Top Banner
Kelma tal-Ħajja Awwissu 2012
23

Kelma tal-Ħajja

Jan 10, 2016

Download

Documents

nuncio

Kelma tal-Ħajja. A wwissu 2012. « Ku ll min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet . » ( Mt 10,32-33). - PowerPoint PPT Presentation
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja

Awwissu 2012Awwissu 2012

Page 2: Kelma tal-Ħajja

«Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu

quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.» (Mt 10,32-33).

Page 3: Kelma tal-Ħajja

Għalina l-insara din il-Kelma tal-ħajja hi ta’ faraġ kbir u tħeġġeġ l-

insara kollha.

Page 4: Kelma tal-Ħajja

Biha Ġesù qed iħeġġiġna biex ngħixu bi sħiħ il-fidi tagħna fih, għax il-ħajja eterna

tagħna tiddependi

minn kif inkunu ġibna ruħna miegħu f’ħajjitna hawn

fl-art.

Page 5: Kelma tal-Ħajja

Hu jgħidilna li jekk aħna nuru li nafuh quddiem il-bnedmin, hu jkun jista’ juri li jafna quddiem Missieru. Iżda, jekk inkunu ċħadnieh

quddiem il-bnedmin, hu wkoll jiċħadna quddiem il-Missier.

Page 6: Kelma tal-Ħajja

«Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu

quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.» (Mt 10,32-33).

Page 7: Kelma tal-Ħajja

Għax iħobbna, Ġesù qed ifakkarna fil-premju jew fil-kastig li se nieħdu wara din il-ħajja. Kif jgħid wieħed minn Missirijiet il-Knisja, Ġesù jaf li xi drabi aħna aktar nitqanqlu mill-biża’ tal-

kastig milli mill-wegħda ta’ premju sabiħ.

Page 8: Kelma tal-Ħajja

Għalhekk hu qed ikabbar fina t-tama fil-hena bla tmiem u fl-istess ħin, biex isalvana, iqanqal fina

l-biża’ tal-kundanna.

Page 9: Kelma tal-Ħajja

F’moħħu, Ġesù għandu ħaġa waħda biss: li aħna naslu għall-ħajja ta’ dejjem m’Alla. Fl-aħħar mill-aħħar, dan biss jgħodd; dan hu l-għan li għalih

ġejna maħluqin. Bih biss, fil-fatt, nistgħu nilħqu l-milja tagħna u niksbu b’mod sħiħ it-tamiet kollha

tagħna.

Page 10: Kelma tal-Ħajja

Għalhekk Ġesù jħeġġiġna “nistqarruh” sa minn issa stess. Imma jekk f’din il-ħajja ma

rridux li jkollna x’naqsmu miegħu, jekk niċħduh issa, meta naslu biex ngħaddu għall-ħajja l-oħra, għad insibu ruħna

maqtugħin minnu għal dejjem.

Page 11: Kelma tal-Ħajja

Meta naslu fi tmiem il-ħajja tagħna hawn fl-art, Ġesù mhu se jagħmel xejn għajr li jikkonferma quddiem il-Missier l-għażla li kull wieħed ikun għamel f’ħajtu, bil-konsegwenza li din l-għażla ġġib magħha. Meta semma l-ġudizzju tal-aħħar,

hu ried jurina kemm hi importanti u serja d-deċiżjoni li nieħdu f’din il-ħajja: infatti fuqha

tiddependi l-eternità tagħna.

Page 12: Kelma tal-Ħajja

«Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu

quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.» (Mt 10,32-33).

Page 13: Kelma tal-Ħajja

Xi profitt se nagħmlu minn din it-twissija ta’ Ġesù?

Kif se ngħixu din il-Kelma tiegħu?Qed jgħidilna hu stess: “Kull min jistqarr. . . li

hu miegħi . . . ”.Ejjew mela niddeċiedu li nistqarruh quddiem il-

bnedmin bis-sempliċità u mingħajr ħabi.

Page 14: Kelma tal-Ħajja

Ejjew nirbħu r-rispett uman. M’għandniex inkunu medjokri u nies li jaslu għal

kompromess. Dan kollu jġib fix-xejn il-ħajja tagħna ta’ veri nsara.

Page 15: Kelma tal-Ħajja

Irridu niftakru li aħna msejħin biex inkunu xhieda ta’ Kristu. Hu jixtieq jasal għand il-

bnedmin kollha bil-messaġġ tiegħu ta’ paċi, ġustizzja u mħabba sewwa sew permezz

tagħna. Ejjew nagħtu xhieda tiegħu kulfejn inkunu, fil-familja, fuq ix-xogħol, fl-istudju u

f’kull ċìrkustanza oħra tal-ħajja.

Page 16: Kelma tal-Ħajja

Għandna nagħtu din ix-xhieda fuq kollox b’imġibitna: b’ħajja onesta, bi drawwiet

safja, bla ma nkunu marbutin mal-flus, billi nieħdu sehem fil-ferħ u fit-tbatija tal-

oħrajn. 

Page 17: Kelma tal-Ħajja

Ix-xhieda tagħna għandna nagħtuha b’mod partikulari billi nħobbu ’l xulxin, inkunu ħaġa

waħda. B’hekk il-paċi u l-ferħ sħiħ, li Ġesù wiegħed li jagħti lil kull min hu magħqud miegħu, jimlewlna qalba minn din id-dinja

stess u mbagħad aħna nwassluhom lill-oħrajn.

Page 18: Kelma tal-Ħajja

Lil dawk li jistaqsuna għaliex inġibu ruħna hekk, għaliex aħna tant fil-paċi għalkemm qed ngħixu

f’dinja mqallba, għandna nwieġbu bl-umiltà u bis-sinċerità bi kliem li jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu. B’hekk inkunu qed nagħtu xhieda ta’

Kristu anki bil-kliem u bl-idejat tagħna.

Page 19: Kelma tal-Ħajja

Imbagħad għandu mnejn li ħafna minn dawk li qed ifittxuh, ikunu jistgħu jsibuh.

Page 20: Kelma tal-Ħajja

Xi drabi jista’ jkun li jifhmuna ħażin, jew li ma jaqblux magħna, jew iwaqqgħuna għaċ-

ċajt u forsi anki jeħduha kontrina u jippersegwitawna. Ġesù ppreparana anki għal dan: “Bħalma ppersegwitaw lili hekk

ukoll jippersegwitaw lilkom” (Ġw 15, 20).

Page 21: Kelma tal-Ħajja

Għadna fit-triq it-tajba. Ejjew inkomplu nagħtu xhieda tiegħu b’kuraġġ anki meta jiġu fuqna l-provi, anki jekk ikollna

nagħtu ħajjitna.

Page 22: Kelma tal-Ħajja

Dak li qed jistenniena

jistħoqqlu dan kollu – hemm il-

Ġenna li qed tistenniena,

fejn Ġesù, dak li aħna nħobbu,

jistqarr li hu magħna

quddiem il-Missier għall-

eternità kollha.

Page 23: Kelma tal-Ħajja

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1984

Grafka ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1984

Grafka ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

«Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu

miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem

Missieri li hu fis-smewwiet.» (Mt 10,32-33).