3. AĠĠORNAMENT DWAR MIŻURA 313 U 323
3.1 Is-Sindku Carmel Calleja qal li fl-aħħar laqgħa li saret
mas-Sur Robert Naudi min-naħa tal-Paying Agency jidher li x-xog]ol
fuq Miżura 313 u 323 miexi kif proġettat.
4. AĠĠUDIKAZZJONI FINALI TAT-TENDER KLK 02/13
4.1 4.2 4.3 4.4 4.5 4.6
Is-Sindku Carmel Calleja qal li bħala Kunsill Lokali saru
laqgħat mal-kumpaniji li kienu ntagħżlu fix-shortlist fil-laqgħa
ta’ qabel. Dawn il-kumpaniji kienu: B. Grima & Sons Ltd.,
Signmark Ltd., u Koperattiva Tabelli u Sinjali. Żied li min-naħa
ta’ kull kumpanija ġew ippreżentanti l-ispeċifikazzjonijiet
taż-żebgħa li tintuża’ għal dawn is-sinjali. Qal li min-naħa
tal-Kunsill Lokali saret ukoll selezzjoni ta’ xogħolijiet li
l-aktar ikollu bżonn il-Kunsill minn ġurnata għall-oħra. Mill-BOQs
ta’ kull kumpanija l-prezzijiet kienu relattivament l-istess
f’diversi partijiet. Is-Sindku ppropna li l-Kunsill Lokali għandu
jagħżel lill-Koperattiva Tabelli u Sinjali minħabba li fil-passat
il-Kunsill ħadem ma’ din il-Koperattiva u x-xogħol dejjem kien
tal-ogħla livell, kif ukoll il-prezzijiet kienu tajbin ukoll.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
9
4.6.1 4.6.2
Qal li għalkemm il-kumpaniji l-oħra wkoll huma kompetittivi,
għandna nagħżlu lill-Koperattiva Tabelli u Sinjali għaliex nafu kif
jaħdmu u qatt ma kien hemm problemi magħhom fil-passat. Il-Kunsill
Lokali qabel nem. con. ma’ din il-proposta.
5. POLZA TAL-ASSIKURAZZJONI
5.1 5.2
Dwar il-Polza tal-Assikurazzjoni jidher li l-istima fuq xiex
huwa assikurat il-Kunsill hija baxxa ħafna u għaldaqstant din
għandha bżonn tiġi riveduta. Fil-preżent il-Kunsill Lokali qiegħed
iġedded din il-Polza tal-Assikurazzjoni minn xahar għal xahar
sakemm isiru laqgħat sabiex jinġabru tlett kwotazzjonijiet fuq
poloz differenti minn kumpaniji tal-assikurazzjoni oħra.
6. KOMUNIKAZZJONI MIS-SINDKU
6.1 6.1.1 6.2 6.2.1
Is-Sindku Carmel Calleja qal li saret laqgħa ma’ rappreżentanti
tal-MEPA dwar ir-reviżjoni tal-pjan lokali. Żied li fil-laqgħa li
jmiss tal-Kunsill Lokali se tkun diskussa din il-materja
fid-dettall. Is-Sindku tkellem ukoll dwar ir-responsabiltajiet
tal-Kunsillieri. Qal li meta ġew eletti kienu tqassmu d-dekasteri
biss mhux kull Kunsillier qiegħed jieħu responsabilita’ massima
tad-dekasteri tiegħu.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
10
6.2.2 6.2.3 6.2.4 6.3 6.3.1 6.4 6.4.1 6.4.2 6.5 6.5.1 6.5.2
Żied li forsi wasal iż-żmien li l-korrispondenza, għalkemm
tintbagħat lill-Kunsillieri kollha kif suppost, għandha tibda
tintbagħat b’mod speċifiku lil dak jew dik il-Kunsillier
ikkonċernat. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li mhuwiex dejjem
possibli li l-Kunsillieri li jkunu xogħol jattendu għal laqgħat li
jsiru filgħodu. Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li għalkemm
bħala Kunsillieri li jaħdmu ma jkunux jistgħu jattendu
għal-laqgħat, għallinqas ikunu jistgħu jgħinu bl-ideat tagħhom
permezz tal-e-mails. Is-Sindku semma’ talba li waslet għand
il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop dwar tiġrijiet taż-żwiemel fi Triq
Valletta, Iż-Żurrieq. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li tali
talba ma tkunx aċċettata. Is-Sindku tkellem dwar it-toqob tan-nar
tal-art. Qal li wara li dawn saru mill-Kunsill Lokali, l-istess
Kunsill għandu jibgħat ittra lill-Għaqdiet Mużikali fejn
jinfurmahom li dawn it-toqob issa jaqgħu taħt ir-responsabilita’
tagħhom. Żied li dawn it-toqob iridu jingħalqu wara l-festa sabiex
ma jkunux ta’ periklu u nkonvenjent għar-residenti. Il-Viċi-Sindku
Antoinette Cefai qalet li l-Kunsill Lokali għandu jpoġġi fuq
l-Aġenda tiegħu l-fatt li diversi nies min-naħat tagħna jmorru
jaħdmu f’partijiet oħra tal-pajjiż u dan qed iwassal li numru kbir
ħafna ta’ karozzi, kuljum, jgħaddu minn taħt il-mina ta’ Ħal
Kirkop. Qalet li wasal iż-żmien li wieħed jaħseb f’toroq
alternattivi minħabba li jekk kemm-il darba jinqala’ inċident ikun
hawn konġestjoni sħiħa u l-vetturi ma tantx ikollhom alternattivi
minn fejn jgħaddu. Żiedet li għalkemm it-triq ta’ Ħal Farruġ
tintuża’ b’mod konsiderevoli, huma ħafna dawk il-persuni li jagħżlu
li jgħaddu minn taħt il-mina minflok minn din it-triq
alternattiva.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
11
6.5.3 6.6 6.6.1
Il-Kunsill Lokali qabel li fil-laqgħat li jmiss tal-Kunsill dan
il-punt se jiġi diskuss f’aktar dettall. Il-Kunsillier Joseph
Schembri qal li wasal iż-żmien li l-Kunsill Lokali jikkunsidra
bis-serjeta’ li joħroġ sejħa għal offerti għal kuntratt tas-soft
areas. Il-Kunsill Lokali qabel li lejn tmiem din is-sena għandha
toħroġ din is-sejħa.
7. SKEDA TA’ PAGAMENTI
7.1 7.2 7.2.1 7.2.2 7.2.3 7.2.4
Is-Segretarju Eżekuttiv ressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill
diversi kontijiet pendenti li jammontaw għal €16,554.12c skont
is-Schedule of Payments Ref No. 022 u €99.19c skont Petty Cash Ref
No. PC 06/13. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li hu ma jaqbilx
mal-ħlasijiet lil Leisure Animation Enterprises u Triders Ltd. Żied
li dan huwa serq sfaċċat mill-flus tal-poplu ta’ Ħal Kirkop, b’mod
speċjali l-pagament lil Leisure Animation Enterprises.
Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li għal din is-sena dan
il-pagament għandu jitħallas minħabba li kien sar ftehim minn
qabel, biss is-sena d-dieħla noqgħodu ħafna attenti lil min
inqabbdu biex jieħu ħsieb l-IrkottaFest 2014. Il-Kunsillier Mizzi
qal li hu jħoss li Leisure Animation Enterprises għandhom jitħallsu
biss parti mis-somma mitluba għax jekk se jitħallas l-ammont kollu
se jiġi jidher li x-xogħol sar sew. Żied li ħafna mix-xogħol spiċċa
sar mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u li kieku ma kienx għas-Sna.
Antonia Desira Demicoli u s-Sna. Anthea Vella żgur li
l-organizazzjoni ma kenitx tkun tajba daqshekk.
-
Kunsill Lokali Ħal Kirkop
31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099
e-mail: [email protected]
12
7.3 7.3.1 7.3.2
Is-Sindku ressaq l-Iskeda tal-Pagamenti għall-vot tal-Kunsill
fejn: Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai u l-Kunsillier Joseph
Schembri qablu li għandhom isiru dawn iż-żewġ ħlasijiet.
Il-Kunsillier Stephen Mizzi ma qabilx li jitħallsu.
8. AĠĠORNAMENT
9.1
9.1.1
Il-laqgħa tal-Kunsill Lokali ntemmet fis-7pm u ġiet aġġornata
għat-Tlieta 27
ta’ Awwissu 2013 fil-5pm.
Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. dwar il-ħin ta’ din
il-laqgħa.
_______________________ ______________________
Carmel Calleja Chris Falzon
Sindku Aġent Segretarju Eżekuttiv