This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 1 minn 13
ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,
RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2018
IL-PRIMARJA IL-MALTI BĦALA LINGWA
BARRANIJA IL-ĦIN:
Siegħa u Nofs
L-isem u l-kunjom: ___________________________ Il-klassi: ___________
Paġna 2 minn 13 Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018
A. IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI
Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha. Read the following passage and then answer the questions about it.
Ir-raħal fejn noqgħod Jisimni Thaina. Jiena twelidt il-Portugall u noqgħod Buġibba.
Buġibba huwa raħal li jinsab fit-Tramuntana ta’ Malta.
Huwa jinsab ħdejn il-baħar. Jiena noqgħod fil-pjazza u
mit-tieqa tal-kamra tiegħi nara l-Gżejjer ta’ San Pawl,
parti minn Kemmuna u parti minn Għawdex. Tassew
għandi veduta sabiħa! Inħossni ffortunata li noqgħod
f’raħal u f’dar li jinsabu ħdejn il-baħar. (paragrafu 1)
F’Buġibba hemm ħafna ħwienet, faċilitajiet u attrazzjonijiet. Hemm port żgħir li
fis-sajf ikun mimli b’dgħajjes ta’ kull kulur, ċinema b’ħafna swali, akkwarju kbir
b’ħut differenti, bandli, lukandi, ħwienet li jbigħu affarijiet differenti, ġelateriji,
kafetteriji, restoranti, banek, kappelli u venda tal-karozzi tal-linja. Fit-triq tiegħi
hemm spiżerija, furnar, l-għassa tal-pulizija, ħanut tal-merċa u ġnien pubbliku.
Wara l-iskola spiss immur f’dan il-ġnien biex noqgħod nilgħab mal-ħbieb tiegħi
bir-rota jew bil-ballun. (paragrafu 2)
Buġibba huwa raħal tassew sabiħ u għalkemm fis-sajf ikun mimli bin-nies jieklu,
jixorbu, jippassiġġaw, jiżfnu u jiddevertu mal-qraba u l-ħbieb, fix-xitwa jkun
kważi vojt. Kulma tisma’ huwa biss il-ħoss tal-mewġ li b’saħħa kbira jaħbat
mal-blat. (paragrafu 3)
____ 15
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 3 minn 13
IL-MISTOQSIJIET DWAR IS-SILTA A1. Wieġeb il-mistoqsijiet dwar l-ewwel paragrafu billi timmarka t-tajba. (4 marki) A1. Answer the questions about the first paragraph by ticking the correct answer .
1. X’jisimha t-tifla ta’ din is-silta?
a. Sara b. Thaina ċ. Marija d. Rita
2. F’liema pajjiż twieldet din it-tifla?
a. f’Malta b. f’Għawdex ċ. f’Kemmuna d. fil-Portugall 3. F’liema naħa ta’ Malta jinsab ir-raħal li toqgħod fih din it-tifla?
a. Buġibba jinsab fit-Tramuntana ta’ Malta.
b. Buġibba jinsab fin-Nofsinhar ta’ Malta.
ċ. Buġibba jinsab fil-Punent ta’ Malta.
d. Buġibba jinsab fil-Lvant ta’ Malta.
4. X’tara mit-tieqa tal-kamra tagħha?
a. Mit-tieqa tal-kamra tagħha hija tara Sqallija kollha, parti minn Kemmuna u parti kbira minn Spinola.
b. Mit-tieqa tal-kamra tagħha hija tara l-Belt Valletta, il-Mosta u parti kbira min-Naxxar.
ċ. Mit-tieqa tal-kamra tagħha hija tara l-Gżejjer ta’ San Pawl, parti minn Kemmuna u parti minn Għawdex.
d. Mit-tieqa tal-kamra tagħha hija tara l-Imsida, l-Imdina u parti mill-Port il-Kbir.
Paġna 4 minn 13 Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018
A2. Wieġeb il-mistoqsijiet dwar it-tieni paragrafu billi timla l-vojt b’kelma. (6 marki) A2. Answer the questions about the second paragraph by filling in the blanks with a word.
5. F’Buġibba hemm ħafna ħwienet, faċilitajiet u attrazzjonijiet. Fost dawn
_________________________ u _________________________.
6. Fit-triq fejn toqgħod Thaina hemm _________________________ minn
fejn tixtri l-ħobż frisk kuljum.
7. Wara l-iskola Thaina spiss tmur tilgħab mal-ħbieb tagħha
fil-_________________________ li hemm fit-triq tagħha.
A3. Wieġeb il-mistoqsijiet dwar it-tielet paragrafu billi timmarka Veru/Falz. (3 marki) A3. Answer the questions about the third paragraph by ticking True/False.
Skont Thaina: Veru Falz
8. Buġibba huwa raħal kbir u ikrah.
9. Fil-ħarifa Buġibba jkun mimli bin-nies u t-turisti.
10. Fix-xitwa f’Buġibba jinstema’ biss il-ħoss tal-mewġ. A4. Wieġeb il-mistoqsijiet dwar is-silta kollha billi tniżżel dak mitlub. (2 marki) A4. Answer the questions about the entire passage by writing down the required information.
11. Skont Thaina, liema huwa l-istaġun li fih Buġibba jkun fih ħafna attivitajiet?
Skont Thaina l-istaġun li fih ir-raħal fejn toqgħod ikun fih ħafna attivitajiet huwa _________________________.
12. Skont Thaina, liema huwa l-istaġun li fih Buġibba jkun hemm il-kwiet u jkun kważi vojt?
Skont Thaina l-istaġun li fih Buġibba jkun hemm il-kwiet u jkun kważi vojt huwa _________________________.
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 5 minn 13
B. IL-LINGWA
B1. Ikteb l-erba’ ittri tal-alfabett neqsin: in-numri 3, 7, 9 u 29 tal-alfabett Malti. Il-kumplament tal-ittri nħadmu. (2 marki) B1. Write down the four missing letters of the Maltese alphabet: letter numbers 3, 7, 9 and 29. The rest of the letters have been done for you.
____ 10
Paġna 6 minn 13 Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018
B2. Immarka n-nom komuni minn kull sentenza. L-ewwel waħda (0) nħadmet bħala eżempju. (marka) B2. Mark the common noun from each sentence. The first one (0) has been done for you as an example.
0. Il-kelb jismu Ġiġi. a. il- b. kelb ċ. jismu d. Ġiġi
1. Jien ngħix f’dar kbira. a. jien b. ngħix ċ. dar d. kbira
2. Dak il-ġnien żgħir. a. dak b. il- ċ. ġnien d. żgħir
B3. Immarka l-pronom personali/dimostrattiv it-tajjeb mis-sentenza mogħtija. L-ewwel waħda (0) nħadmet bħala eżempju. (marka) B3. Mark the correct personal/demonstrative pronoun from the sentence provided. The first one (0) has been done for you as an example.
0. Oħti jisimha Klara. a. jiena b. hija ċ. aħna
1. Inti u missierek timxu ħafna. a. inti b. huwa ċ. intom
2. Il-klassi tagħna hija sabiħa. a. dik b. dak ċ. dawk
B4. Qabbel kull sentenza dwar il-ħin mal-istampa t-tajba billi tikteb in-numru t-tajjeb quddiem is-sentenza. (2 marki) B3. Match each sentence about the time with the correct picture by writing the correct number before the sentence.
___ a. Fis-sagħtejn John joqgħod jaqra minn fuq il-kompjuter. ___ b. Fil-ħdax ta’ filgħaxija Rita taħsel snienha. ___ ċ. Fis-sebgħa u nofs Mark u Marija jieklu l-ħobż u jixorbu t-te. ___ d. Fit-tmienja ta’ filgħodu Klara taħsel idejha fis-sink tal-kamra tal-banju.
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 7 minn 13
B5. Kompli dawn is-sentenzi billi taqta’ linja taħt il-kelma t-tajba fil-parentesi. L-ewwel waħda (0) nħadmet bħala eżempju. (4 marki) B5. Complete the following sentences by underlining the correct word in the brackets. The first one (0) has been done for you as an example.
0. Aqta’ linja taħt l-artiklu t-tajjeb:
Bonġu. Jisimni Mark. Jiena nħobb (il-, l-, in-) annimali. (Il-, L-, Id-) dar għandi kelb, qattus, żewġ għasafar u vaska bil-ħut tal-ilma ħelu.
1. Aqta’ linja taħt in-numru kardinali t-tajjeb:
Milo, il-kelb, għandu 5 (ħamsa, ħames, ħamest) snin u Nelly, il-qattusa, għandha 9 (disa’, disgħa, disat).
2. Sib żewġ eżempji ta’ plural sħiħ u aqta’ linja taħthom. Jien inqatta’ ħafna ħin mal-annimali tiegħi. Is-sigħat itiru meta nkunu flimkien.
3. Sib żewġ eżempji ta’ għadd imtenni u aqta’ linja taħthom. Milo għandu għajnejn ħodor. Nelly għandha widnejn twal.
4. Aqta’ linja taħt l-imperattiv : Meta noħroġ lil Milo ngħidlu, (“Imxi”, “Jimxu”, “Imxew”) u
jitlaq ħdejn il-bieb ta’ barra. Kif niġu lura, ngħid lil Nelly, (“Ġew”, “Ejja”, “Tiġi”); u tiġi ħdejja biex
infissidha.
Paġna 8 minn 13 Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018
Ċ. IL-KITBA
Agħżel waħda minn Ċ1, waħda minn Ċ2 u waħda minn Ċ3. Choose one from C1, one from C2 and one from C3.
Ċ1. Agħżel lista (i) jew lista (ii). (5 marki) C1. Choose either list (i) or list (ii).
(i) Lista 1: Lista tal-partijiet tal-wiċċ. Imla l-vojt billi tagħżel il-kelma t-tajba mil-lista. Għandek 2 kelmiet żejda. (i) List 1: Parts of the face. Fill in the blanks by choosing the correct word from the list. There are 2 extra words.
i. Lista tal-partijiet tal-wiċċ Waqt attività sportiva, l-għalliema talbitna biex niġru u mmissu b’idna l-leminija dawn il-partijiet tal-ġisem:
moħħ xoffa ras widna xagħar għajn imnieħer is-suf
tal-għajnejn
____ 15
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 9 minn 13
(ii) Lista 2: Lista tal-partijiet tal-ġisem. Imla l-vojt billi tagħżel il-kelma t-tajba mil-lista. Għandek 2 kelmiet żejda. (ii) List 2: Parts of the body. Fill in the blanks by choosing the correct word from the list. There are 2 extra words.
ii. Lista tal-partijiet tal-ġisem
suba’/saba’ għonq id żaqq ġenb irkoppa sieq dahar
Paġna 10 minn 13 Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018
Ċ2. Agħżel invit (i) jew invit (ii). (5 marki) C2. Choose either invitation (i) or invitation (ii).
(i) Invit 1: Invit għall-festin t’għeluq snini. Kompli dan l-invit billi tivvinta l-informazzjoni mitluba. (i) Invitation 1: An invitation for my birthday party. Complete this invitation by adding the required information.
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 11 minn 13
(ii) Invit 2: Invit għal jum t’attivitajiet kreattivi. Kompli dan l-invit billi tivvinta l-informazzjoni mitluba. (i) Invitation 1: An invitation for a day of creative activities. Complete this invitation by adding the required information.
Paġna 12 minn 13 Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018
Ċ3. Agħżel stampa (i) jew stampa (ii). (5 marki) C3. Choose either picture (i) or picture (ii).
(i) Stampa 1: Il-programm favorit tiegħi Ħares lejn din l-istampa u ikteb 5 sentenzi dwarha. (i) Picture 1: My favourite tv programme. Look at the following picture and write 5 sentences about it.
Il-Malti bħala Lingwa Barranija – Il-Kitba – Il-Primarja – Livell A1 – 2018 Paġna 13 minn 13
(ii) Stampa 2: Messaġġ fuq il-mowbajl. Ħares lejn dan il-mowbajl u ikteb messaġġ ta’ ħames sentenzi lill-ħabib/ħabiba tiegħek. (ii) Picture 2: An sms to a friend. Look at the following mobile and write an sms of 5 sentences to your friend.