Il-Pronomi Sa. Victoria Saliba Xuereb
Il-Pronomi
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Il-pronom huwa kelma li toqgħod flok in-nom
Hi
Hu
Jien
Intom
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Nistgħu ngħidu li l-pronomi jinqasmu f’żewġ fergħat
ewlenin, jeżistu:
Il-Magħżulin Il-Mehmużin
Sa. Victoria Saliba Xuereb
1. Il-Pronomi Magħżulin
pronomi li ma jingħaqdu mal-ebda kelma oħra iżda
joqogħdu weħidhom.
o Eż: huwa, aħna, min, dan, liema
Sa. Victoria Saliba Xuereb
1. Il-Pronomi Magħżulin
jinqasmu fi pronomi:
a. Personali
b. Dimostrattivi
c. Relattivi
d. Interrogattivi
e. Possessivi
f. Riflessivi
Sa. Victoria Saliba Xuereb
A. Il-Pronomi Personali
joqogħdu flok persuna kemm fis-singular kif ukoll fil-
plural.
Jien/Jiena Aħna Int/Inti Intom
Hu Hi Huma
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Singular Plural
L-ewwel persuna Jien/Jiena Aħna
It-tieni persuna Int/ Inti Intom
It-tielet persuna maskil Hu/Huwa Huma
Ir-raba’ persuna femminil Hi/Hija Huma
Sa. Victoria Saliba Xuereb
jintużaw biex nirreferu għal xi ħadd jew xi ħaġa
jinbidlu skont jirreferux skont in-numru u l-ġens
B. Il-Pronomi Dimostrattiv
Maskil Femminil Plural
Dan Din Dawn Oġġett/persuna fil-qrib
Dak Dik Dawk Oġġett/persuna fil-bogħod
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Ċ. Il-Pronomi Relattivi
juru rabta bejnhom u nomi jew pronomi oħra
Jistgħu jintużaw ukoll biex jgħaqqdu s-sentenzi
Il-pronomi relattivi huma: li, illi, min, xi/x’
o Il-lapes li xtrajt huwa sabiħ ħafna.
o Il-ħaruf illi ddubbajt sajjartu.
o Jekk issir taf min kien, għidli.
o Xi ħadd joffri għajnuna żgur.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Tip ieħor ta’ pronomi huma dawk interrogattivi
(kelma li ġejja mill-verb interroga = stħarreġ/staqsa).
Interrogattivi
Sa. Victoria Saliba Xuereb
D. Il-Pronomi Interrogattivi
huma użati f’mistoqsijiet diretti jew indiretti. Dawn huma:
o 1. Min? (eż: Min ġie jħabbat il-bieb?)
o 2. Xi/ x’? (eż: Xi xtara Marku mill-ħanut? X’għandek f’idejk?)
o 3. X’inhu/ x’inhi/ x’inhuma (eż: X’inhu x-xahar ta’ wara dan?)
o 4. Liema? (eż: Liema huwa l-għalliem l-aktar għal qalbek?)
Sa. Victoria Saliba Xuereb
E. Il-Pronomi Possessivi
Dawn il-pronomi jintużaw biex juru possessjoni – il-ħaġa hija tiegħi.
{eneralment jintużaw wara n-nom stess.
Eż: Dak il-kelb tiegħi.
Il-Kelb tagħha jismu…..
Il-Pronomi
Possessivi
tiegħi
tiegħek
tiegħu
tagħha
tagħna
tagħhom
tagħkom
Sa. Victoria Saliba Xuereb
F. Il-Pronomi Riflessivi
huma ġeneralment użati ma’ verbi li juru azzjoni fuq l-istess kelliem
li jkun qed juża l-verb:
Eż: It-tifel kapaċi jaħsel lilu nnifsu għax m’għadux żgħir
Staqsi lilek innifsek jekk intix qed
tagħmel sew.
Il-Pronomi
Riflessivi
innifsi
innifsek
innifsu
innifisha
infusna
infuskom
infushom
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Il-Mehmużin
Sa. Victoria Saliba Xuereb
2. Il-Pronomi Mehmużin
Tehmeż tfisser: tgħaqqad ħaġa m’oħra
Mela nistgħu ngħidu li l-pronom mehmuż jingħaqad ma’
kliem ieħor
Pronomi li jingħaqdu ma’ kliem ieħor u weħidhom ma
joqogħdux.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
2. Il-Pronomi Mehmużin
jistgħu jingħaqdu kemm ma’ nomi, ma’ verbi u ma’
partiċelli.
o Eż: qalbi, serqek, lilha.
jistgħu jissejħu wkoll suffissi pronominali – żidiet in-naħa ta’ wara tal-
kelma
Sa. Victoria Saliba Xuereb
2. Il-Pronomi Mehmużin
Jagħtuk il-vantaġġ li tgħid kelma flok tnejn: idi flok l-id
tiegħi
Juru li xi ħaġa hija
tiegħi
tiegħek
tiegħu
tagħha
tagħna
tagħkom
tagħhom
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Ejja naqraw storja.....
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Min hu dan?
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
Dan huwa Puttinu. Daqsxejn t’anġlu ċkejken li jimraħ fl-
inħawi taċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo, maġenb l-isptar
Mater Dei.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
F’dan l-isptar tal-onkoloġija hemm sala msemmija għall-qawsalla – Rainbow Ward. F’din is-sala jkun hemm
pazjenti ċkejknin li jkollhom bżonn xi testijiet jew anke
ġieli kura għal xi mard.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
Puttinu flimkien mal-ġenituri tiegħu: m’ommu Angele u missieru Rene
dejjem għaddejjin bil-ħidma bla waqfien ma’ dawn it-tfal
biex jiżguraw illi ma jonqoshom xejn.......
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
Dan iċ-ċkejken Puttinużejjen din is-sala għat-tfal kollha kuluri u logħob biex
iżommhom ferħanin. Hu jara li jgħin lil dawn it-tfal
fil-flus, fl-iskola u f’dak kollu li jkun hemm bżonn.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
Iħobb iferraħhom u ġieli jagħmlilhom xi festin wkoll.
Fil-Milied hu jkun fil-ġenna tal-art għaliex tgħidx kemm
iqassam rigali lil dawn it-tfal li ma jkunux jistgħu jgawdu l-
Milied bħal tfal oħra minħabba l-mard.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
Matul is-sena l-familja ta’ Puttinu jorganizzaw diversi attivitajiet biex jiġbru flus għal dawn il-pazjenti żgħar. Fosthom insibu maratoni tal-
isport u mixja twila fil-Ġimgħa l-Kbira mill-Mellieħa sal-Isla.
Eluf ta’ nies jattendu għal dawn l-attivitajiet.
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Jiena jisimni Puttinu....
Puttinu ma jaħsibx fih innifsu biss iżda anke fl-oħrajn!
Puttinu qalbu tajba u ġeneruż!
Kun qalbek tajba u ġeneruż bħal Puttinu!
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Grazzi talli tgħinu lil Puttinu bid-
donazzjonijiet tagħkom ukoll....
Sa. Victoria Saliba Xuereb
Se nerġgħu naraw il-preżentazzjoni
flimkien.
Oħroġ fulscap, ikteb ismek, id-data, l-klassi u n-
numru tal-indiċi.
Ikteb il-pronomi li jirnexxilek issib mill-
preżentazzjoni u maġenbhom ikteb x’tip ta’
pronom taħseb li hu
EŻ:
Min hu dan? Min = pronom interrogattiv