Top Banner
1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità tagħna u tinsab fejn tinsab fuq il-mappa tad-dinja. Din il-viżjoni komuni tmexxi l-azzjoni li qed nieħdu biex nindirizzaw l-isfidi interkonnessi: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament u l-enerġija sostenibbli. Flimkien, aħna lesti nimplimentaw miżuri konkreti u fit-tul li jipprovdu ambjent ekoloġikament, soċjalment u ekonomikament stabbli għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Hija r-responsabbiltà kollettiva tagħna li nibnu territorji aktar sostenibbli, attraenti, abitabbli, reżiljenti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. AĦNA, IS-SINDKI, NIRRIKONOXXU LI: It-tibdil fil-klima diġà qed iseħħ u huwa waħda mill-ikbar sfidi globali ta' żmienna li jeħtieġ azzjoni u kooperazzjoni immedjati bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali minn madwar id-dinja. L-awtoritajiet lokali huma l-ixprun ewlieni tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil- klima fl-iktar livell ta' governanza qrib taċ-ċittadini. L-awtoritajiet lokali jaqsmu r-responsabbiltà għall- azzjoni fil-qasam tal-klima mal-livelli reġjonali u nazzjonali u huma lesti jieħdu azzjoni irrispettivament mill-impenji ta' partijiet oħrajn. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi kollha u jinsabu fejn jinsabu ġeografikament qegħdin fl -aħjar post biex inaqqsu l- vulnerabbiltà tat-territorju tagħhom għall-impatti varji tat-tibdil fil-klima. Għalkemm l-isforzi għat- tnaqqis tal-emissjoniijet diġà bdew, l-adattament għadu madankollu komplement meħtieġ u indispensabbli għall-mitigazzjoni; Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih jistgħu jwasslu għal benefiċċji varji għall- ambjent, għas-soċjetà u għall-ekonomija. Jekk jiġu indirizzati flimkien, jirriżultaw f'opportunitajiet ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp lokali sostenibbli. Dan jinkludi l-bini ta' komunitajiet inklussivi, reżiljenti għall-klima u effiċjenti fl-użu tal-enerġija; titjieb il-kwalità tal-ħajja; jiġu stimolati l- investiment u l-innovazzjoni; tingħata spinta lill-ekonomija lokali u jinħolqu l-impjiegi; jissaħħu l- parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati; Jekk insibu soluzzjonijiet lokali għall-isfidi tal-enerġija u tal-klima inkunu qed ngħinu biex nipprovdu enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezz raġonevoli għaċ-ċittadini u, għalhekk, inkunu qed nikkontribwixxu biex innaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija u nħarsu l-konsumaturi vulnerabbli. IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA
12

IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

Mar 13, 2021

Download

Documents

dariahiddleston
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

1

Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu

d-daqs tal-lokalità tagħna u tinsab fejn tinsab fuq il-mappa tad-dinja. Din il-viżjoni komuni

tmexxi l-azzjoni li qed nieħdu biex nindirizzaw l-isfidi interkonnessi: il-mitigazzjoni tat-tibdil

fil-klima, l-adattament u l-enerġija sostenibbli. Flimkien, aħna lesti nimplimentaw miżuri

konkreti u fit-tul li jipprovdu ambjent ekoloġikament, soċjalment u ekonomikament stabbli

għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Hija r-responsabbiltà kollettiva tagħna li nibnu

territorji aktar sostenibbli, attraenti, abitabbli, reżiljenti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

AĦNA, IS-SINDKI, NIRRIKONOXXU LI:

It-tibdil fil-klima diġà qed iseħħ u huwa waħda mill-ikbar sfidi globali ta' żmienna li jeħtieġ azzjoni u

kooperazzjoni immedjati bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali minn madwar id-dinja.

L-awtoritajiet lokali huma l-ixprun ewlieni tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-

klima fl-iktar livell ta' governanza qrib taċ-ċittadini. L-awtoritajiet lokali jaqsmu r-responsabbiltà għall-

azzjoni fil-qasam tal-klima mal-livelli reġjonali u nazzjonali u huma lesti jieħdu azzjoni

irrispettivament mill-impenji ta' partijiet oħrajn. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-sitwazzjonijiet

soċjoekonomiċi kollha u jinsabu fejn jinsabu ġeografikament qegħdin fl-aħjar post biex inaqqsu l-

vulnerabbiltà tat-territorju tagħhom għall-impatti varji tat-tibdil fil-klima. Għalkemm l-isforzi għat-

tnaqqis tal-emissjoniijet diġà bdew, l-adattament għadu madankollu komplement meħtieġ u

indispensabbli għall-mitigazzjoni;

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih jistgħu jwasslu għal benefiċċji varji għall-

ambjent, għas-soċjetà u għall-ekonomija. Jekk jiġu indirizzati flimkien, jirriżultaw f'opportunitajiet

ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp lokali sostenibbli. Dan jinkludi l-bini ta' komunitajiet inklussivi,

reżiljenti għall-klima u effiċjenti fl-użu tal-enerġija; titjieb il-kwalità tal-ħajja; jiġu stimolati l-

investiment u l-innovazzjoni; tingħata spinta lill-ekonomija lokali u jinħolqu l-impjiegi; jissaħħu l-

parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati;

Jekk insibu soluzzjonijiet lokali għall-isfidi tal-enerġija u tal-klima inkunu qed ngħinu biex nipprovdu

enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezz raġonevoli għaċ-ċittadini u, għalhekk, inkunu

qed nikkontribwixxu biex innaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija u nħarsu l-konsumaturi vulnerabbli.

IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA

Page 2: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

2

AĦNA, IS-SINDKI, GĦANDHA VIŻJONI KOMUNI GĦALL-2050 LI TIMMIRA LEJN:

Territorji dekarbonizzati, sabiex b'hekk it-tisħin globali medju jinżamm sew taħt iż-2°C ogħla

mil-livelli preindustrijali, f'konformità mal-ftehim internazzjonali dwar il-klima li ntlaħaq

f'COP 21 f'Pariġi f'Diċembru 2015.

Territorji iktar reżiljenti, sabiex b'hekk inħejju għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima li

ma nistgħux nevitawhom;

Aċċess universali għal servizzi tal-enerġija għal kulħadd li jkunu sikuri, sostenibbli u

bi prezzijiet raġonevoli, sabiex b'hekk intejbu l-kwalità tal-ħajja u s-sigurtà tal-

enerġija.

SABIEX NIKSBU DIN IL-VIŻJONI, AĦNA S-SINDKI NIKKOMMETTU RUĦNA BIEX:

Innaqsu l-emissjonijiet tas-CO2 (u possibbilment ta' gassijiet oħrajn b'effett ta' serra)

fit-territorju tal-lokalitajiet tagħha għall-inqas b'40% sal-2030, jiġifieri permezz tat-

titjib tal-effiċjenza tal-enerġija u permezz tal-użu akbar tas-sorsi tal-enerġija

rinnovabbli;

Inżidu r-reżiljenza tagħha billi nadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

Naqsmu l-viżjoni, ir-riżultati, l-esperjenza u l-għarfien tagħna mal-awtoritajiet lokali u

reġjonali sħabna fl-UE u lil hinn minnha permezz ta' kooperazzjoni diretta u skambji

bejn il-pari, jiġifieri fil-kuntest tal-Patt Globali tas-Sindki.

Sabiex l-inpenji tal-awtoritajiet lokali tagħna nibdluhom f’azzjoni, se noħduha fuqna li nsegwu l-pjan

direzzjonali pass pass kif ippreżentat fl-anness I, inkluż l-iżvilupp ta' Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija

Sostenibbli u għall-Klima kif ukoll monitoraġġ regolari tal-progress.

AĦNA S-SINDKI NIRRIKONOXXU LI L-IMPENN TAGĦNA JEĦTIEĠ:

Tmexxija politika b'saħħitha;

It-twaqqif ta' objettivi ambizzjużi fit-tul li jmorru lil hinn mill-mandati politiċi;

(Inter)azzjoni kkoordinata bejn il-mitigazzjoni u l-adattament permezz tal-

mobilizzazzjoni tad-dipartimenti lokali kollha involuti;

Approċċ territorjali intersettorjali u olistiku;

L-allokazzjoni tar-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji xierqa;

Il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fit-territorji tagħna;

Page 3: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

3

Li ċ-ċittadini, bħala konsumaturi ewlenin tal-enerġija, isiru "prosumaturi" u

parteċipanti attivi f'sistema tal-enerġija li twieġeb għad-domanda;

Azzjoni immedjata, partikolarment permezz ta' miżuri, flessibbli u "bla dispjaċir";

L-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet intelliġenti biex jindirizzaw l-isfidi tekniċi u soċjali

tat-tranżizzjoni tal-enerġija;

Aġġustamenti regolari tal-azzjonijiet tagħna skont is-sejbiet tal-monitoraġġ u tal-

valutazzjoni;

Kooperazzjoni orizzontali u vertikali kkombinata bejn l-awtoritajiet lokali u mal-livelli l-

oħrajn kollha tal-gvern.

AĦNA, IS-SINDKI, NILQGĦU BI PJAĊIR:

L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tgħaqqad żewġ pilastri tal-ġlieda kontra t-

tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni u l-adattament, u li tkompli ssaħħaħ is-sinerġiji ma'

politiki u ma' inizjattivi relevanti oħrajn tal-UE;

L-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-estensjoni tal-mudell tal-Patt tas-Sindki lil

partijiet oħra tad-dinja permezz tal-Patt Globali tas-Sindki;

L-appoġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni, bħala l-vuċi istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u

reġjonali tal-UE, għall-Patt tas-Sindki u l-għanijiet tagħha;

L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, mir-reġjuni, mill-provinċji, mill-bliet promoturi

u minn strutturi istituzzjonali oħra lill-awtoritajiet lokali biex jikkonformaw mal-

impenji li ħadu bil-Patt tas-Sindki għall-mitigazzjoni u l-adattament.

AĦNA, IS-SINDKI, NISTIEDNU LIL:

‒ AWTORITAJIET LOKALI OĦRA:

Biex jissieħbu magħna fil-komunità tal-Patt tas-Sindki;

Biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jieħdu sehem f'attivitajiet tal-Patt tas-Sindki biex

jinbnew il-kapaċitajiet.

Page 4: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

4

‒ L-AWTORITAJIET REĠJONALI / SUBNAZZJONALI:

Biex jagħtuna gwida strateġika u appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju fl-iżvilupp, fl-

implimentazzjoni u fill-monitoraġġ tal-pjan(ijiet) ta' azzjoni tagħna u l-miżuri relatati;

Biex jgħinuna nkattru l-kooperazzjoni u l-approċċi konġunti għal azzjoni iktar effiċjenti

u integrata.

‒ IL-GVERNIJIET NAZZJONALI:

Biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jagħtu

appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju xieraq għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni

tal-istrateġiji lokali ta' mitigazzjoni u adattament tagħna;

Biex jinvolvuna fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ta' mitigazzjoni

u adattament;

Biex jiżguraw li jkun hemm aċċess xieraq għall-mekkaniżmi ta' finanzjament biex

jappoġġaw l-azzjoni lokali fil-qasam tal-klima u tal-enerġija;

Biex jirrikonoxxu l-impatt tal-isforzi lokali tagħna, iqisu l-bżonnijiet tagħna u jirriflettu l-

fehmiet tagħna fil-proċessi Ewropej u internazzjonali tal-klima.

‒ L-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ:

Biex jikkonsolidaw l-oqfsa politiċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-istrateġiji lokali

tal-klima u tal-enerġija u l-kooperazzjoni bejn l-ibliet;

Biex jagħtuna l-għajnuna operazzjonali, teknika u promozzjonali xierqa;

Biex ikomplu jintegraw il-Patt tas-Sindki fil-politiki, fil-programmi ta' appoġġ u fl-

attivitajiet relevanti tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jinvolvuna fil-fażijiet ta' tħejjija u ta'

implimentazzjoni;

Biex ikomplu joffru opportunitajiet ta' finanzjament għall-implimentazzjoni tal-impenji

tagħna kif ukoll biex jipproponu faċilitajiet apposta għall-għajnuna fl-iżvilupp tal-

proġetti li jgħinuna niżviluppaw, nissottomettu għall-offerti u nvaraw programmi ta'

investiment;

Biex jirrikonoxxu r-rwol u l-isforzi tagħna fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-

adattament għalih u biex jaqsmu l-kisbiet tagħna mal-komunità internazzjonali.

Page 5: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

5

‒ PARTIJIET IKKONĊERNATI OĦRA1:

Biex jimmobilizzaw u jaqsmu l-għarfien, l-esperjenza, it-teknoloġija u r-riżorsi

finanzjarji li jikkomplementaw u jsaħħu l-isforsi lokali tagħna, li jżidu l-bini tal-

kapaċitajiet, li jkattru l-innovazzjoni u li jagħtu spinta lill-investiment;

Biex isiru atturi attivi fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jappoġġawna billi jinvolvu ruħhom

fl-azzjoni komunitarja.

1 Eż. is-settur privat, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-soċjetà ċivili, il-komunità xjentifika and l-qasam akkademiku.

Page 6: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

6

ANNESS I

IL-PROĊESS PASS PASS TAL-PATT TAS-SINDKI U L-PRINĊIPJI TA'

GWIDA

PJAN DIREZZJONALI KOMUNI GĦAL VIŻJONI KOMUNI:

Sabiex jilħqu l-miri tagħhom għall-mitigazzjoni u għall-adattament, il-Firmatarji tal-Patt tas-Sindki

qed jikkomettu rwieħhom għal għadd ta' passi:

PASSI \ PILASTRI MITIGAZZJONI ADATTAMENT

1) Bidu u analiżi

tal-bażi ta'

referenza

Tħejjija ta' Inventarju tal-

Emissjonijiet ta' Referenza

Tħejjija ta' Valutazzjoni tar-Riskji u

tal-Vulnerabbiltà minħabba t-Tibdil

fil-Klima

2) Iffissar u ppjanar

tal-miri strateġiċi

Il-preżentazzjoni ta' Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-

Klima (SECAP, Sustainable Energy and Climate Action Plan)

u l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet tal-mitigazzjoni u tal-adattament*

fil-politiki, fl-istrateġiji u fil-pjanijiet rilevanti

fi żmien sentejn mid-deċiżjoni tal-kunsill lokali

3)

Implimentazzjoni,

monitoraġġ u

rappurtar

Rappurtar tal-progress kull sentejn mill-għoti tas-SECAP

fil-pjattaforma tal-inizjattivi

* L-istrateġija tal-adattament għandha tkun parti mis-SECAP u/jew għandha tiġi żviluppata u

integrata f'dokument(i) separat(i). Il-firmatarji jistgħu jagħżlu liema format jippreferu - ara l-paragrafu

dwar "il-mogħdija tal-adattament" hawn taħt.

Is-snin 1 u 2 se jinvolvu x-xogħol tat-tħejjija għall-pjan, u se jiffukaw fuq il-valutazzjoni tas-

sitwazzjoni (l-għejun ewlenin tal-emissjonijiet u l-potenzjali rispettivi tagħhom għat-tnaqqis, ir-riskji u

l-vulnerabbiltajiet klimatiċi ewlenin u l-isfidi attwali/futuri assoċjati magħhom), fuq l-identifikazzjoni

tal-prijoritajiet għall-mitigazzjoni u għall-adattament u l-ewwel suċċessi, fuq it-tisħiħ tal-

parteċipazzjoni tal-komunità u l-mobilizzazzjoni ta' biżżejjed riżorsi u kapaċitajiet biex jittieħdu l-

azzjonijiet meħtieġa. Is-snin ta' wara se jiffukaw fuq it-tisħiħ u ż-żieda gradwali tal-azzjonijiet u tal-

proġetti mibdija biex il-bidla tiġi aċċellerata.

Page 7: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

7

MOGĦDIJIET FLESSIBBLI, AĠĠUSTABBLI GĦAR-REALTAJIET LOKALI:

Il-Patt tas-Sindki jistabbilixxi qafas għall-azzjoni, li jgħin lill-awtoritajiet lokali jibdlu l-ambizzjonijiet

tagħhom għall-mitigazzjoni u għall-adattament f'realtà, filwaqt li jqis id-diversità li hemm fil-prattika.

Il-lokalitajiet firmatarji jingħataw il-flessibbiltà biex jagħżlu l-aħjar mod biex jimplimentaw l-azzjonijiet

lokali tagħhom. Anki jekk il-prijoritajiet tagħhom ivarjaw, l-awtoritajiet lokali huma mistiedna jieħdu

azzjoni b'mod integrat u olistiku.

‒ Il-Mogħdija tal-Mitigazzjoni

Il-"mogħdija" tal-mitigazzjoni takkomoda ċertu ammont ta' flessibbiltà għall-firmatarji - speċjalment

għall-inventarju tal-emissjonijiet (eż. is-sena ta' referenza, is-setturi ewlenin li għandhom jiġu

indirizzati, il-fatturi tal-emissjonijiet użati għall-kalkoli, l-unità tal-emissjonijiet użata għar-rappurtar2,

eċċ.).

‒ Il-Mogħdija tal-Adattament

Il-"mogħdija" tal-adattament tinżamm flessibbli biżżejjed biex tintegra l-għarfien il-ġdid u s-sejbiet il-

ġodda u biex tirrifletti l-kundizzjonijiet mibdula u l-ħiliet tal-firmatarji. Għandha ssir valutazzjoni tar-

riskji u l-vulnerabbiltajiet klimatiċi fi żmien il-perjodu ta' sentejn miftiehem. Ir-riżultati mbagħad ikunu

l-bażi għal kif it-territorju jista' jsir iktar reżiljenti. L-istrateġija ta' adattament, li għandha tiġi integrata

fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima u/jew integrata fid-dokumenti rilevanti l-

oħra tal-ippjanar, tista' tiġi msaħħa u aġġustata maż-żmien. L-azzjonijiet "bla dispjaċir" jistgħu

jitqiesu l-ewwel u mbagħad jiġu kkumplementati b'azzjonijiet oħra maż-żmien (eż. meta s-

sitwazzjoni tiġi rivalutata kull sentejn, matul ir-reviżjonijiet tal-pjan ta' azzjoni) - dan jippermetti li l-

adattament isir f'waqtu u b'inqas spejjeż.

2 Il-firmatarji jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw l-emissjonijiet tagħhom f'CO2 (diossidu tal-karbonju) jew f'ekwivalenti ta' CO2. B'dan

tal-aħħar ikunu jistgħu jqisu l-emissjonijiet ta' gassijiet oħra b'effett ta' serra, partikolarment is-CH4 (il-metan) u l-N2O (l-ossidu nitruż).

Mogħdija tal-mitigazzjoniMogħdija tal-adattament flessibbli

1) Analiżi tal-bażi ta'

referenza

2) Iffissar u ppjanar tal-miri

strateġiċi

Rapport tal-Monitoraġġ

Impenn Politiku

Sena 2Sena 0

Sena 4/6/8… (kull sentejn)

Tejjeb il-fehim

3) Implementazzjoni,

monitoraġġ u rapportar

Pjan ta' Azzjoni

Page 8: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

8

MOVIMENT KREDIBBLI U TRASPARENTI:

Appoġġ politiku: L-impenn, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-

Klima u d-dokument rilevanti l-oħra tal-ippjanar għandhom jiġu ratifikati

b'riżoluzzjoni / deċiżjoni tal-kunsill lokali. B'hekk, ikun hemm appoġġ politiku fit-tul

assigurat.

Qafas b'saħħtu, konsistenti, trasparenti u armonizzat għall-ġbir u għar-

rappurtar tad-dejta: Abbażi tal-esperjenza bil-lokalitajiet, bir-reġjuni u bin-netwerks

tal-ibliet, il-metodoloġija tal-Patt tas-Sindki sserraħ fuq bażi teknika u xjentifika

b'saħħitha li ġiet żviluppata mal-Kummissjoni Ewropea. Ġew żviluppati prinċipji

metodoloġiċi komuni u mudelli tar-rappurtar sabiex il-fimatarji jkunu jistgħu

jivverifikaw, jirrappurtaw u jippubblikaw il-progress tagħhom b'mod strutturat u

sistematiku. Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima jiġi

ppubblikat fil-profil online tal-firmatarju fuq is-sit web tal-Patt tas-Sindki. Dan jiżgura

li l-azzjonijiet klimatiċi lokali tagħhom ikunu trasparenti, affidabbli u komparabbli.

Rikonoxximent u viżibilità kbira tal-isforzi li jsiru: Ir-riżultati individwali u kollettivi

miġbura permezz tal-mudelli tar-rappurtar se jkunu disponibbli għall-pubbliku -

jiġifieri fuq is-sit web tal-Patt tas-Sindki - biex jispiraw u jiffaċilitaw l-iskambji u l-

awtovalutazzjoni. Bir-rappurtar tad-dejta permezz tal-Patt tas-Sindki, il-firmatarji se

jkunu jistgħu juru l-impatt wiesa' tal-azzjonijiet tagħhom fil-prattika. Id-dejta miġbura

mill-qafas tar-rappurtar tal-Patt tas-Sindki tagħti wkoll feedback essenzjali dwar l-

azzjonijiet lokali lil-leġiżlaturi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali.

Valutazzjoni tad-dejta rrappurtata mill-firmatarji: Dan il-kontroll tal-kwalità

jikkontribwixxi biex il-kredibilità u l-affidabbiltà tal-inizjattiva sħiħa tal-Patt tas-Sindki

jkunu garantiti.

Sospensjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità: Il-firmatarji jaċċettaw li, f’każ li d-

dokumenti msemmija hawn fuq (jiġifieri l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli

u għall-Klima u r-Rapporti tal-Progress) ma jingħatawx fl-iskadenzi stabbiliti, jiġu

sospiżi mill-inizjattiva – soġġett għal notifika minn qabel bil-miktub mingħand l-

Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki. Din il-proċedura tiżgura t-trasparenza, is-solidità u l-

ġustizzja mal-firmatarji l-oħra li jwettqu l-impenji tagħhom.

Page 9: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

9

ANNESS II

SFOND U KUNTEST

Il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki jikkomettu ruħhom għall-moviment b'għarfien sħiħ ta' dan li ġej:

Fil-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tiegħu, il-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-

Klima (l-IPCC) afferma mill-ġdid li t-tibdil fil-klima huwa reali u li l-attività tal-

bniedem qed tkompli taffettwa l-klima tad-dinja;

Skont is-sejbiet mill-IPCC, il-mitigazzjoni u l-adattament huma approċċi

komplementari għat-tnaqqis tar-riskji tal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq skali taż-żmien

differenti;

Il-gvernijiet nazzjonali qablu fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil

fil-Klima (l-UNFCCC) dwar l-għan kollettiv li t-tisħin medju globali jinżamm sew taħt

iż-2°C meta mqabbel mal-livelli preindustrijali;

Il-gvernijiet nazzjonali qablu fil-kuntest tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti Rio+20

dwar ġabra ta' Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs); fost l-oħrajn l-SDG7 tirrikjedi li

l-komunità internazzjonali "tiżgura li jkun hemm aċċess għal enerġija affidabbli,

sostenibbli, moderna u bi prezz raġonevoli għal kulħadd"; l-SDG11 tirrikjedi li "l-

ibliet u l-postijiet fejn stabilixxew ruħhom il-bnedmin ikunu inklussivi, sikuri, reżiljenti

u sostenibbli" u l-SDG13 tirrikjedi li "tittieħed azzjoni urġenti kontra t-tibdil fil-klima u

l-impatti tiegħu";

L-inizjattiva Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd, imnedija mis-Segretarju Ġenerali tan-

NU fl-2011, tiffoka fuq il-ksib ta' dawn it-tliet għanijiet relatati sal-2030: "li tiżgura l-

aċċess universali għal servizzi tal-enerġija moderni", "li tirdoppja r-rata globali tat-

titjib fl-effiċjenza tal-enerġija" u "li tirdoppja s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-

taħlita globali tal-enerġija";

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) nediet il-Patt tas-Sindki fl-2008 u, bħala azzjoni

ewlenija tal-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (KE, 2013), l-

inizjattiva "Mayors Adapt" fl-2014 biex tinvolvi u tappoġġa l-awtoritajiet lokali huma

u jieħdu azzjoni biex rispettivament jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jadattaw ruħhom

għalih;

Mindu ġie ffurmat, il-Patt tas-Sindki ġie rikonoxxut bħala strument ewlieni tal-UE, u

dan ġie rikonoxxut partikolarment fl-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija (KE, 2015) u l-

istrateġija Ewropea tas-Sigurtà tal-Enerġija (KE, 2014), biex jaċċelleraw it-

tranżizzjoni tal-enerġija u jtejbu s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija;

Page 10: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

10

F'Ottubru 2014, l-UE adottat il-Qafas ta' Politika għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 li

jiffissa miri ġodda għall-klima u għall-enerġija: mill-inqas 40% ta' tnaqqis domestiku

fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, mill-inqas 27% tal-enerġija kkunsmata

fl-UE għandha tiġi minn għejun rinnovabbli, mill-inqas 27% ta' ffrankar fl-enerġija;

Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-"Pjan Direzzjonali għal Ekonomija

Kompetittiva b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju fl-2050" bil-għan li tnaqqas

l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE b'bejn 80 u 95% sal-2050 meta

mqabbel mal-1990 - inizjattiva milqugħa wkoll mill-Parlament Ewropew u mill-

Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE (KtR) jisħaq dwar l-impenn rinfurzat tiegħu biex ikompli

jappoġġa l-Patt tas-Sindki, eż. permezz ta' pjattaforma apposta fil-KtR u għodod

oħra, kif deskritt fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Futur tal-Patt (ENVE-VI-006).

Page 11: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

11

ANNESS III

GLOSSARJU

Adattament: l-azzjonijiet meħuda biex jantiċipaw l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, biex

jipprevjenu jew inaqqsu kemm jista' jkun il-ħsara li jikkawżaw, jew biex japprofittaw mill-

opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu.

Tibdil fil-klima: kwalunkwe tibdil fil-klima maż-żmien, kemm jekk minħabba l-varjabbiltà

naturali jew b'riżultat tal-attività tal-bniedem.

Inventarju tal-emissjonijiet: il-kwantifikazzjoni tal-ammont ta' emissjonijiet ta' gassijiet

b'effett ta' serra (CO2 jew ekwivalenti għas-CO2) minħabba l-konsum tal-enerġija fit-

territorju ta' firmatarju tal-Patt tas-Sindki matul sena partikolari - din tippermetti li jiġu

identifikati l-għejun prinċipali tal-emissjonijiet u tal-potenzjali tat-tnaqqis rispettivi

tagħhom.

Mitigazzjoni: l-azzjonijiet meħuda biex inaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b'effett ta'

serra li jiġu rilaxxati fl-atmosfera.

Rapport ta' Monitoraġġ: dokument li l-firmatarji tal-Patt tas-Sindki qed jimpenjaw ruħhom li

jibagħtu kull sentejn wara l-għoti tas-SECAP tagħhom, u li jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati

interim tal-implimentazzjoni tiegħu - l-għan ta' dan ir-rapport huwa li jsegwi l-kisbiet tal-

objettivi previsti.

Għażliet (ta' adattament) bla dispjaċir: attivitajiet li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi u

ambjentali immedjati. Dawn ikunu vallapena fix-xenarji klimatiċi plawżibbli kollha.

Prosumaturi: Konsumaturi proattivi li, minbarra li jikkunsmaw l-enerġija, jassumu wkoll ir-

responsabbiltà għall-produzzjoni tagħha.

Reżiljenza: il-kapaċità ta' sistema soċjali jew ekoloġika li tassorbi d-disturbi filwaqt li żżomm

l-istess modi bażiċi ta' funzjonament, u l-kapaċità li tadatta għall-istress u għall-bidla

(klimatika).

Valutazzjoni tar-Riskji u tal-Vulnerabbiltà: analiżi li tiddetermina n-natura u l-livell tar-

riskju billi tanalizza l-perikli potenzjali u tivvaluta l-vulnerabbiltà li jistgħu jkunu ta' theddida

jew ta' ħsara potenzjali għan-nies, għall-proprjetà, għall-għajxien tan-nies, u għall-

ambjent li jiddependu minnu - din tippermetti l-identifikazzjoni tal-oqsma ta' tħassib kritiku

u għalhekk tipprovdi informazzjoni biex jiġu bbażati d-deċiżjonijiet fuqhom. Il-valutazzjoni

tista' tindirizza r-riskji marbuta mal-għargħar, mat-temperaturi estremi u perjodi ta' sħana

kbira, nixfa u skarsezza tal-ilma, maltempati u ma' avventimenti estremi oħra tat-temp,

ma' żieda fin-nirien tal-foresti, ma' żieda fil-livell tal-baħar u mal-erożjoni kostali (jekk

ikunu applikabbli).

Riskju: il-probabilità ta' konsegwenzi dannużi jew telf f'termini soċjali, ekonomiċi jew

ambjentali (eż. ħajjiet, status tas-saħħa, għajxien, assi u servizzi) li jistgħu jseħħu lil

Page 12: IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA · 2017. 10. 26. · 1 Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu d-daqs tal-lokalità

12

komunità jew lil soċjetà partikolari minħabba kundizzjonijiet vulnerabbli fuq perjodu ta'

żmien speċifikat fil-futur.

Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima (SECAP, Sustainable Energy

and Climate Action Plan): dokument ewlieni li fih firmatarju tal-Patt tas-Sindki jiddeskrivi

kif biħsiebu jwettaq l-impenji tiegħu. Jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta'

adattament biex jintlaħqu l-miri, flimkien mal-iskedi taż-żmien u mar-responsabilitajiet

assenjati.

Vulnerabbiltà: il-livell sa fejn sistema tkun suxxettibbli għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima

- bħall-varjabilità klimatika u l-estremi - u ma tkunx tiflaħ għalihom (l-oppost tar-

reżiljenza).