Top Banner
Issiru bħal allat, li jafu t-tajjeb Qari mill- Ktieb tal- Ġenesi Ġen 3, 1-8
28

I ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Feb 07, 2016

Download

Documents

arnie

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 3 , 1- 8. I ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin. Is-serp kien l-aktar wieħed li ji l ħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara: “Tassew li Alla qalilkom: ?” - PowerPoint PPT Presentation
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Issiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

Ġen 3, 1-8

Page 2: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Is-serp kien l-aktar wieħed li jilħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara:“Tassew li Alla qalilkom:

<La tiklux mis-siġar

Page 3: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

kollha tal-ġnien>?” U l-mara wieġbet lis-serp:

“Mill-frott tas-siġar fil-ġnien nistgħu nieklu. Imma mill-frott li hemm

f’nofs il-ġnien, Alla qalilna: <La tiklux

Page 4: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

minnu, u lanqas ma għandkom tmissuh, inkella

tmutu.>”U s-serp qal lill-mara:

“Le, żgur ma tmutux. Imma Alla jaf li dakinhar

li tieklu minnu jinfetħu

Page 5: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

għajnejkom u ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u

l-ħażin.”U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajrek biex tikseb

Page 6: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

id-dehen; u ħadet mill-frott u kielet. Imbagħad tat ukoll lil żewgħa, li kien magħha, u kiel. U nfetħu għajnejhom it-tnejn u ntebħu li kienu għerja, u ħietu weraq tat-tin, u

Page 7: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

għamlu iħżma.U semgħu ħoss il-Mulej Alla jitlajja fil-ġniengħaż-żiffa tal-jum, u nħbew Adam u martu minn wiċċ il-Mulej Alla qalb is-siġar tal-ġnien.

Page 8: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 9: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Salm Responsorjali

R:/ Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura

Page 10: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,

li għandu d-dnub tiegħu mistur!

Page 11: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu

l-Mulej, u ma għandu ebda qerq

f’qalbu!

Page 12: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

Page 13: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,

u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.

Page 14: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.”

U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.

Page 15: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

Page 16: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Għalhekk kull min hu twajjeb

lilek jitlob fi żmien in-niket.

Jekk ifuru ilmijiet kotrana,

lilu qatt ma jilħquh.

Page 17: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

Page 18: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni,

iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.

Page 19: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

Page 20: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Iftħilna qalbna Mulej, biex nifhmu

l-kelma ta’ Ibnek.Hallelujah, Hallelujah

Page 21: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 7, 31-37

R:/ Glorja lilekMulej

Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.

Page 22: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh

Page 23: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema,

Page 24: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

tniehed tnehida, u qallu:“Effata”

jiġifieri:“Infetaħ!”

U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem

Page 25: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

sewwa.Ġesù wissiehom biex jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh. U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu:

Page 26: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

“Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox

u l-kliem lill-imbikkmin!”

Page 27: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 28: I ssiru bħal allat,  li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

ĦSIEB