leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] IS-SINONIMI: dawn ifissru l-istess xaqqaq, fired, qasam, qata’ ħanin, ġentili, twajjeb, ħelu sinċier, onest, twajjeb, ġenwin barrani, stranġier, frustier, għarib intebaħ, irrealizza, ittenda, induna smin, oħxon, imġissem, imlaħħam, imbaċċaċ kwiet, kalm, sielem, paċifiku, trankwill, sieket, ħiemed għaxqa, gost, delizzju, passatemp, sodsifazzjon, hena, pjaċir xalar, tbaħrid, ferħ, diverment, tgawdija, kuntenzza, għors, hena, allegrija aħrax, krudil, kiefer, feroċi, qalil, selvaġġ, żorr, imqit, goff, iebes, skabruż, aspru Għaliex niktbu hekk?... Għaliex niktbu hekk?... Kif niktbuh il-plural ta’ ragħaj : ragħajja jew rgħajja? Il-plural huwa ragħajja, u l-mudell hu qarrejja. Ftakar biss li l-għ ma sta’ qa ġi rduppjata fil-kitba. Issa ara dawn l-eżempji bil-mudell imħaddem: Il-qarrej jaqra. Ir-ragħaj jirgħa. Il-qarrejja taqra. Ir-ragħajja rgħa. Il-qarrejja jaqraw. Ir-ragħajja jirgħaw. Issa ħalliha li f’Malta ragħajja ftit li xejn fadal u n-numru ta’ qarrejja qed jonqos! [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected]