Top Banner
FRAR 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu li nxtered għal kulħadd. Dan huwa d-distintiv tan-Nisrani u għalhekk verament fis-Salib ta’ Kristu l-Insara, Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti, isibu l-għaqda tagħhom: “U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.” (Ġw 12:32). Fr. Charles Buttigieg
61

FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

May 03, 2018

Download

Documents

phungthuy
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

FRAR 2018

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu li nxtered għal kulħadd. Dan huwa d-distintiv tan-Nisrani u għalhekk verament fis-Salib ta’ Kristu l-Insara, Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti, isibu l-għaqda tagħhom: “U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.” (Ġw 12:32).

Fr. Charles Buttigieg

Page 2: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa għal dan ix-xahar:

Universali: Ngħidu “Le” għall-Korruzzjoni

Biex dawk kollha li għandhom xi tip ta’ poter, sew materjali, politiku jew spiritwali, jirreżistu l-ġibda tal-korruzzjoni.

Dati importanti għax-xahar ta’ Frar : 2 ta’ Frar: Il-Preżentazjoni tal-Mulej. 11 ta’ Frar: Jum il-Morda. Festa tal-Madonna ta’ Lourdes - L-Ewwel Dehra. 14 ta’ Frar: L-Erbgħa tal-Irmied. Bidu tar-Randan 18 ta’ Frar: L-Ewwel Ħadd tar-Randan 26 ta’ Frar: Jum ta’ talb għall-Vokazzjonijiet Lasalljani Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Frar tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- FRAR 2018 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista De La Salle

Page 3: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 1 ta’ Frar

Santa Briġida tal-Irlanda San Henry Morse – Ġiżwita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Slaten 2: 1-4.10-12 Jien wasalt biex naqbad it-triq li minnha

jgħaddi kulħadd. 2. Salm: 1 Kronaki 29: 10-12 Mulej int taħkem fuq kollox. 3. Mark 6: 7-13 Kristu kellu jqum mill-imwiet.

SANTA BRIĠIDA TA’ KILDARE, L-IRLANDA (452-524) Santa Briġida hija l-aktar qaddisa importanti fl-Irlanda, wara San Patrizju. Għexet ħajja ta’ verġni minn ċkunita. Bniet ċella, taħt siġra tal-ballut, li għalhekk jisimha Kill-dara (ċella tal-balluta).

Billi marru jgħixu magħha bosta nisa oħra, għamlu komunità ta’ sorijiet, li kellha ħafna friegħi oħra mxerrdin fl-Irlanda kollha u li baqgħu jagħarfu ’l Briġida bħala l-madre badissa tagħhom.

In-nisa li kienu jissieħbu magħha fid-diversi monasterji kienu l-biċċa l-kbira nisa ta’ klassi għolja. Kellhom magħhom patrijiet li kienu joffrulhom is-servizzi Liturġiċi, u anke xogħol manwali ta’ kull xorta.

Santa Briġida kienet magħrufa għat-tjubija tagħha, l-għaqal li kienet turi biex tgħin lill-miżżewġin fil-problemi tagħhom.

Is-Salib ta’ Santa Briġida: hija kienet għamlet salib bil-friegħi tal-gummar biex jipproteġi lill-kap tat-tribù li kien marid. Din il-kwalità ta’ salib wieħed għadu jarah imdendel mad-djar u bini ieħor lejliet il-festa tagħha, biex ibiegħed il-pajjiż min-nar u biex jgħin lin-ngħaġ li kienu ser iwelldu l-ħrief.

Il-fama ta’ Santa Briġida ta’ Kildare nxterdet mal-Ewropa mill-pellegrini Irlandiżi u missjunarji, u ħafna knejjes ġew mibnija f’ġieħha: fi Pjaċenza fl-Italja u speċjalment fil-Bretanja fi Franza.

L-isem tagħha jfisser ħafna u stmat min-nisa Irlandiżi. L-Irlanda pproklamat btala nazzjonali f’ġieħ in-nisa Irlandiżi. Bosta knejjes fl-Ingilterra u fl-Iskozja huma ddedikati għaliha, fosthom St.

Bride ta’ Fleet Street, Londra. Riflessjoni: Meta Alla jagħti din il-grazzja l-ewwel darba, il-Maestà Tiegħu jogħġbu juri lilu nnifsu lir-ruħ permezz ta' viżjoni immaġinarja tal-Umanità l-aktar qaddisa tiegħu, biex ir-ruħ tifhem sewwa li tkun qiegħda tirċievi dan id-don hekk għoli, u ma tibqax bla ma tagħraf dan. Jista' jkun li lil xi oħrajn din il-grazzja tingħata taħt xi sura oħra, iżda lil dik li semmejt [jiġifieri hi nfisha], ingħatatilha b'dan il-mod li ġej. Il-Mulej uriha lilu nnifsu meta kienet għadha kif tqarbnet, u wera ruħu f'sura ta' dija li tgħammex, u ta' sbuħija u maestà tal-għaġeb, bħalma kien wara li qam mill-imwiet, u qalilha li kien wasal iż-żmien li hi tgħodd bħala tagħha dak kollu li kien tiegħu,

Page 4: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 3

waqt li hu kien sejjer jieħu ħsieb dak kollu li kien tagħha. Imbagħad żied jgħidilha xi kliem ieħor li huwa aktar biex jinstema' milli biex jixxandar ... Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, silta mill-1 punt

The Resurrection of Jesus Christ is at once very glorious for him and highly advantageous for all the faithful. It is glorious for Jesus Christ, because by it he overcame death. This led Saint Paul to affirm that Jesus Christ was raised up for theglory of his Father and that once risen, he dies no more, because death will no longer have power over him. It is advantageous for us, because it is an assurance of our own resurrection. Certain it is, adds the Apostle, that just as all died in Adam, so too all will rise again in Jesus Christ. According to this same Apostle, it was on this happy day that death was destroyed once and for all. Rejoice with the whole Church over so great a favor, and thank Jesus Christ, our Lord, very humbly for it.

TALBA

Mulej, inti d-dawl tiegħi; mingħajrek nimxi fid-dlam,

mingħajrek ma nista’ nagħmel lanqas pass wieħed, mingħajrek ma nafx fejn inkun sejjer,

mingħajrek jiena agħma li jaħseb li sa jmexxi agħma ieħor.

Mulej, jekk inti tiftaħli għajnejja, jiena nara d-dawl tiegħek,

u riġlejja jimxu fit-triq tal-ħajja. Mulej, jekk inti ddawwalni jiena nkun nista’ ndawwal

għax int lilna tagħmilna dawl għad-dinja. Ammen

Il-Kard. Carlo Maria Martini

Missierna ...

Page 5: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

4 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Frar Il-Preżentazzjoni tal-Mulej

Santa Katerina Ricci – verġni Jum il-Ħajja Kkonsagrata

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Malakija 3: 1-4 Jasal fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom. jew Lhud 2: 14-18 Sar jixbah lil ħutu f’kollox. 2. Salm 23: 7-10 Il-Mulej hu s-Sultan tal-glorja. 3. Luqa 2: 22-40 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek. Il-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ – Il-Gandlora Il-Gandlora ġejja mil-Latin, “candelorum” (festa tax-xemgħat), hi l-festa tal-

purifikazzjoni ta’ Marija Verġni, erbgħin jum wara t-twelid ta’ Ġesù. Din il-festa tidher Ġerusalemm, fi tmiem ir-raba’ seklu, imbagħad

Kostantinopoli, fi żmien Ġustinjan li daħħalha fil-544. Fi żmien il-Papa Serġju I (687-701) kienet tissejjaħ f’Ruma, “jum San Xmun”

u kienet issir purċissjoni minn S. Adrijan sa S. Maria Maggiore, bħalma kien isir fil-festi l-oħra tal-Madonna.

Dan ifisser li kienet daħlet fiċ-ċirku tal-festi ta’ Marija Ssma. Billi l-purċissjoni kienet issir bil-lejl, kien użu li jġibu x-xemgħat, u billi kienet purċissjoni ta’ penitenza, ukoll illum il-purċissjoni ssir bil-paramenti vjola.

Mhux żgur li din il-purċissjoni daħħalha Ruma l-Papa Ġelazju (492-496) biex tissopprimi l-fjakkolata pagana tal-Lupercali (festa tat-tisfija) li kienet taħbat fil-15 ta’ Frar.

S. Bernard jgħid li din il-purċissjoni qaddisa saret l-ewwel darba mill-Madonna, S. Ġużepp, Xmun u Anna, biex imbagħad tinxtered mad-dinja għall-ġieħ tal-misteru tal-purifikazzjoni. U fit-tieni prietka jgħid: “Jimxu tnejn tnejn u jżommu fi jdejhom xemgħat mixgħula mhux min-nar komuni iżda minn dak li kien imbierek fil-knisja mis-saċerdot, u jkantaw fit-triqat tal-Mulej, għax il-ġieħ tiegħu hu kbir ferm.”

Juri kif il-konkorrenza ta’ ħafna fil-purċissjoni u fit-talb hi simbolu tal-għaqda u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih.

Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li jekk nieqfu fit-triq tal-virtù nkunu qegħdin sejrin lura.

Id-dwal li nżommu fi jdejna jfissru n-nar tal-imħabba t’Alla li biha qlubna għandhom ikunu mixgħula.

Inżommuhom f’idejna, biex nagħtu qima ’l Kristu, u nagħarfuh bħala d-Dawl tabilħaqq (S.Ġwann: 1. 9) kif ix-xwejjaħ Xmun isejjaħlu f’dan il-misteru: “Dawl biex idawwal il-Ġnus.” (S. Luqa II. 3)

Page 6: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 5

Għax hu ġie biex ikeċċi d-dlamijiet spiritwali tagħna. Ix-xemgħat juru wkoll li bil-fidi d-dawl tiegħu jiddi f’ruħna. Dawn ukoll ifissru li għandna nħejju t-triq għalih bl-opri tajba, li bihom aħna

nfusna nsiru dawl għall-bnedmin. Riflessjoni: Fir-rakkont tal-preżentazzjoni Ġesù fit-Tempju, l-għerf hu rrappreżentat miż-żewġt ixjuħ, Xmun u Anna: persuni doċli għall-Ispirtu s-Santu (jissemma tliet darbiet), immexxija minnu, imdawla minnu. Il-Mulej tahom l-għerf permezz ta’ mixja twila fit-triq tal-ubbidjenza għal-liġi tiegħu. Ubbidjenza li, minn naħa, tbaxxi u xxejjen, imma, min-naħa l-oħra tixgħel u tħares it-tama, tagħmilhom kreattivi, għax kienu mimlija bl-Ispirtu s-Santu. Huma jiċċelebraw ukoll xorta ta’ liturġija madwar it-tarbija li tidħol fit-tempju: Xmun ifaħħar lill-Mulej u Anna “titkellem” fuq is-salvazzjoni (ara Lq. 2:28-32,38). Bħal fil-każ ta’ Marija, anki x-xwejjaħ Xmun jieħu t-tarbija f’dirgħajh, imma, fir-realtà, hi t-tarbija li tagħfsu magħha u tmexxih. Il-liturġija tal-Ewwel Għasar tal-Festa tal-lum dan tesprimih b’mod ċar u sabiħ: “senex puerum portabat, puer autem senem regebat”. Kemm Marija, l-omm xbejba, u kemm Xmun, ix-xwejjaħ “nannu”, jieħdu t-tarbija fi jdejhom, imma hi t-tarbija nfisha li tmexxihom it-tnejn li huma. Il-Papa Franġisku

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 104, it-2 punt While going through the ceremony of purification, the Most Blessed Virgin, in order to obey the Law to its fullest extent, offered her Son to God because he was her firstborn. The eternal Father, who willed that this dear Son be one day immolated on the cross to expiate our sins, returned him for the time being to the authority of his holy mother after she had bought him back by the offering prescribed by the Law. This offering that the Son of God made to his Father was at that moment only an interior one, although it was made exteriorly on the part of the Most Blessed Virgin. Jesus was waiting to make the exterior offering of himself on the tree of the cross before the eyes of the entire world.

TALBA

O Alla Etern, nitolbok b’umiltà din it-talba;

hekk kif l-iben waħdieni tiegħek, ħa s-sura ta’ bniedem,

u kien ippreżentat fit-tempju, agħmel li nkunu denji,

biex niġu ppreżentati quddiemek bi qlub safja. Dan nitolbuh f’ġieħ Ġesù Kristu, ibnek,

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 7: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

6 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 3 ta’ Frar San Bjaġju - isqof u martri

San Ansgarju (Oscar) - isqof Santa Vergeburga

Il-Verġni Mqaddsa Marija f’Jum is-Sibt Il-Beatu Stiefnu Bellesini – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Slaten 3: 4-13 Agħti lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex jifhem, biex jista’ jmexxi lill-poplu tiegħek. 2. Salm 118: 9-14 Mulej għallimni l-kmandamenti tiegħek. 3. Mark 6: 30-34 Kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj.

SAN ANSGAR (JEW OSKAR) (c.801-865) - isqof Ansgar (jew Oskar) jissejjaħ l-Appostlu tal-Iskandinavja għax ħadem ħafna fid-Danimarka u fl-Isvezja. Hu twieled f’Amiens, Franza, fit-801. Hu kien raħeb Benedittin, fil-famuż

monasteru qadim ta’ Corbie. Minn Corbie bħala patri żagħżugħ u għalliem f’Piccardy, hu mar biex jgħin fit-twaqqif ta’ Corbie l-ġdida, jew Corvey, f’Westphalia – monasteru li kellu jkun il-benniena taċ-ċiviltà Nisranija fil-Ġermanja tat-Tramuntana. Minn hawn ir-Re Harold tad-Danimarka ħadu biex jaħdem fost il-pagani Daniżi.

Ansgar kien maħtur arċisqof ta’ Hamburg u legat tal-Papa. Għal tlettax-il sena hu pprietka u organizza missjonijiet fl-Iskandinavja u fil-Ġermanja tat-Tramuntana. Fit-845, nies min-Nord qerdu Hamburg, u d-Danimarka u l-Isvezja reġgħu tilfu l-fidi. Is-sede ta’ Bremen kien mgħaqqad ma’ dak ta’ Hamburg. San Oskar irritorna fid-Danimarka u beda jaħdem biex iġib lura għall-fidi mill-ġdid lill-poplu f’dak il-pajjiż.

Ansgar kien predikatur u amministratur jinqala’. Kien bniedem mogħti għat-tgħakkis, iħobb il-fqar.

Hu kien jixtieq li jmut martri, iżda miet fil-paċi fi Bremen nhar it-3 ta’ Frar 865 fl-età ta’ ħamsa u sittin sena.

B’xorti ħażina wara l-mewt ta’ San Ansgar (jew Oskar) l-Isvezja reġgħet lura kompletament għall-paganiżmu.

Riflessjoni: Fost it-titli kollha li bihom tissebbaħ il-qalb ta' Ġesù, tnejn huma dawk li jtenni l-aktar l-Evanġelju: dak ta' missier u dak ta' ragħaj. Qalb li tant tħobb – illi niżlet mis-sema biex tnissel fiduċja fil-bnedmin u tikseb ’il qalbhom bl-imħabba u l-kompassjoni – ma setgħetx tagħżel titli oħra li jixirqu aktar għal dan il-għan. Id-dinja kollha taf u tara mill-esperjenza tagħha x’inhu missier twajjeb u ragħaj tajjeb. Inti hawn għandek il-qalb ta' Kristu: qalb ta' missier, qalb ta' ragħaj tajjeb.

San Nerik de Ossó

Page 8: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 7

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.196, silta mill-1 punt

Consider Jesus Christ as the Good Shepherd of the Gospel, who seeks the lost sheep, puts it on his shoulders, and carries it back to restore it to the fold. Because you are taking his place, consider that you are obliged to do the same thing. Ask him for the grace needed to procure the conversion of hearts. You must, then, be very devoted to prayer to succeed in your ministry. You must constantly represent the needs of your disciples to Jesus Christ, explaining to him the difficulties that you have experienced in guiding them. Jesus Christ, seeing that you regard him as the one who can do everything in your work, whereas you are an instrument that must be moved only by him, will not fail to grant you what you ask of him.

. TALBA

(Salm 23) Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,xejn ma jonqosni;

f'mergħat kollha ħdura jqegħedni. Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; hemm hu jrejjaqni. Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu.

Imqar jekk nimxi f'wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni. Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi, u l-kalċi tiegħi tfawwarli. Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena l-jiem kollha ta' ħajti.

U ngħammar f'dar il-Mulej sakemm indum ħaj!

Missierna ...

Page 9: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

8 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 4 ta’ Frar JUM IL-ĦAJJA 2018

Il-5 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 7: 1-4.6-7 Il-ħajja tal-bniedem fuq l-art. 2. Salm 146: 1-6 Faħħru ’l-Mulej, li jfejjaq il-qlub maqsuma. 3. 1 Korintin 9: 16-19.22-23 Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju. 4. Mark 1: 29-39 Ġesù jfejjaq ħafna morda minn bosta mardiet. Silta mill-Messaġġ tal-Kunsill Episkopali Permanenti għall-40 Jum Nazzjonali tal-

Ħajja:

Ta’ din il-ħajja, spiss mingħajr ma hi stess tintebaħ, għandha bżonn kbir id-dinja tal-lum, u għalhekk tistenna mill-Insara t-tħabbira tal-bxara t-tajba biex tegħleb il-kultura tad-diqa u tal-individwaliżmu, li theżżeż is-sisien ta’ kull relazzjoni. Punt tat-tluq biex nistgħu nagħtu xhieda tal-Vanġelu tal-ħajja u tal-ferħ hu li ngħixu b’qalb kollha gratitudni t-taħbit tal-ħajja umana, mingħajr ma nkunu boloh jew mill-banda l-oħra ngħixu awtoreferenzjalità illużorja. Min jemmen, u sar dixxiplu tas-saltna, waqt li jitgħallem jikkonfronta ruħu kontinwament mal-morr tal-istorja, jistaqsi lilu nnifsu u jfittex tweġibiet ta’ verità. F’din il-mixja ta’ tfittxija huwa jduq kif li joqgħod mal-imgħallem, li jibqa’ miegħu (ara Mk. 3:14; Ġw. 1:39), iwasslu biex jgħix b’mod tajjeb ir-realtà, b’mod għaref, u jibni fuq kunċett tar-relazzjonijiet li mhuwiex ġeneriku jew temporanju, imma Kristjanament ċar u inċiżiv. Il-Knisja sħiħa u l-familji Nsara fi ħdanha, li fehmu liema hu dan il-lessiku ġdid tar-relazzjoni tal-Vanġelu u għamlu tagħhom il-kelmiet ta’ akkoljenza għall-ħajja, ta’ għotja b’xejn u tal-ġenerożità, tal-maħfra reċiproka u tal-ħniena, ħsiebhom hu fil-ferħ tal-bnedmin, għax il-missjoni tagħhom hi li jxandru l-bxara t-tajba, il-Vanġelu. Aħbar tal-imħabba paterna u materna li dejjem tagħti l-ħajja, li minnha jittieħed il-ferħ u li tegħleb kull diqa. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ġesù joħroġ mis-sinagoga u jmur “fid-dar” fejn hemm il-kwiet, u jsib lil omm il-mara ta’ Xmun bid-deni. Id-deni, bħad-dnub jipparalizzana, jaqtagħna mill-oħrajn. Ġesù “resaq lejha, qabadha minn idha, u qajjimha”. Ġest profond u sempliċi li jfakkarna fil-magħmudija, li tagħtina fejqan sħiħ u qawmien biex ningħataw għas-servizz tal-oħrajn skont il-pjan t’Alla għalina.

Wara l-ġurnata Ġesù jmur jitlob f’post imwarrab, it-talb fil-missjoni ta’ Ġesù kellu parti importanti ħafna. Kien jaħjieh u jagħtih l-ispirazzjoni għax kien jidħol f’kuntatt mal-Missier u mal-pjan li kien ħejja għalih.

Naraw kif id-dixxipli huma msaħħra bil-popolarità u s-suċċess li kien qiegħed igawdi Ġesù, iżda “hu qalilhom: ‘Imxu mmorru band’oħra’.” It-tentazzjonijiet għal Ġesù kellhom suriet differenti, hawnhekk narawh ittantat bin-nuqqas ta’

Page 10: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 9

ħsieb tad-dixxipli li ma jifhmux il-kwalità tal-missjoni ta’ Ġesù. Ix-xitan tas-suċċess u l-popolarità huwa faċli, u baqa’ jġarrab lid-dixxipli ta’ Ġesù sal-lum. Ġesù jirbaħ din it-tentazzjoni bil-qawwa li jieħu mit-talb u mill-fedeltà tiegħu lejn il-Missier sal-aħħar, sal-għotja ta’ ħajtu fuq is-salib.

Ġesù ma ġiex biss biex ifejjaq il-mard tal-ġisem u tas-soċjetà imma kull tip ta’ mard li jista’ jifni lill-bniedem. Irid li jqajjimna biex nimpenjaw ruħna għall-fejqan tal-istrutturi li jgħassru l-bniedem u lis-soċjetà. Permezz tat-talb aħna ninfetħu għall-imħabba t’Alla u għal ħutna l-bnedmin u nieħdu l-qawwa biex insawru l-istorja skont il-pjan tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mit-3 punt

To bring about a cure of our spiritual paralysis, it is not enough for Jesus to tell us to rise. We too must will this, except when this paralysis is entirely a trial from God and with no culpability on our part. In that case God has only to command, and he will be obeyed. But if anything in us has brought on this infirmity or has contributed to it, we also must play a part in our cure. Spiritual maladies differ from corporal ones. To heal corporal maladies, it is enough for Jesus to say a word or simply to will it, but in the case of maladies of the soul, we must on our part will to be cured. God does not constrain our will, although he does exhort and urge us. It is up to us to welcome his grace, to put it into effect, and to support his goodwill to cure our spiritual ailments.

TALBA

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, inti tajt lis-saċerdot San Piju minn Pietrelcina

grazzja speċjali li jieħu sehem fis-salib ta’ ibnek, u permezz tal-ministeru tiegħu

ġeddidt l-għeġubijiet tal-ħniena tiegħek, agħtina, bl-interċessjoni tiegħu, il-grazzja li tant għandna bżonn.

Agħtina l-grazzja wkoll li magħqudin bla heda mal-passjoni ta’ Kristu

nkunu nistgħu naslu henjin fil-glorja tal-qawmien.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, Ammen.

Missierna ...

Page 11: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

10 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 5 ta’ Frar Sant’Agata – verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Slaten 8: 1-7.9-13 Wasslu l-arka tal-patt tal-Mulej f’postha ġos- santwarju tat-tempju. 2. Salm 131: 6-10 Qum u ejja, Mulej, lejn il-mistrieħ tiegħek. 3. Mark 6: 53-56 Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiequ. SANTA AGATA († c. 251) - verġni u martri Din il-qaddisa hija waħda mill-qaddisin verġni u martri l-aktar meqjuma tal-

Knisja tal-bidu. Għandna provi li d-devozzjoni lejha hi waħda antika ħafna fil-Knisja. B’danakollu ftit wisq għandna tagħrif ċert dwarha. Fi Sqallija, kemm Palermo kif ukoll Katanja jippretendu l-unur tat-twelid ta’ Agata.

Jingħad li hi kienet ġejja minn familja nobbli u li minn kmieni ddedikat ħajjitha fis-safà, għal Alla.

Waqt il-persekuzzjoni, ċertu Kwinzjanu, li xtaqha b’martu, inqeda bil-liġijiet kontra l-insara bħala pretest biex Agata ssir tiegħu. Billi hi ma riditx, hu ssoġġettaha għal ħafna indinjitajiet, fosthom li jibgħatha f’dar tad-dnub, kif ukoll għal ħafna moħqrijiet sakemm qatilha. Santa Agata sofriet il-martirju f’Katanja, aktarx fil-persekuzzjoni ta’ Deċju (249-251).

Fil-pitturi u skulturi tal-qaddisa li waslulna mill-qedem, hija rrappreżentata żżomm par pinzetti jew strumenti oħra li bihom sofriet il-martirju. Isimha hu mniżżel fil-Kanoni Ruman tal-Quddiesa.

Santa Agata hija waħda mill-patruni minuri ta’ Malta u d-devozzjoni lejha hija antika ferm. Diversi knejjes żgħar huma ddedikati lilha. Ta’ min isemmi li l-Casa Madre tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fir-Rabat, mibdija mill-qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi De Piro, hi ddedikata lil Santa Agata, kif għaliha wkoll huma msemmija l-katakombi li hemm taħtha.

Riflessjoni – Jitkellem Ġesù: “Jien dak li jfejjaq bis-sħiħ. Għalhekk agħtini l-miżerja tiegħek. Urihieli b’idejk it-tnejn bħal tallab. Jien għedt lill-Appostli, ‘Jien hu; la tibżgħux.’ Kliem tant ħlejju, mimli mħabba! U nerġa’ ntennih lilek. Tiftakar kif Mosè waħdu seta’ jersaq lejn Alla fuq is-Sinaj. Jekk xi ħaddieħor kien imiss trufijiet il-muntanja kien jaqa’ mejjet zoptu. U issa li l-iben ta’ Alla ġie biex imut għal ħutu, jgħidlek, “Ersaq lejja. Ejja ħobbni bla biża’, għax Jien inħobbhom.” Gabrielle Bossis, Hu ... u jien

Page 12: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 11

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle Med. 174, l-1 punt

God invites us to practice this devotion by the infinite number of miracles he has performed through the holy relics of his servants. We see this at the tombs of the martyrs and the holy confessors, which are, as the councils say, fountains of salvation that Jesus Christ has left us, from which flow all sorts of relief for the sick and where we can find a source of healing to cure illnesses and disperse evil sadness and temptations through the power of Jesus Christ, which remains in them. We see this happen at the transfer of the relics of Saint Stephen, the first martyr, and of various other saints, so that we cannot doubt that God, according to his word, does indeed honor the ashes and bones of his servants, who were living members and active temples of his Holy Spirit. For this same reason, he even sent his angels to bury the body of Saint Catherine and revealed the presence of saints’ bodies by miraculous lights, so that they might not remain unknownmin a common or undignified burial place and we might learn to venerate them for the welfare of our own body and soul. If God’s goodness does so much for our welfare in return for the slight service that we render to these lifeless relics, what grace he has in store for those who try to become imitators of these great souls!

TALBA

Mulej, Gesù Kristu, Int ir-Ragħaj it-Tajjeb.

Int tajtna b’imħabba tant ħniena, li aħna lanqas biss konna nistħoqqu,

u li tant drabi kellek ġġarrab għalina uġigħ hekk kbir!

Ladarba sejjaħli biex inkun fil-merħla tiegħek. Nitolbok biex bil-grazzja u bil-qawwa tiegħek

fil-ħin ta’ nkwiet, ta’ tqigħ il-qalb u ta’ hemm,

ma jkun qatt li nitbiegħed minnek. Missierna ...

Page 13: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

12 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 6 ta’ Frar San Pawl Miki u sħabu martri

Santa Darotea – verġni u martri San Pier Battista – presbiteru, u sħabu martri

Il-Beatu Pietru Kibe Kasui u sħabu martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 8: 22-23.27-30 Int kont għedt, Mulej: «Ismi jkun hemm!». Isma’ t- talba li jagħmillek il-poplu tiegħek Iżrael. 2. Salm 83: 3.4.5 u 10.11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! 3. Mark 7: 1-13 Intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin. San Pawl Miki u sħabu († 1597) - Martri Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta’ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-Lvant

Imbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta’ nisel għoli,

żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhom Spanjoli b’San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi u Koreani, Terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin.

Dawn il-martri ġew marbutin ma’ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minn metru ’l bogħod minn xulxin f’ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jipprietkaw u jkantaw.

Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b’lanza u, meta ngħata s-sinjal, ġew maqtula lkoll f’ħin wieħed.

Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta’ xi tlettax-il sena l-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S. Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki.

Dan kollu ġara fil-5 ta’ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta’ S. Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000 Kattoliku.

San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.

Riflessjoni:

Allura għaliex il-Kmandamenti? Għaliex in-normi morali? Jeħtieġ nerġgħu lura għar-riskju ta’ Alla. Alla ma riedx pupazzi bil-ħbula, robots ipprogrammati biex iħobbuh. L-imħabba jekk tkun imġiegħla, ma tkun imħabba xejn. L-imħabba vera teżisti biss fil-libertà. Però dawk kollha li jħobbu jafu tajjeb li l-imħabba ġġib magħha ċertu rabtiet li fir-realtà mhumiex preżenti, ma jdejqukx imma pjuttost jagħmluk iktar kuntent. Il-Kmandamenti ngħataw minn Alla fil-kuntest tal-ħbiberija. Meta Mosè ltaqa’ ma’ Alla fuq il-muntanja biex jirċievi l-Kmandamenti, il-Mulej “kien ikellem lil Mosè

Page 14: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 13

wiċċ imb wiċċ bħalma bniedem ikellem lil ħabibu” (Eż. 33:11). U meta Ġesù jagħti lid-dixxipli tiegħu l-Kmandament il-ġdid, dan jagħmlu għax iqishom ħbiebu: “intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li ngħidilkom jien” (Ġw. 15:14). Il-Kmandamenti huma sinjali ta’ dawl li juruna kif għandna nimxu fit-triq tal-ħajja. Huma bħal speċi ta’ antivirus kontra l-indħil perikoluż. Ma jikkumplikawx imma jirrendu faċli l-ħafna għażliet diversi ta’ kull ġurnata.

Bruno Ferrero

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58; it-2 punt

Some people in the world, who have a certain amount of piety, believe that they have fulfilled their obligations when they do not show any outstanding vices and when their exterior conduct is not wholly reprehensible, but Jesus Christ condemns this attitude in those who claim to be serving him faithfully. He does not want us to approach him in prayer or to participate in the Eucharist if we entertain the least coldness toward one of our Brothers. He wants us, far from hating our enemies, to love them, to do good to them, and to pray for them. This is what God requires of you and how he desires that your justice be more than that of people of the world: that you not only keep his commandments exactly but also are faithful to the practice of the counsels of the Gospel and, consequently, to the observance of your Rule. Have you nothing with which to reproach you concerning all these matters?

TALBA

O Missier, nirringrazzjak għal dawk l-altari, it-tabernakli,

u l-kurċifissi, li jgħinuni biex indawwar ħsibijieti

lejn IBNEK, u għal dawk il-postijiet qaddisa –

il-knejjes, is-santwarji u d-djar reliġjużi – li jsejħuli biex nitlob,

Ammen. Doorway to Faith

Missierna ...

Page 15: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

14 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 7 ta’ Frar

San Eġidjo Maria ta’ San Ġużepp – reliġjuż Santa Koleta ta’ Corbie – verġni

Il-Beatu Piju IX – Papa Il-Beatu Anselmu Polanco – isqof u martri

Il-Beata Rosalie Rendu - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 10: 1-10 Is-sultana ta’ Saba rat l-għerf kollu ta’

Salamun. 2. Salm 36: 5-6.30-31.39-w40 Minn fomm il-ġust joħroġ kliem l-għerf. 3. Mark 7: 14-23 Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li

jtabba’ lill-bniedem. SAN EĠIDJO MARIJA TA’ SAN ĠUŻEPP (1729-1812) - reliġjuż Kien jismu Francesco Antonio Pontillo u twieled minn familja fqira f’Taranto

(l-Italja). Meta kellu 18-il sena miet missieru, u sabiex jipprovdi għall-familja, beda jaħdem il-ħbula.

Ta’ 25 sena (1754) ngħaqad mal-Franġiskani Alkantarini f’Galatone, Lecce (l-Italja) u ħa l-isem ta’ Fra Eġidjo Marija ta’ San Ġużepp.

Għamel il-professjoni reliġjuża tiegħu sena wara u ntbagħat bħala kok fil-kunvent ta’ Squinzano. Meta mar għal ftit jiem fil-monasteru ta’ Capurso qrib Bari, hu kien assenjat għall-Ospizju San Pasquale f’Napoli fejn baqa’ għal 53 sena, daqqa jagħmel ix-xogħol ta’ kok u daqqa ta’ purtinar, u joħroġ jittallab.

Hu kien ta’ edifikazzjoni għal kulħadd, b’mod speċjali għall-fqar li kienu jiffullaw il-kunvent għall-għajnuna u li lilhom kien jiddedika l-enerġija kollha tiegħu biex jaqdihom bi spirtu kbir ta’ karità.

Il-missjoni ta’ Fra Eġidju Marija kienet minsuġa b’tant mirakli li, meta kien għadu ħaj, qalagħlu t-titlu popolari ta’ “Konsolatur ta’ Napli”.

“Ħobbu lil Alla, ħobbu ’l Alla” kien il-kliem li kien jirrepeti ma’ min kien jiltaqa’ fit-toroq ta’ Napli huwa u jdur jittallab. In-nobbli u l-għorrief kienu jħobbu jitkellmu ma’ dan il-Franġiskan umli, li kliemu kien sempliċi imma mimli fidi.

Il-morda kienu jsibu fih is-saħħa u l-parir biex iġarrbu s-sofferenzi tagħhom bis-sabar. Il-fqar, l-imwarrbin u l-esplojtati skoprew il-wiċċ kollu ħniena ta’ Alla f’dan ir-raġel umli li kien jittallab il-karità.

Ħajtu kienet essenzjalment kontemplattiva u kont tarah jgħaddi ljieli fit-talb quddiem Ġesù Sagramentat. Kellu mħabba speċjali lejn it-twelid tal-Feddej, devozzjoni tenera lejn il-Verġni Mbierka, kif ukoll lejn il-qaddisin.

San Eġidjo Marija ta’ San Ġużepp miet bil-fama ta’ qdusija, il-Ġimgħa 7 ta’ Frar 1812, ta’ ftit aktar minn 82 sena. Ibbeatifikah Ljun XIII fl-1888; kien iddikjarat qaddis mill-Papa San Ġwanni-Pawlu II fl-1996.

Page 16: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 15

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 53: Ibni, il-grazzja tiegħi hija wisq għażiża; ma taħmilx li titħallat ma’ ħwejjeġ barranin, anqas mal-ferħ tad-dinja. Jeħtieġlek mela teqred minn qalbek dak kollu li jista’ jtelliflek il-grazzja, jekk int trid li hi tgħammar fik. Agħżel xi lok imwarrab, ħobb oqgħod waħdek, u tfittixx il-kliem żejjed ta’ ħadd; imma qis li titlob dejjem niedma u bil-kuxjenza nadifa. Id-dinja kollha kemm hi la tistmaha xejn; u għal dawk li huma ħwejjeġ t’Alla, ħalli l-ħwejjeġ l-oħra kollha. Għax ma jistax ikun li sservi lili, u fl-istess żmien tħobb il-ħwejjeġ li jgħaddu. Hemm bżonn li tingħażel minn ħbiebek u minn niesek, u twarrab minn moħħok ix-xewqat ta’ din id-dinja. Hekk jitlob l-Appostlu San Pietru, li l-insara jgħoddu ruħhom bħala frustieri u bħala nies għas-safar f’did-dinja. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-3 punt

It is not enough for us to avoid contradicting the moral precepts of the Gospel. Saint Paul says that he will show us an even more perfect, more excellent way9 to which Jesus Christ calls us, which he has illustrated for us by his own example. If anyone wishes to follow me, says our Lord, let him renounce himself—that is, let him renounce his own spirit and his own will—let him carry his cross daily and follow me. Who, indeed, does not contradict this divine saying of Jesus Christ, our Master, if not in word at least in heart? How many would agree with this thought of Saint Bernard, that light and frivolous words in the mouth of a secular person may be only playful chatter, but in the mouth of a person consecrated to God, they are blasphemies?

TALBA

Missier, li fil-preżenza tiegħek dak li mhux safi xejn ma jżomm wieqaf,

naddafna minn kull impurità, ħalli nidħlu għall-festa tat-tieġ libsin sewwa,

u niċċelebraw l-ikla ta’ ibnek, il-ħaruf, bl-interċessjoni tal-istess Sidna Ġesù Kristu,

Ammen. Anthony Esolen

Missierna ...

Page 17: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 8 ta’ Frar

San Ġilormu Emiliani Santa Ġużeppina Bakhita – reliġjuża

San Eġidju M. Pomtillo minn Taranto - reliġjuż

San Ġwann Lantrua minn Triora - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Slaten 11: 4-13 Ladarba ma ħaristx il-patt tiegħi, jiena se nċarrat is- saltna minn fuqek; ikun hemm tribù, wieħed biss, li lil ibnek inħallihulu, minħabba l-qaddej tiegħi David. 2. Salm 105: 3-4.35-37 u 40 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu. 3. Mark 7: 24-30 Taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat- tfal. SAN ĠILORMU EMILJANI (1486 - †1537) Kien il-fundatur tal-Kongregazzjoni tas-Somaki, twieled Venezja minn familja

nobbli. Ommu rabbietu fil-biża’ t’Alla; iżda l-passjonijiet ħżiena fgaw iż-żerriegħa

tajba. Wara li tilef ’il missieru daħal suldat u baqa’ sejjer għall-agħar. Ħa sehem fid-difiża ta’ Castelnuovo kontra l-lega ta’ Cambraj u waqa’

priġunier (1508). Fil-ħabs kienet tistennieh il-grazzja t’Alla; daħal fih innifsu u beda jaħseb fuq l-istat infeliċi ta’ ruħu. Malli ħeles mill-ħabs mar għamel pellegrinaġġ lill-Madonna ta’ Treviso, bi twettiq ta’ wegħda li kien għamel.

Mar lura pajjiżu u beda jistudja t-Teologija u jagħmel opri ta’ karità. Wara li ordna saċerdot (1518) beda jżur l-isptarijiet u l-għerejjex tal-fqar.

Fil-pesta u l-ġuħ tal-1528 kont issibu kullimkien jgħin u jfarraġ lill-morda u ’l-imġewħin. L-iltiema saru fuq kulħadd il-mimmi ta’ għajnejh. Billi l-għadd tagħhom beda jikber sewwa, kera dar għalihom, u flimkien ma’ xi sekulari twajba beda jaħseb għalihom u jrabbihom. Ħa wkoll fuq spallejh l-isptar tal-inkurabbli.

Fl-1531 mar Verona, fejn bena sptar ieħor; Brescia bena orfanatrofju u Bergamo bena tnejn, wieħed għas-subien u ieħor għall-bniet. Hawn fetaħ ukoll dar għall-Maddaleni niedma. Żewġ qassisin oħra ngħaqdu miegħu għal dan ix-xogħol, Alessandro Besuzio u Agostino Bariso.

Fl-1532 waqqaf kongregazzjoni ġdida u għażel għaliha bħala ċentru dar fil-qasam ta’ Somaska, raħal żgħir bejn Milan u Bergamo. Skont ir-regola tal-kongregazzjoni x-xogħol ewlieni tal-membri għandu jkun it-trobbija tal-iltiema u l-ħsieb tal-fqar u l-morda.

Il-qaddis miet ta’ 56 sena fit-8 ta’ Frar tal-1537, martri taż-żelu tiegħu: ittieħed Bergamo waqt li kien idur bil-morda u miet Somaska.

San Ġilormu huwa l-patrun tal-orfni u t-tfal abbandunati.

Page 18: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni: Jiena nemmen li l-Mulej kien jitbissem hekk kif sema’ r-risposta tal-mara Sirofeniċja. Min-naħa tagħha, kienet risposta spirituża, turija ta’ rispett lejn Ġesù u fl-istess ħin użat l-istess kliem tiegħu għall-vantaġġ tagħha. Kienet tidher li fehmet li Ġesù ġie l-ewwel għal-Lhud u mbagħad għall-pagani, u kienet lesta li taċċetta din il-pożizzjoni. Il-biċċa l-kbira tan-nies b’xi mod iridu jimmiraw u jakkwistaw l-ogħla mertu. Aħna magħmula b’ħafna talenti u doni li anke jekk kbar fl-età, għad għandna l-potenzjal. Imma aħna lkoll għandna problema, mhux faċli naċċettaw il-limitazzjonijiet tagħna. Naraw biss dak li nistgħu nagħmlu u nirrifjutaw li naraw dak li ma nistgħux nagħmlu jew dak li jrid jitjieb. L-umiltà żżomna milli nesaġeraw min dak li nistgħu nagħmlu jew dak li għamilna. L-umiltà żżommna milli naħsbu li nistgħu nsalvaw lilna nfusna bil-ħila tagħna stess, jew li nistgħu nagħmlu ħwejjeġ kbar mingħajr l-għajnuna ta’ Alla. Il-Mulej sidna wegħdna li jeżalta l-umli u jumilja lil kull min hu kburi.

Addattata minn Praying with Saint Mark’s Gospel, Fr. Basil Cole

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 63, silta mit-3 punt

You who have crucified Jesus Christ by your sins, imitate him by thoughts of humility; look at yourself with the eyes of faith, and pay attention only to what can inspire in you lowly thoughts about you in relation to God and to others. Because God gives his grace to the humble, contempt for you, coming from outside or from within, must be your lot, and you must find your satisfaction in it. You have many opportunities for this in your state and in your work. To encourage you to profit fully by them, regard them as among the best means to be sanctified; consider that you are the weakest of all people and the least capable of doing any good. Thank God for the grace he gives you to be despised, to be covered with opprobrium and calumnies, and never show any esteem for what you do, for it is God, by his goodness and his grace, who is the author of all the good there is in you.

TALBA

Nitolbu lil Ġesù, għaġeb ta’ ħniena u mħabba,

li jagħtina l-grazzja li ninżlu u nidħlu aħna wkoll

fl-oratorju ġewwieni ta’ ruħna, fejn hu jridna nħejjulu

tron ta’ mħabba sabiex jiġi jgħix u jsaltan fina.

Ammen. Dun Ġużepp Cauchi († 1955)

Missierna ...

Page 19: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

18 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar San Miguel Fibres Cordero – frère ta’ S. Ġw. Bta. De La Salle

Santa Skolastika - verġni Il-Beata Ewsebia Polomino - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 11: 29-32; 12, 19 Iżrael inqata’ minn dar David. 2. Salm 80: 10-15 Jiena l-Mulej, Alla tiegħek. 3. Mark 7: 31-37 Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.

SAN MIGUEL FERBES CORDERO (1854-1910)-Br. ta’ S. Ġwann Bta. De La Salle

Twieled fi Cuenca (l-Ekwador) u semmewh Franġisk, imma kienu jsejħulu Panchito. Minn twelidu sofra minn riġlejn deformati tant li seta’ jagħti l-ewwel passi waħdu meta kellu ħames snin.

Imrobbi f’ambjent tabilħaqq Nisrani, nissel fih devozzjoni soda lejn il-Madonna. Fil-familja kienu kuljum jirreċitaw ir-rużarju u jaqraw qari tajjeb, l-aktar xi ħajja ta’ qaddis.

Sakemm kellu disa’ snin ħa l-edukazzjoni elementari mid-dar; imma meta l-brothers tal-iskejjel insara (il-frères) fetħu skola fi Cuenca, Franġisk kien fost l-ewwel studenti. Malajr inġibed lejn l-ideal ta’ dawn ir-reliġjużi u ddeċieda li jingħaqad magħhom.

Il-ġenituri tiegħu riduh aktar li jsir saċerdot, u għalhekk ġagħluh jibda jattendi s-seminarju djoċesan. Franġisk għażel li jobdi u jagħmel minn kollox biex jimxi ’l quddiem fl-istudji u fil-ħajja qaddisa. Imma l-ambjent tas-seminarju ma kienx jaqbel mal-fiżiku tiegħu u beda jħoss ta’ sikwit uġigħ ta’ ras kbir, tant li r-rettur qatagħha li jibagħtu lura d-dar. Issa sab ruħu ħieles li jerġa’ jattendi l-iskola tal-frères.

Ta’ 14-il sena (fl-24 ta’ Marzu 1868), bil-kunsens ta’ ommu, għaliex missieru kien imsiefer, Franġisku daħal mal-kongregazzjoni ta’ De la Salle, fejn bidel ismu għal Miguel (l-isem Mikiel bl-Ispanjol). Wara n-novizzjat kien mibgħut fi Quito fejn għallem fl-iskejjel għal aktar minn 40 sena. Missieru ma approvax il-vokazzjoni ta’ ibnu, tant li dam sentejn ma jkellmux.

Sa mill-bidu tal-appostolat tiegħu, Miguel kien apprezzat għat-talenti tiegħu biex jgħallem il-lingwi u l-letteratura. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ hu kiteb għadd ta’ text-books siewja kif ukoll kotba oħra tal-grammatika.

Imma hu l-aktar kien jentużjażma ruħu jgħallem il-katekiżmu. Minħabba din l-inklinazzjoni tiegħu ġie inkarigat biex iħejji lit-tfal għall-Ewwel Tqarbina. Ħa ħsieb dan l-inkarigu bejn l-1880 u l-1907, meta kien mibgħut l-Ewropa. Wara li għadda ftit xhur f’Pariġi, kien mibgħut fil-Casamadre tal-kongregazzjoni fil-Belġju fejn il-klima kienet ta’ ħsara għal saħħtu. Is-superjuri għalhekk bagħtuh fi Premià de Mar, qrib Barcellona (Spanja) biex jaħdem fid-dar tal-formazzjoni. Hemm Br. Miguel seta’ jissokta l-ħidma tiegħu bħala awtur ta’ opri didattiċi u jgħallem l-Ispanjol.

Page 20: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 19

Fl-1909, minħabba l-periklu imminenti kawżat mir-Rivoluzzjoni Spanjola, il-brothers marru f’Barcellona. Meta għadda l-periklu, marru lura fi Premià de Mar, imma issa saħħet Br. Miguel xejn ma kienet tajba.

Fi tmiem Jannar 1910 ħa riħ qawwi li żviluppa f’polmonite. Fi tlett ijiem huwa miet, nhar id-9 ta’ Frar 1910 fl-għomor ta’ 55 sena.

Fl-1936 il-fdal ta’ Br. Miguel ittieħdu fl-Ekwador u llum jinsabu fid-dar tal-kongregazzjoni fi Quito.

Il-Beatu Papa Pawlu VI ddikjarah beatu f’Ottubru 1977. San Ġwann Pawlu II niżżel ismu mal-qaddisin fl-1984.

Riflessjoni: Fix-xirka l-kbira tal-qaddisin, Alla ried jirriżerva l-ewwel post għal omm Ġesù. Marija hija ċ-ċentru tax-xirka tal-qaddisin bħala ħarriesa waħdanija tar-rabta tal-Knisja universali ma’ Kristu, tar-rabta tal-familja. Hi l-omm, hi ommna ... ommna. Għal min irid jimxi wara Ġesù fit-triq tal-Vanġelu, hi l-gwida żgura għax hija l-ewwel dixxiplu. Hi l-omm attenta li tieħu ħsiebna li lilha għandna nisqtarru kull xewqa u diffikultà li jkollna. Il-Papa Franġisku

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 64, silta mit-3 punt

It is not enough to know about the different kinds of deaf and mute people; you must also know the remedies that can cure them. As a rule, it is deafness that leads to muteness; consequently, it is easier to cure a mute person than a deaf one, because as soon as the deaf man is able to hear, he right away is able to speak. Also for this reason, the man mentioned in today’s Gospel recovered the use of his tongue before that of his ears. To enable him to speak, Jesus Christ merely had to place some saliva on the tongue in his mouth; at once the tongue was unloosed, and he spoke very distinctly. To cure his deafness, Jesus Christ placed his fingers in the deaf man’s ears, which indicates that Jesus Christ must touch a soul interiorly to make that person hear, understand, and appreciate what he says. He had to take the man aside, so that the noise of the world could not prevent him from hearing his words and appreciating them.

TALBA Missier, f’idejk nintelaq jiena: agħmel minni dak li jogħġbok.

Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox, nilqa’ kollox.

Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fija, u fil-ħlejjaq kollha tiegħek.20

Ma nixtieq xejn aktar, Mulej. F’idejk jien nitlaq ruħi; nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi, għax jien inħobbok, Mulej,

u għalhekk inħoss il-ħtieġa li nagħti lili nnifsi lilek, li nintelaq f’idejk għal kollox u b’kunfidenza bla tarf, għax int missieri.

Il-Beatu Charles de Foucauld

Missierna ...

Page 21: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

20 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 10 ta’ Frar L-Appostlu San Pawl - patrun ta’ Malta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 14: 3-7 Tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fost il-ħalel. 2. Salm 106: 21-31 Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubitu. 3. Atti 27: 16-28 Il-Maltin ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. jew Korintin 11: 18.24-31 Tliet darbiet rajt l-għarqa. 4. Mark 16: 15-20 Marru jipprietkaw kullimkien.

SOLENNITÀ TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL – patrun ta’ Malta Fl-10 ta’ Frar il-gżejjer Maltin ifakkru l-miġja ta’ San Pawl fostna. Din hija

ġrajja ta’ importanza ewlenija fl-istorja ta’ pajjiżna. Huwa l-jum tal-magħmudija ta’ Malta għax kienet dik iċ-ċirkustanza li fiha missirijietna semgħu għall-ewwel darba bl-aħbar it-tajba ta’ Sidna Ġesù Kristu, ftit snin biss wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù.

Ir-rakkont tal-wasla ta’ San Pawl f’Malta jagħtihulna b’ħafna dettalji San Luqa, l-Evanġelista li kien sieħeb San Pawl fil-vjaġġ.

Meta San Pawl kien fi vjaġġ fuq il-baħar fi triqtu lejn Ruma bħala priġunier biex il-kawża tiegħu tinstema’ quddiem Ċesari, Alla fil-providenza tiegħu tal-għaġeb, għoġbu li dan l-appostlu jara l-għarqa biex jiġi hawn Malta. Il-kliem li San Pawl qal lil sħabu wara li deherlu l-anġlu meta t-tempesta kienet fl-eqqel tagħha: “jeħtieġ li naħbtu ma’ gżira” (Atti 27, 26) bilfors jagħtuna x’naħsbu li Alla kellu ħsibijiet kbar fuq Malta meta ried li f’dawk iċ-ċirkustanzi jasal fostna l-Appostlu tal-Ġnus.

San Luqa fl-Atti jsemmi l-laqgħa sabiħa li missirijietna għamlu lill-appostlu u lil sħabu, b’kollox 276 ruħ. Bla dubju, tul it-tliet xhur li dam fostna, San Pawl xandar it-twemmin fi Kristu Ġesù, li kien għadu kif miet u rxoxta inqas minn 30 sena qabel.

Ix-xandir ta’ Pawlu, kif ukoll il-mirakli li għamel, kellhom effett kbir fuq il-poplu Malti ta’ dak iż-żmien u aċċetta d-don tal-fidi li, bi grazzja speċjali ta’ Alla, baqgħet nieżla minn ġenerazzjoni għal oħra sal-ġurnata tal-lum. Hu emmnut li, kif kien soltu jagħmel San Pawl f’kull pajjiż li jżur, huwa waqqaf il-Knisja fuq artna u anki taha, skont it-tradizzjoni, l-ewwel isqof tagħha fil-persuna ta’ Publju, il-prinċep tal-gżira.

In-nawfraġju ta’ San Pawl hu t-titular ta’ waħda mill-parroċċi tal-Belt Valletta, kif ukoll dik tal-Munxar ġewwa Għawdex.

Kif kien xieraq, il-knisja f’Malta tfakkar dan il-jum providenzjali bħala festa kmandata, u għalhekk illum hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Nitolbu llum lil Alla li jagħmel li Malta żżomm sħiħ u bla mittiefes it-tagħlim li San Pawl tana bil-kliem u bl-eżempji tiegħu.

Page 22: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 21

Riflessjoni: Dawk il-kelmiet – “Jeħtieg iżda li naslu fi gżira” (Atti 27:26) – fil-kuntest

oriġinali tagħhom huma sejħa għall-kuraġġ quddiem dak li mhux magħruf u fiduċja kostanti fil-providenza misterjuża ta’ Alla. In-nawfragi, fil-fatt, intlaqgħu bil-qalb mill-poplu Malti li mexa wara l-gwida mogħtija minn San Publju. Fil-pjan ta’ Alla, San Pawl b’hekk sar missierkom fil-fidi Nisranija. Bis-saħħa tal-preżenza tiegħu fostkom, l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu rabba għeruq sodi u ta’ frott mhux biss fil-ħajjiet ta’ individwi, familji u komunitajiet iżda wkoll fil-formazzjoni tal-identità nazzjonali ta’ Malta u tal-kultura vibranti u distintiva tagħha.

Komplu esploraw l-għana u l-fond tar-rigal ta’ Pawlu lilkom u kunu żguri li tgħadduh mhux biss lil uliedkom iżda wkoll lil dawk kollha li tiltaqgħu magħhom illum.

Il-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, 2010

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 99, silta mit-2 punt

From the moment that grace came to Saint Paul, he was faithful to it. Jesus Christ made known to him by a voice from heaven that it was he whom Paul was persecuting in the Christians. Heeding this voice that spoke to him to deliver him from his blindness, he humbly asked Jesus Christ what orders he wished to give him and what he wanted him to do for him.

TALBA

lil San Pawl Appostlu tal-Mulej

għinna nkunu appostli, li naqdu lill-Knisja b’qalb safja,

inkunu xhieda tal-verità u s-sbuħija tagħha f’dan id-dlam ta’ żminijietna.

Miegħek infaħħru ’l Alla l-Missier. Lilu, kull glorja fil-Knisja u fi Kristu

issa u għal dejjem. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 23: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

22 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 11 ta’ Frar Is-6 Ħadd ta’ Matul is-Sena

Il-Verġni Mqaddsa ta’ Lourdes - Jum il-Morda L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 13: 1,2,45-46 Joqgħod għalih waħdu u jgħammar ’il bogħod min-

nies. 2. Salm 31: 1,2,5,11 Int kenn għalija, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien

tiegħek. 3. 1Korintin 10: 3 - ; 11: 1 . Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu. 4. Mark 1: 40-45 Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf.

IL-VERĠNI MQADDSA TA’ LOURDES

Erba’ snin wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Beata Verġni Marija dehret għal aktar minn darba fil-grotta ta’ Massabielle lil tfajla umli, Bernardette Soubirous. Permezz ta’ din it-tfajla umli, Marija tistieden lill-midinbin għall-indiema, u tqanqal fil-Knisja ħeġġa kbira għat-talb u għall-imħabba, l-aktar bis-servizz mal-morda u mal-foqra.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

L-esperjenza tgħallimna li kull mibdi mitmum; li l-unika ħaġa ċerta fid-dinja hi li kollox għandu t-tmiem tiegħu. Hi l-esperjenza qarsa li tgħallimna naċċettaw il-limiti tagħna u nirrassenjaw ruħna quddiem affarijiet u ġrajjiet qawwija iktar minna. Iżjed ma nifhmuha kmieni din il-ħaġa iżjed nevitaw it-tbatija tad-delużjoni u d-dwejjaq li ġġib magħha. Il-Vanġelu, għal darb’ oħra, jurina mod ieħor. Ġesu, li permezz tiegħu s-Saltna t’Alla daħlet fl-istorja ta’ ġrajjietna, iħabbrilna bil-kliem u bil-fatti, li m’hemmx sitwazzjonijiet mingħajr rimedju; li ebda ħaġa ma tista’ tispiċċa għal kollox; li ħadd mhu mitluf għal kollox.

Hekk kif jurina l-Vanġelu tal-lum. Il-lebbruż, li f’dawk iż-żminijiet kien eżempju ċar tal-emarġinazzjoni u tal-bniedem spiċċut; mejjet ħaj li kienet titneħħilu kull relazzjoni, anke dik familjari, biex ma jittieħed ħadd minnu. Misħut mill-bnedmin, u anke f’għajnejn Alla: għax il-kundizzjoni tiegħu ta’ “mniġġes” ma kinitx tħallih jagħti qima u kienet tneżżgħu mill-identità tiegħu. L-ewwel qari jiddeskrivielna l-kundizzjoni li kienu jgħixu fiha dawn il-morda: “Il-marid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u jgħajjat: 'Imniġġes! Imniġġes!' ... u jgħix waħdu f'postu barra mill-

kamp” (Lv. 13:45, 46). Is-soċjetà kienet timponi li l-lebbrużi jagħarfu s-sitwazzjoni tagħhom ta’ impurità, jirrassenjaw ruħhom għall-emarġinazzjoni biex iħarsu l-bqija tal-komunità. Għax hekk hi d-dinja: f’kull żmien, u f’kull parti tad-dinja, għal kull qattiel hemm vittma lesta għalih.

Mhux dan il-każ tal-lebbruż li jitkellem fuqu l-Vanġelu: dan jirrifjuta li jinqata’ għalih waħdu, u li jirrassenja ruħu għall-kundizzjoni tiegħu, u jitlob l-għajnuna lil Ġesù. Trid ħafna kuraġġ biex tagħmel pass bħal dan: fil-fatt min hu mjassar

Page 24: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 23

mill-ħażen, spiss ma jagħmel xejn biex jeħles minnu għax jibża’ mir-responsabbiltà li tagħtih il-libertà, iżjed milli mit-tbatija u l-piż tal-jasar u jikkundanna lilu nnifsu għall-emarġinazzjoni għax li ma jiddependi minn ħadd isir vittma mhux biss ta’ soċjetà inġusta imma wkoll tas-suppervja tiegħu stess. Il-Mulej iżda, fil-lebbruż, isib l-ikbar alleat, u b’hekk jista’ jilqa’ l-għajta tiegħu għall-għajnuna.

Dan jagħmlu billi jaċċetta li jiltaqa’ ma’ dak li kulħadd kien jevita, u jurina li l-veru mniġġes mhux il-lebbruż imma min ma jridx jikkomprometti ruħu, min ma jridx iħammeġ idejh bil-proxxmu fqir, batut u emarġinat. Jagħmlu billi jmiss lill-marid u b’hekk jaċċetta li jerġa’ jistabbilixxi miegħu l-kuntatt u l-komunikazzjoni mitlufa, u jneħħih mill-iżolament li jġib il-mewt morali u spiritwali qabel dik fiżika.

Fuq kollox billi juri l-ħniena divina lejn l-umanità li hi priġuniera tal-istess ħażen tagħha, ħatja u vittma fl-istess ħin. Din il-ħniena mhix biss il-fatt li Alla jbati magħna imma anke li l-innoċenti jitgħabba bl-uġigħ ħati tagħna, biex jeħlisna mill-ħażen li jgħakkisna. Il-konsegwenza hi li l-emarġinazzjoni li neħħa lil-lebbruż minnha, taqa’ fuqu «f'ebda belt ma seta' iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa' barra fil-kampanja» (Mk. 1:45) , u ftit snin wara kien ikkundannat biex imut barra mill-belt propju bħal-lebbruż.

Hekk nistgħu nifhmu t-tifsira tas-silta tal-Vanġelu tal-lum, nidentifikaw il-lebbruż ma’ kull wieħed u waħna minna: Alla jħabbrilna l-bxara t-tajba li m’hemm xejn li ma jistax jitranġa fil-ħajja, għax il-ħniena divina ħallset il-prezz tal-imħabba u ħelsitna minn kull ħażen, inkluża l-mewt. Imbierek min bħal-lebbruż għandu l-kuraġġ li jemmen u ma jibżax jitlob l-għajnuna lill-imħabba t’Alla li kollox tista’.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-2 punt

Jesus Christ orders the lepers to use is to go show themselves to the priests. The

Old Law prescribed that when lepers were cleansed, they must let the priests see them, so that they could learn whether the leprosy was indeed healed. If it had been cured, these priests gave permission for them to associate with other Jews. But in the New Law, the prescriptions of Jesus Christ have quite a different power than those given by Moses. For when Jesus Christ ordered the ten lepers to go and show themselves to the priests, they were cured of their shameful illness; they were perfectly cured while on their way.

TALBA għall-morda Mulej tal-ħajja,

aqbad idejn il-morda kollha u għinhom f’din il-prova,

sabbarhom fit-tbatija u fl-uġigħ seddaq fuqhom il-ferħ

bħala rigal għat-tbatija li qed iħaddnu. Agħtihom il-grazzja li t-talb tagħhom

u l-aċċettazzjoni tat-tbatija ikun għajn ta’ vokazzjonijiet ġodda fil-Knisja Ammen.

San Ġwanni Pawlu II, Papa

Missierna ...

Page 25: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

24 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 12 ta’ Frar San Milezju - isqof ta’ Sebaste

Il-Beatu Reginald ta’ Orleans - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġakbu 1: 1-11 It-tiġrib tal-fidi tagħkom inissel is-sabar biex tkunu perfetti u sħaħ. 2. Salm 118: 67.68.71.72.75.76 Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja. 3. Mark 8: 11-13 Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? IL-BEATU REĠINALDU TA’ ORLEANS (1183 -1220) - presbiteru Dan kien l-ewwel fost il-qaddisin u l-beati Dumnikani. Twieled fid-djoċesi ta’

Orleans fi Franza. Sar duttur tal-liġi u għallem id-dritt kanoniku fl-Akkademja ta’ Pariġi. Waqt li kien iżur il-postijiet imqaddsa f’Ruma, laqtu ħafna l-kliem ta’ San Duminku u baqa’ impressjonat bil-faqar evanġeliku tal-ordni tal-Predikaturi u l-ħeġġa tiegħu għall-appostolat.

Ġiet fuqu marda, imma reġa’ ħa saħħtu bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka u mbagħad ngħaqad mal-ordni ta’ San Dumniku kif kienet indikatlu l-Madonna.

Bl-eżempju t-tajjeb u l-kelma mħeġġa tiegħu ħafna żgħażagħ u nies magħrufa daħlu fl-ordni, l-ewwel f’Bolonja u mbagħad f’Pariġi.

Billi kien professur tal-liġi kanonika fl-Università ta’ Pariġi, Reġinaldu kien ta’ għajnuna kbira għal San Duminku fl-għoti ta’ għamla definittiva lill-ordni tiegħu.

B’għaqal kbir Reġinaldu organizza u mexxa ’l quddiem il-ħajja tal-komunità, u tkebbes bil-ħeġġa tal-appostli għat-tiġdid tas-saltna ta’ Kristu.

Skont tradizzjoni fl-Ordni Dumnikan, il-Madonna għarrfet lil Reġinaldu li kienet tixtieq li l-patrijiet predikaturi jilbsu l-labtu abjad flok ir-rukkett li S. Duminku kien jilbes bħala kanonku.

Il-beatu miet f’Pariġi fl-1220 meta kellu inqas minn 40 sena u kien midfun fil-knisja ta’ Notre Dame des Champs.

Il-Beatu Piju IX, fit-8 ta’ Lulju 1875, ikkonferma l-qima lejh li kienet ilha mogħtija lilu.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 54: In-Natura tixtieq taf il-ħwejjeġ moħbija, u x’għandna mill-ġdid; trid tidher minn barra, u li fis-sensi tagħha ġġarrab bosta ħwejjeġ, tixtieq li tkun magħrufa minn kulħadd, u li tagħmel ħwejjeġ li għalihom tkun imfaħħra, li kulħadd jistagħġeb biha. Imma l-Grazzja ma tfittixx li tisma’ ħwejjeġ ġodda, lanqas li tara ħwejjeġ kurjużi, għax dan kollu ġej mill-ħsara ta’ qalb il-bniedem; mill-bqija xejn ma hawn ġdid u ta’ ħajja twila fid-dinja. Fuq hekk il-Grazzja tgħallem lill-bniedem li jżommilhom lis-sensi tiegħu, li għandu jaħrab dawk il-ħwejjeġ kollha, li bihom qalbu tista’ tinfetaħ u titkabbar, għalkemm mhumiex ħlief frugħa, li jaħbi taħt mant tal-umiltà dawk il-ħwejjeġ kollha li huma tabilħaqq ta’ min ifaħħarhom u ta’ min jistagħġeb bihom; li

Page 26: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 25

f’kull ħaġa li tgħaddi mingħalih, jew li jitgħallem, ifittex il-ġid ta’ ruħu, u l-glorja u t-tifħir biss t’Alla. Iżjed il-Grazzja u la trid min ifaħħar lilha anqas dak kollu li hu tagħha; imma tixtieq u titlob li għad-doni li bihom tinsab imżejna, jiġi mbierek u mfaħħar Alla, li jqassam id-doni tiegħu lill-bniedem għall-imħabba kbira li għandu lejh. U x’inhi dil-Grazzja? Il-Grazzja hi dawl imma dawl tas-smewwiet, hi don l-aktar għażiż t’Alla, hi s-sinjal tal-veri wlied magħżulin, u rahan tas-salvazzjoni eterna; hi qawwa li terfa’ lill-bniedem minn din l-art biex isir iħobb il-ħwejjeġ tal-ġenna, u ġġegħlu jinsa li hu tad-demm u l-laħam biex jaħseb biss f’ruħu. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 142, silta mill-1 punt This is why, says Saint Bonaventure, when Jesus Christ wished to lead his disciples to perfection, he began by making them understand the happiness that the truly poor in spirit enjoy. Then he urged them to practice poverty, telling them that if they wished to be perfect, it was necessary for them to sell all that they had and to give it to the poor. In this book Saint Bonaventure taught only what he practiced, because he chose the poorest order in the Church when he became a religious.

TALBA

O Alla tiegħi, f’dawn iż-żminijiet ta’ taqlib, diżordni u gwaj

u ta’ taħwid u konfużjoni soċjali, għinni nemmen li b’danakollu

int ħlaqtni għal “ĦAJJA” ta’ hena. u inti rajt “ li kollox kien tajjeb”.

Għinni mela ħalli jien nikkolabora miegħek, fil-meravilji tal-ħolqien li ġibtni fih

biex il-ħajja dejjem tirbaħ. Għalkemm ma nistax naħkimha,

b’danakollu hija tanġibbli għax naraha u nħossha,

fl-istess ħin din il-ħajja hija fraġli u bla saħħa

kif tidher fil-varjetà tal-ħolqien. Għinni nżomm din il-ħajja

hekk ħaġa waħda mal-ispirtu etern tiegħek

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 27: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

26 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 13 ta’ Frar

Santa Katerina dei Ricci Il-Beatu Ġordan tas-Sassonja – presbiteru

Il-Beata Kristina minn Spoleto – lajka agostinjana

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġakbu 1, 12-18 Alla mhu se jġarrab lil ħadd. 2. Salm 93: 12-13a.14-15.18-19 Hieni l-bniedem li int twiddbu, Mulej. 3. Mark 8: 14-21 Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi. Nota – Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum, it-13 ta’ Frar 1982, Brother James Miller, f’età ta’ 38 sena, ġie assassinat fil-Gwatemala, fejn kien jaħdem. Waqt li kienu ser jisparawlu, Br. James kien pront u imbotta tifel li kien hemm ħdejh, biex dan ma jiġix milqut. SANTA KATERINA DEI RICCI (1522-1590) - verġni Santa Katerina Dei Ricci twieldet Firenze, l-Italja minn familja ta’ nies

negozjanti mir-razza. Il-ġibda tagħha għat-talb dehret sa minn ċkunitha. Ta’ 13-il sena, fl-1535 ġiet aċċettata mas-sorijiet Dumnikani fil-belt ta’ Prato,

fejn l-ewwel ħames snin batiet minħabba nuqqas ta’ għarfien fil-qdusija tagħha. Imma wara li l-qdusija tagħha ġiet rikonoxxuta, u fis-sena 1560 ġiet magħżula bħala prijura fejn damet sal-mewt, 30 sena wara.

Kellha esperjenzi mistiċi b’dehriet fuq il-passjoni ta’ Ġesù li kienu jibdew mill-Ħamis f’nofsinhar sal-4.00 ta’ filgħaxija tal-għada l-Ġimgħa. Dan il-fenomenu kellu l-bidu tiegħu fis-sena 1542 u baqa’ jissuċċiedi ta’ kull ġimgħa għal tnax-il sena sħaħ.

Hija għamlet ukoll appostolat fejjiedi ta’ direzzjoni spiritwali u kellha kuntatti ma’ diversi qaddisin ta’ żmienha bħal San Filippu Neri ġewwa Ruma u Santa Marija Maddalena dei Pazzi ġewwa Firenze u dan bla ma qatt kienet rathom u bla ma tħalli l-kunvent.

Baqa’ wkoll madwar 800 ittra minn tagħha. Santa Katerina Dei Ricci mietet fit-2 ta’ Frar 1590, fl-età ta’ 68 sena wara

marda twila u ġiet ikkanonizzata fis-sena 1746. Riflessjoni: Din hija silta sabiħa ta’ Charles de Foucald mibgħuta lil wieħed li kien għadu tiegħu fil-gwerra, Henri De Castries, nhar l-14 ta’ Awwissu 1901: Bħala monaku li ngħix waħdi għal Alla, ma nistax inkellmek jew naħseb fik u ma nixtieqlekx b’qawwa kbira l-uniku ġid li nixtieq għalija nnifsi: Alla, Alla magħruf, Alla Maħbub, Alla moqdi fiż-żmien u fl-eternità.

Page 28: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 27

Nitolbok taħfirli jekk qed inkellmek b’mod daqshekk intimu, jew forsi aħjar ma nitolbokx maħfra la naf li inti tifhimni u taqbel miegħi, “Allah Akbar”, Alla huwa kbir, akbar minn dak kollu li nistgħu naħsbu fuqu u nixtiequ. Hu biss jimmerita l-ħsibijiet u l-kliem tagħna. U jekk aħna nitkellmu, u jekk qed niktiblek, dan qed nagħmlu biex ngħinek tħobbu u taqdih aħjar. Dak kollu li ma jwassalx għal dan huwa ħin moħli. Malli temmen li hemm Alla, tibda tifhem li trid tgħix biss għalih. Is-sejħa reliġjuża tiegħi mogħtija lili fl-istess waqt mal-fidi tiegħi. Alla huwa hekk kbir li hemm differenza kbira bejn Alla u dak li mhuwiex hu. Il-Vanġelu jurini li l-akbar kmandament hu , li nħobb lil Alla b’qalbi kollha u li hemm bżonn inqiegħed kollox fl-imħabba. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 57, silta mit-3 punt

Indeed, it is enough for an action to be performed through obedience for it to please God when it is accomplished with such simplicity that you have in view only to obey. From this it sometimes happens, through a special guidance of God, that an act that was bad in itself becomes good when done through simple obedience. Because obedience procures such a great advantage, let it be inseparable from all your actions, what makes them worthy of God, and what puts you in a position to do good for the souls you must lead to God and educate as Christians.

TALBA

Mulej Ġesù, nitolbok, agħtini l-għajnuna, biex ma naħlix dan iż-żmien li huwa żmien ta’ mħabba,

u żmien ta’ ħniena. Huwa żmien li matulu Alla juri lilu nnifsu bħala missier.

Inti turi lilek nnifsek bħala salvatur u l-Ispirtu s-Santu juri lilu nnifsu bħala n-nar li jikkonsma.

Ħalli ruħi tgawdi din il-grazzja! Nitolbok Mulej.

Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Nitolbu għal: Bro. George Gardner Scicluna (1945) Bro. Philip Anthony Cauchi (1984) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 29: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

28 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 14 ta’ Frar L-Erbgħa tal-Irmied

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġoel 2: 12-18 Ċarrtu qlubkom, u mhux ilbieskom. 2. Salm 50: 3-6a.12-14 u 17 O Alla, ħenn għalina għax dnibna! 3. 2 Korintin 5: 20 – 6, 2 Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu. Araw, issa hu ż-

żmien it-tajjeb. 4. Mattew 6: 1-6.16-18 Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.

RAS IR-RANDAN Illum jibda r-Randan Imqaddes li hu żmien ta’ sitt ġimgħat qabel il-festa tal-Għid il-Kbir. Bil-Malti, il-kelma ġejja mill-Għarbi Ramadan. Bil-Latin jissejjaħ Quadragesima, li tfisser erbgħin jum, biex tirreferi għat-tul taż-żmien ta’ sawm u penitenzi li bihom l-insara jħejju ruħhom għall-Għid. L-insara tal-bidu ħadu din id-drawwa fuq l-eżempju ta’ Ġesù nnifsu li għamel 40 jum ta’ sawm fid-deżert wara li rċieva l-magħmudija minn Ġwanni qabel ma beda l-ħajja pubblika tiegħu. Ir-Randan bħala tħejjija għall-Għid beda jidher f’Ruma u bnadi oħra ftit wara l-Konċilju ta’ Niċea fit-325, u mhux ħaġa kbira li kien ordnat mill-isqfijiet f’dak il-konċilju. Illum jissejjaħ ukoll L-ERBGĦA TAL-IRMIED, għax bħal-lum jitqiegħed l-irmied fuq ir-ras bħala sinjal ta’ penitenza, waqt li s-saċerdot jgħid: “Ftakar li trab int, u trab trid terġa’ ssir.” Mill-1970, minflok dal-kliem jista’ jingħad: “Indmu u emmnu għall-evanġelju.”

Riflessjoni: Ir-Randan hu ż-żmien biex ngħidu le. Le għall-qtugħ ta’ nifs tal-ispirtu minħabba fit-tniġġis ikkawżat mill-indifferenza, mit-traskuraġni ta’ min jaħseb li l-ħajja tal-ieħor mhix biċċa tiegħu; għal kull tentattiv li nibbanalizzaw il-ħajja, speċjalment dik ta’ min f’ġismu jġorr it-toqol ta’ tant superfiċjalità. Ir-Randan ifisser ngħidu le għat-tniġġis velenuż tal-kliem vojt u bla sens, tal-kritika ħarxa u mgħaġġla, tal-analiżijiet sempliċistiċi li ma jafux iħaddnu l-kumplessità tal-problemi umani, speċjalment il-problemi ta’ dawk li l-aktar qed ibatu. Ir-Randan hu ż-żmien li ngħidu le; le għall-qtugħ ta’ nifs ta’ talb biex inserrħu l-kuxjenza, ta’ karità biex inħossuna sodisfatti, ta’ sawm li bih inħossuna f’postna. Ir-Randan hu ż-żmien biex ngħidu le għall-qtugħ ta’ nifs li jiġi mill-‘intimiżmi’ li jeskludu, li jridu jaslu għand Alla imma jiskansaw il-pjagi ta’ Kristu preżenti fil-pjagi ta’ ħutu: dawk l-ispiritwalitajiet li jirriduċu l-fidi għal kulturi tal-getto u ta’ esklużjoni.

Jum ta’ sawm (għal dawk bejn it-18 u d-59 sena) u

astinenza (għal dawk minn 14-il sena ’l fuq)

Page 30: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 29

Ir-Randan hu żmien tal-memorja, hu ż-żmien biex naħsbu u nistaqsu lilna nfusna: x’kien jiġri minna kieku Alla kellu jagħlqilna l-bieb f’wiċċna? X’kien jiġri minna mingħajr il-ħniena tiegħu li ma waqfitx taħfrilna u tatna dejjem opportunità biex nibdew mill-ġdid? Ir-Randan hu ż-żmien biex nistaqsu lilna nfusna: Fejn konna naslu mingħajr l-għajnuna ta’ tant uċuħ siekta li b’elf mod qabdulna jdejna u b’għemejjel konkreti ħafna raddewlna t-tama u għenuna nibdew mill-ġdid? Ir-Randan hu ż-żmien biex nerġgħu nibdew nieħdu n-nifs, hu ż-żmien biex niftħu qalbna għan-nifs tal-Uniku wieħed li kapaċi jibdel it-trab tagħna f’umanità. Mhux iż-żmien li nċarrtu lbiesna quddiem il-ħażen li jdawwarna, imma pjuttost li nagħmlu wisgħa f’ħajjitna għall-ġid kollu li nistgħu nagħmlu, nitneżżgħu minn dak li jaqtagħna għalina waħidna, jagħlaqna fina nfusna u jipparalizzana. Ir-Randan hu ż-żmien tal-ħniena biex mas-Salmista nistgħu ngħidu: “Roddilna [, Mulej,] l-hena tas-salvazzjoni tiegħek, u bi spirtu qalbieni wettaqna”, sakemm b’ħajjitna nxandru t-tifħir tiegħek (ara Salm 51:14), u t-trab tagħna – bil-qawwa tan-nifs tal-ħajja tiegħek – jinbidel fi “trab tal-imħabba” Il-Papa Franġisku

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 16, l-1 punt The purpose of the Church in putting ashes on your head today is to make you realize that today you ought to be filled with the true spirit of penance. This sacred ceremony is a remnant of the Church’s ancient discipline, which obliged public penitents at the start of their penance to receive ashes on their heads at the hands of the ministers of the holy altar, in full view of the faithful. You ought to resolve to unite with this institution of the Church, to participate in it, and to begin on this holy day to prepare by a suitable disposition of heart for this holy practice, the soul of which is sincere compunction. This is how we ought to begin and to end this holy season of forty days.

TALBA

fuq Salm 26: “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.”

Mulej stallajt, inkurlajt! B’danakollu, it-tama tiegħi fik inħossha ġewwa fija

għax naf li m’intix ser tabbandunani, anki jekk id-dubji jimlewli moħħi,

anke jekk ħafna problemi qed ikidduni bħalissa. Għinni nġarrabhom bil-qalb,

filwaqt li nżomm quddiem għajnejja: “Mulej, inti s-salvazzjoni tiegħi.”

Imlieni bil-kuraġġ biex inkompli ngħix għalik, għalik, għax “inti d-dawl tiegħi”. Ammen.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 31: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 15 ta’ Frar San Klawdju de la Colimbiere – presbiteru

San Sigfridu – appostlu tal-Isvezja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 30: 15-20 Jien illum qgħedt quddiemek il-barka u s-saħta. 2. Salm 1: 1-4 u 6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu. 3. Luqa 9: 22-25 Min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha. SAN SIGFRIDU – appostlu tal-Isvezja (†1002) Meta r-Re Olas tal-Isvezja talab lir-Re Edred biex jibgħatlu xi missjunarju,

Sigfridu, saċerdot żelanti f’York, aċċetta din il-missjoni, u wasal fil-belt ta’ Wexiow, fi Smaland, f’Ġunju tad-950.

L-ewwel waqqaf salib kbir, imbagħad bena knisja tal-injam u beda jqaddes u jipprietka fiha.

Hawn għadd kbir saru Nsara, u s-salib twaqqaf qalb it-tnax-il tribù tal-inħawi. Ir-Re Olas, kien kuntent ħafna b’dak li sema’. Bosta ġew mill-bogħod biex jarawh iqaddes u jisimgħu t-tagħlim tal-Vanġelu u jistagħġbu bl-ilbies tal-ħarir u l-mitra u l-baklu li ħa miegħu, u bid-dinjità li bihom kien jagħmel iċ-ċerimonji tal-kult Nisrani. Iżda fuq kollox laqtuhom il-mortifikazzjonijiet, id-diżinteress, il-ħeġġa u l-qdusija tal-missjunarju u l-veritajiet sublimi tat-tagħlim Nisrani.

Il-qaddis ordna żewġ isqfijiet, wieħed għal-Lvant u l-ieħor għall-Punent, tas-sedi ta’ Wexiow, li hu żamm sa mewtu.

Hu daħal aktar ’il fuq, fil-provinċja tan-nofs u tat-Tramuntana, biex iwassal hemm ukoll id-dawl tal-Vanġelu. Ir-Re Olas, laqgħu b’rispett kbir, u sar Nisrani hu, il-qorti u l-armata tiegħu.

Hemm ordna żewġ isqfijiet oħra, wieħed għas-sedi ta’ Upsala, li kienet ġa maħluqa minn San Anskarju, fit-830, u l-ieħor għal dik ta’ Strengues.

Waqt li kien il-bogħod minn Wexiow, truppa ta’ suldati pagani, daħlu jisirqu u qatlu ’l bosta, fosthom il-viċi Unamun li Sigfridu kien ħalla bħala amministratur minfloku.

Meta sema’ b’dan il-massakru, il-qaddis reġa’ lura biex jirripara l-ħerba li għamlu. Ir-re ried jikkundanna għall-mewt lill-assassini, iżda Sigfridu qabeż għalihom u salvahom.

Miet wara ħajja u ħidma appostolika, madwar is-sena 1002, u difnuh fil-Katidral ta’ Wexiow, fejn il-qabar sar magħruf għall-mirakli li saru.

Il-Papa Adrijanu IV, Ingliż, iddikjarah qaddis fis-sena 1158.

Page 32: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 31

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-2 Ktieb, kap. XII; Ħejji ruħek, mela, bħala qaddej tajjeb u fidil ta’ Kristu, biex terfa’ bil-qalb is-salib tas-sinjur tiegħek imsallab għall-imħabba tiegħek. Ħejji ruħek għal tant għawġ u tbatija minn kull xorta f’din id-dinja mnikkta. Kull fejn tkun, ma tarax ma’ wiċċek ħlief minn dan. Hekk jeħtieġ li jkunu s-slaleb u t-tbatijiet, u af li ma tistax teħles minnhom xort’oħra, ħlief billi taċċettahom bil-qalb. Ixrob bil-ferħ il-kalċi tas-sinjur tiegħek, jekk trid li jagħmel minnek kif l-aktar jogħġbu. Midd għonqok għas-slaleb u anzi ħudhom bħala l-aqwa ġid għar-ruħ tiegħek; għaliex it-tbatijiet ta’ din id-dinja mhumiex biżżejjed, biex ikun jistħoqqlok il-glorja tal-ġenna, lanqas kieku terfagħhom kollha int waħdek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 195, silta mill-1 punt

Although Jesus Christ died for everyone, the benefit of his death is, nevertheless, not effected in everyone, because all do not make the effort to apply it to themselves. The response of our will is necessary on our part in order to make it effective. Although the death of Jesus Christ was more than sufficient to wipe out the sins of all and to be a complete reparation for them, because God has reconciled us through Jesus Christ, nevertheless, the grace that Jesus merited for us effects our salvation only insofar as our will is brought to correspond with it. It is up to each of us to achieve and complete the work of our own redemption.

TALBA

Mulej, jien qiegħed fid-dinja biex nuri l-ħniena tiegħek waqt li xi nies jigglorifikawk

billi juru l-qawwa tal-grazzja tiegħek, bil-fedeltà dejjiema lejk.

Jiena nigglorifikak billi nuri kemm inti ħanin lejn il-midinbin.

Nuri li l-ħniena tiegħek hija bla tarf, u li ebda midneb, kbira kemm hi kbira l-offiża,

m’għandu jaqta’ qalbu mill-maħfra. Jekk jien inqastek sew, redentur tiegħi,

tħallinix noffendik iżjed billi naħseb li m’għandekx ħniena biżżejjed biex taħfirli.

Ammen. San Klawdju

Missierna ...

Nitolbu għal: Bro. Norbert Farugia (2007) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 33: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

32 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar San Ġuventinu u San Massiminu – martri

San Oneżimu – martri tal-1 seklu Il-Beatu Xmun minn Cassia

Il-Beatu Ġużeppi Allamano – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 58: 1-9a Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan? 2. Salm 50: 3-6a.18-19 Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla. 3. Mattew 9: 14-15 Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu. SAN ONESIMU (l-1 Seklu) Kien dixxiplu ta’ San Pawl li jsejjaħlu “ħija maħbub u fidil ferm” (Kol. 4:9).

Kien ilsir ta’ Filemon, persunaġġ importanti tal-belt ta’ Kolossi, ikkonvertit minn San Pawl.

Kien seraq lil sidu u ħarab, hekk li skont il-liġi ta’ dak iż-żmien sidu kien jista’ jew joqtlu bil-frosta jew jikkundannah għal għomru u jdawwar il-ħaġra tal-mitħna.

Il-providenza ġagħlitu jiltaqa’ ma’ San Pawl, priġunier Ruma, li għamlu Nisrani, għammdu u bagħtu lura għand sidu b’ittra ta’ rakkomandazzjoni ħalli jaħfirlu, biex b’dan l-att ta’ ġenerożità ta’ Filemon, Onesimu (kelma Griega li tfisser “utli”), li qabel ma kienx jiswielu, jista’ issa jiswielhom lit-tnejn, lil Filemoni u lil Pawlu (Fil. 11). Sidu ħafirlu, tah anzi l-ħelsien u bagħtu lura għand San Pawl, li żammu bħala ħuh. Imbagħad, skont ix-xhieda ta’ San Ġilormu, inqeda bih bħala xandar tal-Vanġelu u ordnah isqof.

Il-Griegi jgħidu li sofra l-martirju fis-sena 95, taħt Domizjanu. Tajjeb li wieħed jaqra l-ittra ta’ San Pawl lil Filemon li kiteb wara li San Pawl

kien telaq għal Ruma. Ittra qasira, faċċata waħda. L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU 1. LI MA TĦARES LEJN XEJN JEKK MHUX BL-GĦAJNEJN TAL-FIDI. 2. LI MA TAGĦMEL XEJN JEKK MHUX GĦAL ALLA. 3. LI TQIS KOLLOX BĦALA ĠEJ MINN ALLA. L-ISPIRTU TA’ FIDI HUWA SPIRTU LI F’KOLLOX JIRREGOLA RUĦU LI JIMXI FUQ IL-MASSIMI U S-SENTIMENTI MEĦUDIN MILL-ISKRITTURA.

Page 34: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 33

Riflessjoni: Ġesù tgħammed minn San Ġwann: niżel fuqu l-Ispirtu s-Santu waqt li nstema' leħen il-Missier li qal: “Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu” (ara Mt. 3,16). Imbagħad irtira fid-deżert, immexxi mill-Ispirtu s-Santu, biex jiġi mġarrab, isum u jħejji ruħu għall-ħajja pubblika u ta' appostolat ... Ġesù Kristu baqa' fid-deżert erbgħin jum, waħdu, fis-skiet, fis-sawm u fit-talb, bla ma qatt jitkellem, mingħajr ikel, bla ma jara qatt lil ħadd, iġerraħ kull fastidju. Inti hawn għandek l-eżempju li trid timita qabel ma taqbad xi ħaġa importanti, hi liema hi: tirtira fis-solitudni, tagħmel penitenza, titlob. Hekk kull inizjattiva tiegħek tkun għall-glorja ta' Alla, għall-ġid tal-proxxmu u tiegħek innifsek. Tinsiex dan. Immedita fuq kif Ġesù Kristu ġie ttantat, biex ikunlek dejjem preżenti bl-eżempju tiegħu, ħalli tirbaħ it-tentazzjonijiet, sabiex tagħder lil dawk li huma ttantati u biex timmerita għalina l-grazzja li nieqfu lid-demonju. San Nerik de Ossó Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mill-1 punt We too ought to be able to say the same thing as David, because we need penance no less than he did if we wish to draw Jesus Christ to us. This is why, as the Gloss says, each of you must expiate the sins of your past by penance, so that you may once again draw near to the salvation you have lost and recover the facility of returning to God, from whom you have strayed. This is why God declared, by one of the Prophets, be converted to me by fasting, weeping, and mourning. For they are the surest means of finding God when we have lost him, the means that contribute most to obtaining for us that purity of heart which David so ardently begged from the Lord. It was also with this in mind that he asked God, Wash me yet more from my iniquities, and purify me from my sins.

TALBA

Mulej ġedded fija x-xbieha tiegħek. Meta l-prijoritajiet jintilfu ġos-sħab

u s-sejħa tiegħi, bħala Nisrani tibda tnemnem. Għinni nerġa’ niskopri mill-ġdid li s-saltna

tiegħek qiegħda ġewwa fija: l-assikurazzjoni li inti tgħix fiha,

li nagħraf li jiena opra ta’ arti li ħarġet minn idejk li nerġa’ nintebaħ bil-kwalitajiet sbieħ, li nirringrazzja u li napprezza,

li nqanqal fija dik il-virtù li naħfer dak li jidher li m’hemmx maħfra għalih niġġedded f’dik l-esperjenza li xejn ma jista’ jifridni mill-imħabba tiegħek

li nafda l-imgħoddi tiegħi, fil-ħniena tiegħek, il-preżent, fl-imħabba tiegħek,

il-ġejjieni, fil-providenza tiegħek. Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 35: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

34 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 17 ta’ Frar

Is-Seba’ Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta’ Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 58: 9b-14 Jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ, imbagħad id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam. 2. Salm 85: 1-6 Urini, Mulej, triqatek. 3. Luqa 5: 27-32 Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall-

indiema.

SANT ALESSJU FALCONIERI (1200-1310) U SĦABU - fundaturi tas-Servi ta’

Marija

Sant’Alessju hu wieħed mis-seba’ fundaturi tas-Servi ta’ Marija. Huwa kien bin Bernardu Falconieri, negozjant kbir ta’ Firenze, u wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika.

Twieled f’Firenze fl-1200. Trabba fil-prattika ta’ umiltà liema bħalha. Ingħaqad mal-konfraternità tal-Verġni Marija u hemmhekk ltaqà mas-sitt

kompanji fl-ispiritwalità tiegħu. Dawn ukoll kienu ġejjin minn familji ta’ negozjanti kbar. Id-differenza kienet biss li dawn kienu ordnati saċerdoti. Huma libsu l-abitu griż tal-Aħwa tal-Penitenza, konfraternità ta’ lajċi li tagħha kienu membri, u ddedikaw ruħhom għat-talb, penitenzi u għemejjel ta’ ħniena.

Jingħad li huma lkoll kellhom ix-xorti li jaraw lill-Verġni Marija Omm Ġesù, nhar il-15 ta’ Awwissu,1233. Ftit wara huma ffurmaw l-Ordni tas-Servi ta’ Marija. Dawn is-serviti addottaw ir-regola ta’ S. Wistin u ħadu l-abitu iswed b’devozzjoni lejn id-Duluri tal-Madonna.

Alessju flimkien ma’ sħabu erħewlha lejn Camarzia, f’tarf il-belt, u rtiraw hemmhekk. Sena wara, marru fuq il-Muntanja Senario u ffurmaw eremitaġġ.

Għalkemm Alessu għex il-ħajja sabiħa ta’ 110 snin, huwa qatt ma ordna saċerdot, għax tant kien umli li ħass li ma kienx dehen.

Huwa kien ta’ għajnuna kbira għan-neputija tiegħu, Santa Ġuliana Falconieri fil-mixja tagħha għall-qdusija.

Ftit snin wara li waqqfu l-ordni, il-persuni li ngħaqdu magħha kienu jgħoddu 10,000. Dan kien attribut għall-ħidma li wettqu u ż-żelu li wrew San Alessju u sħabu.

Miet fis-17 ta’ Frar tal-1310. Alessju, flimkien mas-sitta l-oħra, fundaturi tas-Servi ta’ Marija ġew

ikkanonizzati flimkien fl-1888 mill-Papa Ljun XIII.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 52: X’inhu li int tant tixtieq mill-ħati u mill-imsejken midneb, ħlief li hu jindem u jumilja ruħu għad-dnubiet tiegħu? Mill-vera ndiema u min-niket tal-qalb titnissel it-tama

Page 36: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 35

tal-maħfra; biha r-ruħ imħawda ssib il-paċi tagħha, terġa tinqala’ l-grazzja mitlufa, il-bniedem jeħles mill-qilla tad-dinja l-oħra u jiltaqgħu wiċċ ma’ wiċċ, b’bewsa tal-qdusija, Alla u r-ruħ niedma. L-indiema tad-dnubiet imsieħba mal-umiltà, o Sinjur, hija sagrifiċċju wisq magħġub quddiemek; il-fwieħa tagħha hija quddiemek oħla mill-fwieħa tal-inċens. Din kienet dak l-ingwent ħelu, li bih ridt li riġlejk l-imqaddsa jiġu midluka; għaliex int qatt ma dawwart wiċċek minn qalb niedma u umli. L-indiema hi l-kenn tagħna biex nistkennew minn wiċċ il-qilla tal-għadu. Biha l-bniedem jaqta’ d-drawwiet ħżiena kollha, u jissaffa mit-tkasbir kollu li bih tkasbar. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-2 punt It is said of Saint John that he preached penance for the remission of sins, because it is penance that procures the remission of sins for those who have offended God. Saint Peter said to the Jews in the Acts of the Apostles, Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, Do penance to obtain the remission of your sins. It was also by means of this same virtue that the Ninevites, who had outraged heaven by their disorderly conduct, induced God to revoke the sentence he had pronounced against them to destroy their city. This they could not do except by a conversion of their hearts, following the preaching of Jonas and the invitation of their king. To avert the calamity that threatened them, there was no other recourse for them, says Saint Ambrose, than to fast continually and cover themselves with sackcloth and ashes to appease the anger of God.

TALBA O Mulej Alla tagħna,

inti li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħna u mhux dak li rridu, agħtina f’dan ir-Randan imqaddes,

il-grazzja li aħna nafdaw fik u f’dak li int tixtiqilna,

u mhux f’dak li nixtiequ aħna. Nadfilna qalbna minn kull ħażen,

biex aħna nkunu nistgħu nħarsu ’l quddiem bil-ferħ għall-Glorja tal-Għid,

bi Kristu sidna, Ammen. Missierna ...

Page 37: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

36 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 18 ta’ Frar L-Ewwel Ħadd tar-Randan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 9: 8-15 Alla jeħles lil Noé mid-dulluvju u jagħmel patt miegħu. 2. Salm 24: 4-9 Il-mogħdijiet tal-Mulej, kollhom tjieba u fedeltà. 3. 1Pietru 3: 18-22 L-ilma tal-magħmudija jsalva lilkom ukoll. 4. Mark 1: 12-15 Kien imġarrab mix-xitan, u l-anġli kienu jaqduh.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ir-rakkont ta’ Mark dwar it-tentazzjonijiet ta’ Ġesù hu qasir u jgħammixna bħal kieku kien xi flash tar-ritratti, imma jekk ngħaqqduh mal-episodju tal-magħmudija jsir għani ħafna fid-dettalji:

Id-deżert, l-erbgħin jum, il-bhejjem, l-anġli, ix-xmara, il-ħamiema, il-leħen mis-sema, kollha huma sinjali tal-ħajja; bċejjeċ ta’ storja, eku ta’ ġrajjiet imbiegħda li jeħduna lura sal-bidu tad-dinja u tal-bniedem.

Fil-fatt, Mark, f’Ġesù li jgħix fis-solitudni qalb il-bhejjem tad-deżert, jindikalna lil Adam li kien jgħix qalb l-annimali fil-paċi tan-natura, l-ilma tal-Ġordan u l-ħamiema, jfakkruna fid-dulluvju u l-patt ta’ Alla mal-umanità li salvat. L-erbgħin jum ifakkruna fit-tbatija tal-poplu t’Alla imjassar bit-tbatija u t-tentazzjonijiet imma mwieżen mill-grazzja t’Alla fil-mixja tiegħu lejn l-art imwiegħda. Fi kliem ieħor donnu Mark irid jerġa’, simbolikament, jgħaddi lil Ġesù mill-istorja tad-dinja mill-bidu nett sat-tmiem li Ġesù jħabbar li s-Saltna t’Alla waslet, u bil-magħmudija jinżel fil-kundizzjoni umana tagħna u jissottometti ruħu għall-prova tat-tentazzjoni.

Imqanqal mill-Ispirtu li hu l-istess imħabba t’Alla, Ġesù jaċċetta li jidħol għalina u magħna fid-deżerti tal-istorja tagħna u jimxi l-ġrajjiet storiċi, pass pass magħna u minn żmien għall-ieħor isir Adam, Noè, Mosè u l-poplu ta’ Iżrael, jien, int u kull bniedem fid-dinja; isir il-passat ta’ kulħadd, il-preżent ta’ kull wieħed; jagħmel storja universali u ħajja personali; sperimentata fih innifsu dak li l-bniedem joħlom li hu u dak li hu fir-realtà: eroj u viljakk, virtù u dnub, ħolm u ċertezzi, dawl u dlam ... B’dan il-mod, bejn Alla u l-bniedem isir tpartit tal-għaġeb: l-Adam midneb li aħna aħna, idaħħal lil dak li hu l-istess sema fl-art; fid-deżert tat-tentazzjonijiet tiegħu; qalb il-bhejjem tad-dnubiet tiegħu lil dak li l-anġli jikkontemplawlu ’l wiċċu; id-dawl mhux maħluq jesperimenta d-dlamijiet tagħna; lill-Għerf infinit tingħata l-injoranza tagħna; dak li jista’ kollox iġarrab id-dgħufija tagħna, u l-qawwi jġarrab it-telfa tagħna; il-ħtijiet tagħna jitgħabbew fuq l-innoċenti, u l-uġigħ tagħna fuq dak li hu beatitudni perfetta.

Dan it-tpartit jippermetti lil Alla li jidħol fil-qalb marida tad-dinja biex permezz ta’ Ġesù jġib mhux biss l-imħabba assoluta imma l-ħniena tiegħu infinita kif ukoll l-ubbidjenza bla kundizzjoni ta’ Ġesù, il-bniedem il-ġdid, li l-bniedem il-qadim tilef bi ħtijietu. Fil-fatt, meta Adam ċeda għat-tentazzjoni bidel il-ġenna f’deżert, Ġesù min-naħa l-oħra bir-rebħa fuq l-attakk tax-xitan jerġa’ jagħtina l-

Page 38: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 37

possibilità li nibdlu d-deżerti ta’ ħajjitna f’ġenna fejn il-bhejjem isiru anġli li Alla jibgħat b’servizz għal bniedem.

Għalhekk Ġesù jħabbar li fl-aħħar beda żmien ġdid, li s-saltna t’Alla waslet fostna: din l-aħbar tajba hi preżenti fostna: din l-aħbar tajba tiżgurana li anke f’dinja diffiċli u kkumplikata bħal tagħna jeżistu itinerarju u skopijiet ċerti. Din it-tħabbira qawwija tippermetti t-tama anke fl-iktar sitwazzjonijiet koroh ta’ vjolenza u persekuzzjoni li sal-lum naraw kontra d-dixxipli ta’ Ġesù.

Jekk l-affarijiet huma hekk, ma nistgħux inħarsu lejn ir-Randan bħala żmien ta’ penitenza, ċaħda u gdiedem. Veru li nitfgħu l-irmied fuq rasna, għax mimlija ħażen u uġigħ, imma Alla nefaħ fina l-Ispirtu li joħloq fina ħajja ġdida u ferħ li ma jintemmx. Is-sawm mill-ikel li l-Knisja tistedinna nagħmlu, mhuwiex biss iċ-ċaħda mill-ikel imma mezz tajjeb ’l fuq minna nfusna li jwassalna għal-liberazzjoni li l-Mulej isejjħilna għaliha. U jekk f’dan iż-żmien aħna msejħin nidħlu fid-deżert tas-silenzju, tas-smigħ u tat-talb hu sabiex nerġgħu niskopru fil-ġewwieni tagħna, fuq wiċċna sfigurat bil-ħtija, d-dinjità immensa ta’ wlied Alla.

Il-qsim tal-ġid tagħna mal-fqar mhuwiex telfa, imma rivelazzjoni tal-wiċċ glorjuż tal-Mulej f’dak tal-iżgħar fost l-aħwa, biex niskopru li l-karità mhux biss toħloq l-għaqda imma tiggarantixxi wkoll il-ħlas.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 17, silta mit-2 punt

…if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation. Have you been expecting to battle constantly with the demon and against you? Since you left the world, have you been as constantly on your guard against you as you must be? Do you have what you need to resist the demon and not to surrender to the pleasures of the senses? Be convinced that it is a great misfortune not to experience, any temptation, because this is a sign that we are not victorious in any way and that we are allowing ourselves to be easily conquered by our passions.

TALBA O Mulej Alla tagħna,

inti li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħna u mhux dak li rridu, agħtina f’dan ir-Randan imqaddes,

il-grazzja li aħna nafdaw fik u f’dak li int tixtiqilna,

u mhux f’dak li nixtiequ aħna. Nadfilna qalbna minn kull ħażen,

biex aħna nkunu nistgħu nħarsu ’l quddiem bil-ferħ għall-Glorja tal-Għid, bi Kristu sidna,

Ammen. Missierna ...

Page 39: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

38 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 19 ta’ Frar San Karradu Confalonieri – eremit

Ir-Raba’ Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 19: 1-2.11-18 Agħmel ħaqq mill-proxxmu tiegħek fis-sewwa. 2. Salm 18: 8.9.10.15 Il-kliem tiegħek Mulej huwa spirtu u ħajja. 3. Mattew 25: 31-46 Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi. SAN KORRADU CONFALONIERI (1290-1354) Kien nobbli mill-belt ta’ Piacenza fl-Italja ta’ Fuq, fejn twieled fl-1290. Darba

waqt li kien għall-kaċċa ħaraq bi żball, mingħajr ma ried, l-għalqa ta’ wieħed bidwi, u minħabba f’hekk ġie kkundannat għall-mewt raġel innoċenti.

Allura Korradu mar jistqarr b’wiċċu minn quddiem li dak kien innoċenti għax kien ħu stess li bla ma ried, kien għamel dik il-ħsara, ħallas l-ispejjeż kollha u sab ruħu fil-faqar.

Wara dan, martu daħlet soru mal-Klarissi u Korradu sar Terzjarju Franġiskan, u mar jgħix ta’ eremit fi Sqallija, qrib il-belt ta’ Noto, fejn miet fid-19 ta’ Frar, 1354.

Il-fdal tiegħu jinsab meqjum ġo urna rikka u artisika fil-katidral iddedikat lilu f’Noto, u hawn huwa l-patrun ta’ dik il-belt u d-djoċesi.

Huwa wkoll il-qaddis protettur tal-kaċċaturi. Il-Papa Leone X ppermetta l-festa tiegħu għal Noto fl-1515, waqt li l-Papa

Pawlu III (1534-1549) tah it-titlu ta’ qaddis, u l-Papa Urbanu VIII fl-1644 approva l-festa tiegħu għall-kalendarju tal-ordni kollu Franġiskan.

Lejh jirrikorru speċjalment f’każi ta’ ftuq, u bla dubju ta’ xejn hu mudell mill-isbaħ tal-ħajja tat-talb u l-kontemplazzjoni.

Riflessjoni: Ħobb – kun tassew kontemplattiv fil-qalba tad-dinja. Kull ma tagħmel, ukoll li tgħin lil xi ħadd jaqsam it-triq, int tkun qed tagħmlu lil Kristu. Anke jekk tagħti tazza ilma, qed tagħtiha lil Kristu. Huwa tagħlim hekk sempliċi imma importanti.

Santa Tereża ta’ Kalkutta

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 37, it 3-punt

You ought to look upon the children whom you are appointed to teach as poor, abandoned orphans. Although the majority of them do have a father here on earth, they are still as if they had none and are abandoned to themselves for the salvation of their souls. This is the reason God places them as if under your guardianship.

Page 40: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 39

God looks on them with compassion and takes care of them as being their protector, their support, and their father, and it is to you that God entrusts this care. This God of goodness places them in your hands and undertakes to give them everything you ask of him for them: piety, self-control, reserve, purity, and the avoidance of companions who could be dangerous to them. Because God knows that of yourself you have neither enough virtue nor enough ability to give all these things to the children he has entrusted to you, God wants you to ask him for these blessings for them frequently, fervently, and insistently. In this way and thanks to your care, nothing that they need for their salvation will be lacking to them.

TALBA Mulej!

Inti l-għajn ta’ kull maħfra. Mingħajr imħabba

ma nħossnix kapaċi naħfer. Għinni ħalli nixrob mill-għajn ta’ mħabbtek

biex inkun nista’ nibdel fit-tajjeb, id-deni li qiegħed isirli.

Agħtini l-grazzja li naħfer, il-qawwa biex nirrikonċilja lili nnifsi.

La tippermettix, Mulej, li noqgħod inberren fuq il-mibgħeda.

Mulej, agħtini l-grazzja li nħoss il-hena

tal-maħfra li jiena nagħti u tal-maħfra li nirċievi.

Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 41: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

40 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 20 ta’ Frar Il-Konsagrazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt

Il-Beati Franġisku u Ġjaċinta Marto Il-Beata Eliżabetta ta’ Mantova

Il-Ħames Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 55: 10-11 Kelmti tagħmel dak li jogħġob lili. 2. Salm 33: 4-7.16-19 Il-Mulej jeħles il-ġusti mid-dwejjaq kollha tagħhom. 3. Mattew 6: 7-15 Mela itolbu hekk. IL-BEATA ELIŻABETTA TA’ MANTOVA (1428-1468) – verġni Twieldet f’Mantova, fl-1428, mill-familja ta’ Picenardi – ommha u missierha

kienu nies magħrufa u tat-tajjeb, ħafna. Kienet familja li kienet tgħożż il-valuri reliġjużi.

Irċeviet edukazzjoni ta’ livell għoli. Missierha għallimha l-Latin biex hekk tkun tista’ tgħid l-uffiċċju tal-Madonna. Ommha, min-naħa tagħha, għallmitha kif wieħed jimmedita u kienet tinkuraġġiha tagħmel il-meditazzjoni kuljum.

Eliżabetta ma riditx taf bi żwieġ u wara l-mewt ta’ ommha, hi u waħda minn ħutha bniet, daħlu fit-Terzordni tas-Serviti.

Eliżabetta kienet tqerr ta’ spiss u titqarben ukoll. Kienet tfajla eżemplari bl-umiltà u bil-ġentilezza tagħha.

Imżejna b’doni spiritwali profondi kienet timpressjona ħafna lit-tfajliet tal-età tagħha tant li fl-aħħar ingħaqdu flimkien u ffurmaw Komunità tas-Serviti taħt id-direzzjoni ta’ Eliżabetta.

Kellha 40 sena meta mietet, fis-19 ta’ Frar tal-1468, b’kawżi naturali wara snin ta’ tbatijiet f’ġisimha. Il-belt rat folol kbar ta’ nies għall-funeral tagħha.

Ħafna nies kienu jmorru jitolbu fuq qabarha u ġew irrappurtati ħafna mirakli bl-interċessjoni tagħha.

Ġiet ibbeatifikata fl-10 ta’ Novembru tal-1804, mill-Papa Piju VII.

Riflessjoni: It-talb huwa l-blata tal-paragu tal-fidi. Mhuwiex rit ta’ ħelsien mill-periklu jew rifless superstizzjuż. Aħna nsejħu talb lil dik il-kommunikazzjoni vera u intima ma’ Alla. It-talb huwa s-sinjal tal-preżenza divina fil-persuna. It-talb huwa r-rivoluzzjoni l-aktar serja u kbira li l-bniedem jista’ jagħmel: li tidħol f’kuntatt mal-Ħallieq, ma’ Alla immens u li jista’ kollox. M’hemmx triq tan-nofs fit-talb: jew huwa veru jew mhuwiex. Jew huwa ingann, illużjoni u gidba jew mhuwiex. Bruno Ferrero

Page 42: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 41

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: ‘Explanation of the method of interior prayer’

Interior prayer is called an inner activity, because the soul occupies itself there in with what is proper to it in this life, which is to know and to love God (cf. John 17:3; Luke 10:27–28), and to take all the means needed to achieve both these ends. But the principal activity of the soul in prayer that is truly interior is to fill itself and to unite itself interiorly with God, (cf. Eph 3:19) which through a lively faith is for the soul a sort of apprenticeship and foretaste of what the soul should do in reality for all eternity. It is for this reason that interior prayer is called an inner activity in which the soul applies itself to God.

TALBA LIL ĠESÙ

Ġesù, noffrilek lili nnifsi,

dak li jien u dak li għandi, kollox huwa tiegħek.

Noffrilek ix -xogħol tiegħi u inti tagħtini l-mistrieħ. Noffrilek in-niket tiegħi u inti tagħtini l-faraġ.

Noffrilek it-tentazzjonijiet tiegħi u inti tagħtini r-rebħa. Noffrilek it-tbatija tiegħi u inti tagħtini s-sabar.

Jien nagħtik iż-żmien tiegħi u inti tagħtini l-eternità. Inħobbok Ġesù!

Bernard Vaughan

Missierna ...

Page 43: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

42 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 21 ta’ Frar

San Pietru Damjan - isqof u duttur tal-Knisja San Robertu Southwell - ġiżwita

Is-Sitt Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġona 3:1-10 In-nies ta’ Ninwè reġgħu lura minn triqthom il- ħażina. 2. Salm 50: 3,4,12,13,18,19 Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex,O Alla. 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona SAN ROBERTU SOUTHWELL (1561 - 1595) – Ġiżwita Robert Southwell twieled f’Norfolk l-Ingilterra fl-1561, minn familja nobbli.

Kien l-iżgħar minn tmien ulied. Minħabba l-persekuzzjoni kontra l-Kattoliċi, bħala kattoliku kellu jmur jistudja

fi Franza. L-ewwel fi skola f’Douai u wara f’Pariġi, immexxija mill-Ġiżwiti. Ta’ 16-il sena wera x-xewqa li jidħol mal-kumpanija ta’ Ġesù, però billi kien

għadu ta’ età żgħira ma ġiex aċċettat. Kien ta’ karattru sod, għalhekk ma qatax qalbu. Irħielha jimxi minn Pariġi għal Ruma u hemm ingħaqad mal-Ġiżwiti fl-1578.

Ġie ordnat fl-1584, mar f’kulleġġ tas-saċerdoti f’Ruma stess u għal sentejn kompla t-taħriġ tiegħu biex ikun jista’ jmur missjunarju f’pajjiżu, l-Ingilterra.

Wara sentejn talab hu stess li jitħalla jmur minnufih. Mar joqgħod Londra u kien jaħdem mal-familji t’hemmhekk. L-awtoritajiet indunaw mill-ewwel u għal sitt snin sħaħ żammewlu l-għassa. Għad li kien Londra, klandestinament kien idur l-Ingilterra kollha jipprietka. Kien jitħallat mal-protestanti, taħt il-kunjom ta’ Cotton u jżomm konverżazzjonijiet sħaħ fuq l-interessi komuni tagħhom.

Robertu kien ukoll kittieb u poeta tajjeb ħafna. Kien isib ħin itella’ diversi xogħlijiet ta’ proża u ta’ poeżija minn żmien għal żmien.

Wara sitt snin ġie arrestat u ttorturat kemm-il darba. Però hu żamm sħiħ. Dam il-ħabs għal tliet snin. F’dan iż-żmien Southwell kiteb l-isbaħ xogħlijiet tiegħu, li ħafna minnhom ġew ippublikati meta kien għadu ħaj hu stess, taħt isem falz.

Imbagħad fl-1595, tressaq quddiem il-qorti u għadda proċess ġudizzjarju fittizzju u ġie mixli li kien traditur. Ġie mgħallaq f’Tyburn, fil-21 ta’ Frar tal-1595.

Fl-1970, il-Beatu Papa Pawlu VI, ikkanonizzah, ma’ 40 martri ieħor tal-Ingilterra u Wales.

Wara mewtu ġew ippublikati ħafna mill-kitbiet tiegħu.

Page 44: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 43

Riflessjoni: Inti tgħallimna kemm hu iebes li noħorġu mil-partikolariżmu tagħna, li niftħu l-orizzonti tal-ideat tagħna, li skont aħna huma ċari ħafna u bilanċjati. Int kont komdu taqsam id-dinja fi tnejn, bil-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm fuq naħa u l-belt pagana ta’ Ninwe fuq oħra! Kif tagħmel biex temmen li Alla kapaċi jifrex il-ħniena tiegħu fuq kulħadd? Mill-banda l-oħra, kif tista’ tgħid li t-tajbin qegħdin fuq naħa u l-ħżiena fuq oħra? Min jazzarda jikkapparra l-Vanġelu għall-kawża tal-partit tiegħu? Ġona, tassew, “Dan sewwa għalik li tinkorla?” (Ġona 4:4). Alla huwa Alla ta’ kulħadd.

Il-Kardinal Roger Etchegary, Nimbotta ’l quddiem bħall-ħmar…” - Ittra lill-Profeta Ġona Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-2 punt It is said of Saint John that he preached penance for the remission of sins, because it is penance that procures the remission of sins for those who have offended God. Saint Peter said to the Jews in the Acts of the Apostles, Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, do penance to obtain the remission of your sins. It was also by means of this same virtue that the Ninevites, who had outraged heaven by their disorderly conduct, induced God to revoke the sentence he had pronounced against them to destroy their city. This they could not do except by a conversion of their hearts, following the preaching of Jonas and the invitation of their king. To avert the calamity that threatened them, there was no other recourse for them, says Saint Ambrose, than to fast continually and cover themselves with sackcloth and ashes to appease the anger of God.

TALBA

Missier f’idejk nerħi dawk l-affarijiet li ma nistax nagħmel Missier f’idejk nintelaq

għal dawk id-drabi meta għaddejt mit-tiġrib ta’ ruħi u ġismi.

Missier f’idejk nintelaq jien għax Int turini minn fejn għandi ngħaddi.

Għaliex jiena naf li dejjem nista’ nafda fiK. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 45: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 22 ta’ Frar Il-Katedra ta’ San Pietru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Pietru 5: 1-4 Presbiteru u xhud tat-tbatijiet ta’ Kristu. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mattew 16: 13-19 Inti Pietru: jien nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas- Smewwiet. IL-KATEDRA TA’ SAN PIETRU

San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni fuq il-fidi li għandu jkollna u s-sottomissjoni li n-Nisrani għandu juri lejn it-tagħlim tal-knisja. Dan ġara 300 sena ilu, it-tagħlim li ħallielna għadu frisk sal-lum.

Il-fundatur fir-regola tal-Brothers kien ċar dwar l-ubbidjenza lejn il-Papa. Din għadha attwali sal-lum.

Għaliex S. Ġwann Battista De La Salle kiteb din il-meditazzjoni tant qawwija, b’tant enfażi u tant soda, u bla tlaqliq ta’ xejn?

Iż-żmien ta’ S. Ġwann De La Salle (1651–1719) kien żmien ta’ tagħlim falz kontra t-tagħlim tal-knisja.

Jansenju kien isqof u kien ixerred it-tagħlim li: o il-Papa m’għandux awtorità; o il-Papa mhux infallibli; o il-Papa m’għandux jindaħal fil-ħajja tan-Nisrani.

Meta l-Papa kiteb il-kundanna ta’ din it-teorija qarrieqa kien hemm xi isqfijiet u membri tal-ġerarkija u reliġużi li ma ridux joqogħdu għad-deċiżjoni tal-Konċilju.

Dak li ġara fis-seklu 17 qed jiġri issa fis-seklu 21. Bro. Louis Camilleri

Riflessjoni: Ma kienx is-soltu li Ġesù jbiddel l-ismijiet tad-dixxipli tiegħu; barra mil-laqam li ta lil ulied Żebedew, ‘ulied ir-ragħad’ (Mk. 3;17). Qatt ma ta isem ieħor, biss lil Xmun biddillu ismu u sejjaħlu ‘Kefas’. Dan l-isem aktar ’il quddiem ġie maqlub bil-Grieg bħala Petros u bil-Latin bħala Petrus. U dan gie maqlub mhux għax kien isem imma għax kien mandat li Petrus irċieva mingħand il-Mulej. Dan l-isem Petrus baqa’ jidher spiss fil-Vanġelu u spiċċa biex biddel l-isem oriġinali ta’ Xmun.

“U jiena ngħidlek: inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet” (Mattew 16: 18-19).

“Christ and his Church” ta’ Papa Benedittu XVI

Page 46: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 45

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 139, l-1 punt

It ought not to be surprising that Saint Peter was so dearly loved by Jesus Christ and that our Lord established him as the head of his Church. His great faith won for him this honor, the faith that led him to renounce all things to follow Jesus Christ and to give himself to him completely. It is true, as Saint Jerome says, that Saint Peter gave up little, if we consider what he possessed; he left only a fishing boat and some nets. But if we pay attention to the fact that he gave up at the same time the desire to possess anything, he did indeed give up much, as this saint observes, because he renounced what is most important in this world, what is most capable of attracting and absorbing people’s hearts. The faith with which he was already filled enabled him to make this generous act. Because Jesus Christ was then just a common man in the eyes of the world, without any acclaim, nothing but a strong faith could have enabled anyone to leave everything to follow him, because to all appearances there was nothing to be hoped for from him.

TALBA

Mulej Ġesù Kristu int waqqaft il-Knisja tiegħek

fuq il-blata tal-fidi ta’ San Pietru. Agħmel li ħadd u xejn ma jkun il-kawża

li jdgħajjef jew ixejjen il-fidi tagħna. Dan nitolbuh f’Isem Alla l-Missier

li jgħix u jsaltan Miegħek, flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Magnificat Missierna ...

Page 47: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

46 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Frar

San Polikarpu – isqof u martri Is-Seba’ Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Eżekjel 18: 21-28 Forsi jien togħġobni l-mewt tal-bniedem il-ħażin, mhux

aktar jogħġobni li jerġa’ lura minn triqatu u jgħix?

2. Salm 129: 1-8 Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?

3. Mattew 5: 20-26 Mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk.

SAN POLIKARPU (69-155) – isqof u martri San Polikarpu, dixxiplu tal-appostli u isqof ta’ Smirna, hu ħolqa importanti fl-

istorja ewlenija tal-knisja; bħalma l-ħajja twila ta’ San Ġwann twassal iż-żminijiet tal-appostli sat-tmiem tal-ewwel seklu, hekk it-86 sena tiegħu twassal iż-żminijiet ta’ dawk li semgħu u tgħallmu direttament minn fomm l-appostli sa nofs it-tieni seklu, billi Polikarpu kien dixxiplu dirett ta’ San Ġwann u ta’ oħrajn li kienu jafu personalment lill-Mulej.

Kien meqjum mill-fidili tal-merħla tiegħu bħala qaddis. Għallem bosta dixxipli, fosthom San Irenew u Papjas. Mar iżur lil Sant’Injazju, isqof ta’ Antjokja, qabel ma dan telaq għal Ruma fejn miet matri. Meta huwa nnifsu mar Ruma fi żmien il-Papa Aniċetu, ftit qabel ma miet, għal kwistjoni tad-data tal-Għid, iltaqa’ mal-eretku Marċjoni.

Għall-ħabta tas-sena 155 ħa l-martirju billi ħarquh fl-istadju tal-belt. Is-Seba’ Dehra ta’ Lourdes, it-Tlieta 23 ta’ Frar, 1858: Din id-dehra ġrat fit-23 ta’ Frar 1858. Fis-seba’ dehra kien hemm mal-150 persuna preżenti u dakinhar il-Madonna qalet sigriet lil Bernadette. Riflessjoni: “Missier ... jien inbierkek, talli ħaqqni din il-ġurnata u din is-siegħa.” “Żommu sodi, mela f’din l-imġiba u imxu fuq l-eżempju tal-Mulej, ‘sodi fil-fidi

u ma ninbidlux, ninħabbu bħal aħwa, inħobbu lil xulxin, magħqudin fil-verità’, ngħinu lil xulxin bil-ħlewwa bħall-Mulej u ma nobogħdu ’l-ebda bniedem.”

San Polikarpu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: : Med. 58, l-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment.

Page 48: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 47

People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

TALBA

Alla tal-ħolqien kollu, li għoġbok tagħti lill-Isqof San Polikarpu

post qalb il-martri, agħtina li bl-interċezzjoni tiegħu

li waqt li naqsmu miegħu fil-kalċi ta’ Kristu, aħna nqumu għall-ħajja eterna bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

Bi Kristu sidna ibnek, li jgħix u jsaltan flimkien

mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen (Kolletta)

Missierna ...

Page 49: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

48 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 24 ta’ Frar San Ethelbert - re

It-Tmien Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 26: 16-19 Tkun ġens ikkonsagrat lill-Mulej, Alla tiegħek. 2.Salm 118: 1-2.4-5.7-8 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Mattew 5: 43-48 Kunu perfetti, bħalma hu perfett missierkom li hu fis-smewwiet. SAN ETHELBERT – re (? - †616) Ethelbert inħatar re ta’ Kent fil-560, u estenda s-setgħa tiegħu għan-naħa ta’

isfel tal-Ingilterra. Huwa żżewweġ lill-prinċipessa Nisranija Bertha, bint Charibert re tal-Franki. B’hekk daħlet għall-ewwel darba l-fidi Nisranija fl-Ingilterra Anglo-Sassona għaliex missier Bertha insista li bintu tkun tista’ bil-libertà tipprattika t-twemmin tagħha f’dak il-pajjiż.

Meta Santu Wistin ta’ Canterbury wasal l-Ingilterra fil-597 flimkien mal-40 irħieb Benedittini li kienu ntbagħtu hemm mill-Papa San Girgor il-Kbir, hu kellu merħba sabiħa mir-Re Ethelbert minkejja li sa dak iż-żmien kien għadu pagan.

Imqanqal mill-eżempju tal-fidi ta’ martu, kif ukoll mill-ħeġġa ta’ Santu Wistin u l-irħieb tiegħu, Ethelbert għażel li jħaddan il-fidi Nisranija, u rċieva l-magħmudija nhar l-Għid il-Ħamsin tal-istess sena (597) minn idejn Santu Wistin. B’hekk Ethelbert sar l-ewwel re Nisrani Ingliż, u minn dakinhar ’il quddiem ta s-sapport tiegħu għall-kawża ta’ Kristu fis-saltna tiegħu.

Kontra s-slaten ta’ żmienu li kienu jimponu t-twemmin tagħhom fuq is-sudditi tagħhom, Ethelbert kien ħalla lis-sudditi fil-libertà jekk iħaddnux il-fidi li issa beda jħaddan hu, għaliex kien iżomm li l-konverżjoni permezz tal-konvinzjoni kienet l-unika vera konverżjoni, u inkoraġġixxa l-ħidma tal-missjunarji Nsara.

San Ethelbert kien kontinwament ħsiebu biex iġib ’il quddiem il-ġid tal-poplu tiegħu. Huwa ħareġ liġijiet siewja li baqgħu miżmumin b’għożża fl-Ingilterra fiż-żminijiet li ġew wara.

Huwa ħabrek biex jeqred il-paganiżmu fis-saltna tiegħu, u kien mezz biex ukoll ikkonverta Sebert, ir-re ta’ East Saxony, flimkien man-nies tiegħu, kif ukoll lil Redwald, re ta’ East Anglia.

San Ethelbert miet fl-24 ta’ Frar 616 wara li kien ilu re 56 sena. It-Tmien dehra ta’ Lourdes - L-Erbgħa, l-24 ta’ Frar, 1858

Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Frar, kmieni kmieni, Bernardette marret fl-għar u ppreżentat ruħha fil-post fejn is-soltu toqgħod waqt id-dehra li din id-darba damet aktar minn siegħa. Is-Sinjura qaltilha: “Irrid nafdalek sigriet. Żommu għalik. Twegħedni li ma turi bih lil ħadd?”

Page 50: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 49

Bernardette wieġbet: “Iva”, u l-Madonna qaltilha kliem li kelllu jinżamm sigriet u għalhekk ħadd ma jaf fiex kien jikkonsisti.

Waqt din id-dehra, f’ċerti mumenti, fuq wiċċ Bernardette ġiet bixra ta’ swied il-qalb. Imbagħad rawha titkaxkar għarkupptejha fl-art u tidħol aktar ’il ġewwa fil-qiegħ tal-għar. Hemmhekk hija bieset l-art għal tliet darbiet. Meta ħarġet mill-għar u resqet lejn in-nies li xtaqu jafu xi ħaġa dwar dik l-esperjenza tagħha, bid-dmugħ f’għajnejha qaltilhom: “penitenza, penitenza, penitenza! Is-sinjura riditni nbus l-art u qaltli, “itlobu għall-konverżjoni tal-midinbin.” Riflessjoni, Ġesù jkellimni: “Għaliex ma tiddeċidix għall-ogħla perfezzjoni? M’hemmx għalfejn tagħmel l-ebda wegħda; dan jista’ jkun għajn ta’ ansjetà għalik. Kemm tiddeċiedi li mhux biss tagħmel l-affarijiet sewwa, imma b’mod perfett kemm tista’. Dan kien iżid il-glorja tiegħi. Il-midinbin ukoll kien ikollhom sehemhom mill-benefiċċju. Tibżax; issogra. Qegħdin flimkien, int u jien.” Gabrille Bossis, Hu ... u jien Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 39, silta mit-2 punt

Because in your state of life you are called to procure the sanctification of your students, you ought to be holy in no ordinary degree, for you must communicate this holiness to them, both by your good example and by the words of salvation that you must address to them every day. Interior application to prayer, love for your exercises, and fidelity in performing them well and in carrying out all the other community practices will especially help you to acquire this holiness and the perfection that God wishes you to have. Beg God for it daily with great earnestness. Have this so much at heart that you never cease praying for it until you have obtained it.

TALBA

Fuq il-vers “Henjin dawk li jħarsu l-Preċetti Tiegħek” tas-Salm 118.2.

Mulej Ġesu’, għinni, ħalli mmut għalija nnifsi, għal dak kollu li qiegħed ifixkilni,

li nimxi fuq l-eżempju tiegħek l-egoiżmu, l-għażż

dak kollu li qed jimmina r-rieda tiegħi biex nosserva l-liġi tiegħeK.

Mulej, ippermetti li jiena nħabrek biex inxandar u nkattar

is-Saltna tiegħeK billi nkun il-messaġġier

ta’ Għaqda, Mħabba u Paċi. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 51: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

50 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 25 ta’ Frar It-Tieni Ħadd tar-Randan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 22: 1,2,9,13,15,18 Is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham. 2. Salm 115 : 10,15-19 Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin. 3. Rumani 8 : 31b-34 Alla lanqas lil Ibnu stess ma ħafirha. 4. Mark 9: 2-10 Dan hu Ibni l-għażiż.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Mulej urina l-Missier u jkun biżżejjed”, id-dixxipli kienu staqsew lil Ġesù u hu, bħal tifel żgħir li mhux kapaċi jżomm ir-rigal għal sieħbu moħbi, iċedi għat-talba tagħhom. Jieħu tlieta miegħu u jwassalhom fuq muntanja f’post imwarrab, huma waħedhom, u jinbidel quddiemhom. Forsi kien għadu mhux il-waqt: probabbli li ħbiebu ma fehmux anzi imlew rashom u rriskjaw jitilfu l-fidi meta l-kriżi li kienet qiegħda tistenna lin-Nazzarenu, splodiet bid-drammatiċità tagħha kollha. Imma Ġesù ma jistenniex, u juri f’persuntu l-glorja tad-dehra, id-“dna” divin minqux mill-Missier fil-ħolqien, fuq kollox f’qalb il-bniedem.

Matul iż-żmien din id-dehra divina ndifnet f’qalb il-bniedem minn gzuz ta’ ħażen, dnubiet u ħtijiet, imma ma mititx: kienet tgħix fil-moħbi, fl-istennija ta’ dak li kellu jirrestawralha l-ġmiel antik u jerġa’ joħroġha għad-dawl. Fil-persuna ta’ Ġesù, il-mistenni fl-aħħar kien wasal, biex juri lid-dinja li l-glorja t’Alla mhi xejn aktar ħlief l-imħabba infinita tiegħu: minħabba li ma tistax tingħalaq, li ħadd ma jista’ jwaqqafha milli tiddi, bħal ma ħadd ma jista’ jżomm lix-xemx milli tiddi u lil fjuri li jxerrdu l-fwieħa tagħhom. F’Ġesù din il-glorja divina taqbad idejn dawk l-imsejkna li huma aħna u taqlagħna mit-tajn tal-miżerja biex twassalna fl-għoli, fil-quċċata tal-unika muntanja li ħadd ma jista jitla’ bil-forzi tiegħu waħdu.

Jekk ma’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni aħna wkoll ma nibżgħux ninqatgħu minn sħabna l-oħra, inkunu nafu naffrontaw b’kuraġġ it-telgħa u naċċettaw l-isfidi u r-riskju li hemm meta nafdaw lill-Imgħallem; inkunu nistgħu nġarrbu bħalhom l-iktar esperjenza straordinarja li qatt ġarrab il-bniedem, dik li jikkontempla l-wiċċ ta’ Alla. Esperjenza straordinarja, li tbellah lil Pietru: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija" [Mk:9:6]. Għaliex meta l-qalb tfur bil-ferħ, l-aħħar ħaġa fuq moħħok tkun li taħseb għalik innifsek ! Anki għaliex it-tlieta fehmu li hemm, fuq il-quċċata tal-muntanja t’Alla, Ġesù nnifsu hu l-għamara tagħhom: allura nistgħu nibqgħu barra fit-tempesti tal-ħajja, għax se tkun il-glorja divina li tipproteġina, se jkun wiċċu li jiddi fuqna, kelmtu li tmantnina, il-volontà tiegħu l-uniku skop ta’ ħajjitna.

It-tliet appostli jaraw id-dawl għax fil-mument li Ġesù jiżvela l-misteru tiegħu, anke l-enigma tal-eżistenza umana ssib tifsira: il-wiċċ ta’ Ġesù, li jiddi bil-glorja fuq il-muntanja Tabor u jsir sfigurat għall-imħabba fuq il-muntanja tal-Kalvarju, mhuwiex biss il-wiċċ ta’ Alla imma wkoll il-wiċċ tal-bniedem; tiegħi, tiegħek, ta’ kulħadd. Ġesù bit-trasfigrazzjoni jurina d-dinjità u l-glorja immensa moħbija fil-

Page 52: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 51

bniedem, anke f’dak li hu l-iktar miskin, ħati, jew midneb; hu jerġa’ jagħtina d-dinjità li aħna l-ħin kollu ttentati biex nibdluha ma’ affarijiet tas-soltu. Jaċċertana li m’hemmx għalfejn ninħbew iżjed minn Alla, bħal Adam bil-mistħija ta’ dnubietna, lanqas niddefendu ruħna minnu bil-biża’ tal-kastig li jistħoqqilna għal dnubietna.

Din hi l-aħbar tajba li għandhom bżonn ħafna nies fi żmienna għaliex huma mdejqin bihom infushom, mikulin bis-sens ta’ ħtija, imjassrin mill-ħafna pretensjonijiet li għandhom mal-oħrajn. Naturalment ma naħsbux li se jkun faċli, nafu biżżejjed li hemm bżonn ninżlu mill-muntanja tal-glorja biex nerġgħu nitilgħu fuq l-oħra fejn il-glorja t’Alla ma ġietx merfugħa bejn Mosè u Elija imma bejn żewġ ħallelin; fejn dak li jiddi bħax-xemx jinsatar mid-dlamijiet; fejn il-leħen mis-sema jiskot u jinstemgħu l-insulti; fejn l-estasi ta’ Pietru tinbidel f’biki.

Hawnhekk jerġgħu jqumu fid-dixxipli u fina, il-mistħija u l-biża’ li jġegħluna naħarbu ’l bogħod minnu, u nħalluh waħdu: imma għal tlett ijiem biss, sakemm iqum mill-mewt, meta l-Mulej jerġa’ jiġi biex jiġborna flimkien, lilna, ħbiebu, biex ma jitlifna qatt iżjed.

Minn ‘La Realtà é Cristo’ – Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, silta mill-1 punt Jesus came upon this earth to make satisfaction for our sins and was always considered as the man of sin by his Eternal Father because he was burdened by the sins of the whole world, even though he never did and never could commit any sin. For that reason he remained on earth, subject to all the sufferings of this life and to all the miseries that are the consequence of sin. Because of this, he always appeared as an ordinary man and kept hidden from the rest of the world the glorious state his holy soul enjoyed, which his sacred humanity had a right to enjoy from the moment of his conception. He was even willing to be mocked, scorned, and insulted by those who did not live according to his teaching. In fulfilling the obligation he had taken to satisfy for us the justice of his Father, he considered himself, according to the prophetic expression of David, the most despised of men and the outcast of the people, even though he was the King of glory.

TALBA O Alla, li ebda għajn qatt ma rat,

inti wrejtna l-glorja tiegħek permezz tat-trasfigurazzjoni tal-wiċċ ta’ ibnek l-għażiż.

Permezz tiegħu inti kellimtna. Agħtina nitolbuk, l-għajnuna ħa nisimgħuh

u nimxu fuq il-passi tiegħu, mit-tbatija u l-mewt għall-Glorja; hekk kif fuq il-muntanja Tabor urejtna ’l ibnek għażiż ħaj u jsaltan miegħek, flimkien mal-Ispirtu s-Santu

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Missierna ...

Page 53: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

52 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 26 ta’ Frar Sant’Anna Line – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 9: 4b-10 Aħna dnibna, ġibna ruħna ħażin. 2. Salm 78: 8.9.11 u 13 Mulej timxix magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna. 3. Luqa 6: 36-38 Aħfru u ssibu l-maħfra. SANTA ANNA LINE (c. 1565 - † 1601) - martri Din hija waħda mill-40 martri Ingliżi li l-Beatu Papa Pawlu VI kkanonizza

flimkien fl-1970. Hi u żewġha huma eżempju erojku ta’ dedikazzjoni minn lajċi fi żmien ta’ persekuzzjoni.

Anna née Heigham kienet bint ġenituri Kalvinisti akkaniti; ikkonvertiet għar-reliġjon Kattolika flimkien ma’ ħuha meta kien għad ma kellhiex 20 sena. Minħabba f’hekk it-tnejn kienu maqtugħin mill-wirt.

Fl-1585, meta hi kellha dsatax-il sena, iżżewġet lil Roger Line, ikkonvertit tal-età tagħha li malajr ġie arrestat għax kien imur għall-quddies. Huwa wkoll kien ġie maqtugħ mill-wirt u miet fl-eżilju fil-Fjandra fl-1594.

Anna sabet ruħha f’faqar kbir u bdiet tieħu ħsieb dar kbira f’Londra, li Fr. John Gerard, Ġiżwita, kien fetaħ biex jilqa’ fiha lill-qassisin fiz-żmien tal-persekuzzjoni Protestanta.

Minkejja s-saħħa dgħajfa tagħha, Anna kienet tagħmel kollox f’din id-dar, tant li kienu laqqmuha s-“Sinjura Marta”. Hi wriet li kienet mara ta’ kapaċità, diskreta, u ġentili. Fil-ħin liberu tagħha kienet tgħallem lit-tfal u taħdem ir-rakkmu.

Wara l-ħarba famuża ta’ Fr. Gerard mit-Torri ta’ Londra fl-1597, hi marret f’dar oħra. Biex id-dedikazzjoni tagħha tkun permanenti u aktar kompleta, Anna ħadet il-voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza u, minkejja l-periklu, nuqqas ta’ saħħa u uġigħ ta’ ras kważi kontinwu, kienet tgawdi paċi kbira.

Il-folla kbira li nġabret filgħodu kmieni nhar il-Kandlora tas-sena 1601 qanqlet suspett, u meta waslu l-pulizija, il-qassis kien diġà ħarab, imma sabu kamra mimlija nies u kollox lest għall-quddiesa. Anna ġiet arrestata u mitfugħa l-ħabs.

Fis-26 ta’ Frar hi kienet akkużata li laqgħet għandha saċerdot: il-prova prinċipali kien l-altar li nstab fid-dar. Instabet ħatja u kkundannata għall-mewt; qatluha l-għada. Hi laqgħet is-sentenza tagħha għall-mewt bil-ferħ għax hi kienet spiss tgħid lil Fr. Gerard: “Jien nixtieq, aktar minn kollox, li mmut għal Kristu.”

Lill-folla li nġabret f’Tyburn hija qaltilhom: “Jiena ġejt issentenzjata għall-mewt għax tajt kenn lil qassis Kattoliku, u tant m’għandix indiema li għamilt hekk li b’qalbi kollha nixtieq li flok wieħed nilqa’ elf.” Imbagħad hija bieset il-forka, qagħdet għarkopptejha u bdiet titlob. Kellha biss xi 35 sena.

Page 54: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 53

Santa Anna Line tista’ titqies bħala mudell u patruna tan-nisa li jieħdu ħsieb id-djar tas-saċerdoti.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 46: Sinjur Alla, imħallef tas-sewwa, kollok qawwa u sabar, li taf il-bniedem kemm hu ta’ ħila ċkejkna, u kemm hu miġbud għall-ħażen; kun int il-qawwa tiegħi u t-tama tiegħi f’kollox; għaliex mingħalija xejn ma ninqala’! Int taf dak li ma nafx jien; u għalhekk, kull meta jħammruli wiċċi jmissni nbaxxi rasi u ruħi u nieħu kollox bil-paċenzja. Aħfirli, Sinjur kollok ħniena, ta’ kemm-il darba ma ġibtx ruħi hekk; u darb’oħra tini l-grazzja li nirbaħ lili nnifsi. Aktar tiswieli, biex naqla’ l-maħfra, il-ħniena kbira tiegħek, mit-tjieba kollha li naħseb li għandi, biex ngħatti u naħbi lili nnifsi, ngħid li jien safi: għax li ma kinitx il-ħniena tiegħek, ebda bniedem ma jista’ jgħaddiha ħafif quddiem l-għajnejn tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 74, silta mill-1 punt It is impossible for several people living together not to have to suffer from one another. One will have a touchy disposition; another will have a contrary spirit; another, bad manners; another will be disagreeable; another will be too prone to give in; another will say what he thinks too quickly; another will be too reserved and secretive; another will be too critical. It is rare that all these various dispositions and all these different spirits do not cause difficulties among the Brothers. If grace does not come to the rescue, it is almost impossible that they live in harmony with one another and that charity does not suffer severely. The way to maintain union in a community in spite of all these different personalities is to bear up charitably with the defects of one another, to be ready to make allowances for others just as we want others to make allowances for us. This is what we necessarily commit ourselves to do when we decide to live in a community. Pay serious attention to this today and for the rest of your life.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle

biex jagħti edukazzjoni Nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 55: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

54 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 27 ta’ Frar

San Gabrijel tal-Addolorata - reliġjuż (1838-1862) San Leonardu – isqof ta’ Sivilja (600)

L-Għaxar Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 1: 10,16-20 Tgħallmu għamlu t-tajjeb, fittxu d-dritt. 2. Salm 49: 8,9,16bċ,17,21 u 23 Lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’

Alla. 3. Mattew 23: 1-12 Kliem biss għandhom, imma fatti xejn. SAN LEANDRU († c. 600) - isqof ta’ Sivilja Leandru kien arċisqof ta’ Sivilja u għal għoxrin sena kien l-aktar bniedem magħruf tal-Knisja fi Spanja. Huwa għen fil-konverżjoni, mill-Arjaniżmu għall-Kattoliċiżmu, ta’ S. Ermeniġildu u ħuh is-sultan Recared u tan-nazzjon tal-Goti. Kien ħabib ta’ San Girgor il-Kbir u inkuraġġih biex jikteb il-ktieb Morali jew Fuq Ġobb. Meta Girgor laħaq Papa, lesta dan il-ktieb u bagħtu lil Leandru b’dedika. Leandru ta sehmu biex issawret il-liturġija tal-Visigoti. Aktarx kien bit-tħabrik tiegħu li mit-tielet konċilju ta’ Toledo (589 A.D.) fil-konċilji bdew jiltaqgħu prinċpijiet, lordi u isqfijiet. Il-Papa San Girgor bagħatlu l-pallium. Spanja tweġġah lil S. Leandru bħala duttur tal-Knisja. SAN GABRIJEL TAL-ADDOLORATA (1838-1862) Franġisku Possenti twieled Assisi, fl-1838. Trabba però fi Spoleto, fejn studja għand il-Brothers. Kien żagħżugħ mill-iktar ferrieħi, imma ta’ 18-il sena ħalla kollox u daħal mal-Passjonisti f’Morovalle, qrib Macerata, bl-isem ta’ Gabrijel tal-Addolorata. Kien il-veru mudell tal-ossevanza reliġjuża u devot mill-aktar tal-Madonna. Miet ta’ 24 sena, bit-tiżi, fil-kunvent tal-Isola del Gran Sasso, fl-Abruzzi, bla ma laħaq sar saċerdot, fis-27 ta’ Frar 1862. Il-Papa Benedittu XV kkanonizzah fit-13 ta’ Mejju 1920. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-bażilika lilu ddedikata f’Isola del Gran Sasso, tal-Patrijiet Passjonisti. L-Għaxar Dehra ta’ Lourdes – Is-Sibt, l-27 ta’ Frar, 1858 Fl-għaxar dehra kienu preżenti madwar 800 ruħ u fil-ħdax-il dehra kien hemm ’il fuq minn elf persuna. Fit-tnax-il dehra kien hemm prezenti kważi elf u ħames mitt ruħ fejn omm li kienet qed tistenna tarbija u li kienet maħkuma minn paraliżi f’idejha ġiet imfejqa mill-ilma tal-għar ta’ Massabielle fejn kienet tidher il-Madonna.

Page 56: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 55

Riflessjoni: Kemm-il darba smajna l-espressjoni: “Agħmel int ukoll dak li tipprietka”? Forsi stajna għidniha lil xi ħadd, b’ċerta arja fi kliemna, b’ċerta sens ta’ superjorità. Jew għandu mnejn xi ħadd ieħor qala lilna, fi kliem ieħor bil-pulit, bl-aktar ġentilezza, li jidher li hemm xi ħaġa fuqna b’wiċċ b’ieħor. U meta jiġri hekk aħna niddejqu, u bir-raġun. Għax meta tisma’ “Agħmel int ukoll dak li tipprietka” jimplika li fina hemm xi nuqqas ta’ integrità, xi nuqqas ta’ onestà. “Int ma tgħix skont l-ideal tiegħek. Xi dritt għandek tgħidli kif ngħix?” Ipokrità, ipokresija, wiċċ b’ieħor – dawn huma kollha kliem ħorox. U madankollu, min minnha jista’ jgħid, tul ħajjitna kollha, “mhux ħatja” għall-akkuża “Ipokrità”?

Addattata mill-ktieb “Praying with Saint Matthew’s Gospel”, Fr. Joseph T. Lienhard

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 203, silta mill-1 punt

Jesus acted similarly toward the Pharisees, because he could not tolerate their hypocrisy and false piety, much less their pride, which led them to esteem and praise their own actions while belittling and blaming the behavior of others. He condemned all their conduct, because they satisfied themselves with teaching others but took no pains to practice what they taught. In all these encounters, Jesus Christ rebuked and blamed them publicly. See what Jesus Christ did not only to the Pharisees but also to others on several occasions... You too must reprove and correct your disciples when they commit some fault, the more so because it is typical of children often to make mistakes by doing many things without thinking. The reproofs and corrections give them time to reflect on what they have to do and cause them to watch over themselves in order not to keep making the same mistakes. Be exact, then, not to allow considerable faults in them without providing this remedy for them.

TALBA O Alla,

l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

U sawwab fija fidi vera,

tama certa u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

Ammen. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 57: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

56 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 28 ta’ Frar San Oswald – isqof

Il-Beata Madre Maria Caritas Brader - reliġjuża Il-Beatu Danjel Brottier - saċerdot

Il-Ħdax-il Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 18: 18-20 Ejjew nonsbu nasba lill-bniedem ġust. 2. Salm 30: 5,6,14,15,16 Mulej, fit-tjieba tiegħek eħlisni. 3. Mattew 20: 17-28 Jaqtgħuhielu għall-mewt. MADRE MARIA CARITAS BRADER (1860 - 1943) – beata u fundatriċi Maria Josefa Carolina Brader twieldet f’Kaltbrunn fl-Isvizzera fl-14 ta’

Awwissu 1860. Missierha kien Joseph Sebastian Brader u ommha, Maria Anna Carolina Zahner. Maria Josefa Carolina kienet l-unika tifla li kellhom.

Maria Josefa kienet intelliġenti ħafna u fl-1880 ddeċidiet li minflok ma tmur l-Università tidħol mal-Franġiskani – u ħadet l-isem: Maria-Caritas (Karità).

Fl-1882 għamlet l-aħħar voti mas-sorijiet tal-klawsura. Fl-ewwel snin, b’permess speċjali, għallmet fl-iskola fejn kienet tmur bħala

tifla u wara ftit laħqet kap ta’ din l-iskola. Wara ftit il-Papa ta l-fakultà li l-ordnijiet tas-Sorijiet Klawstrali jistgħu joħorġu jgħallmu.

Ġara li ħafna isqfijiet fil-pajjiżi tal-Missjoni talbuhom biex jiftħu l-iskejjel. L-Isqof Pedro Schumacher tal-Ekwador talab lis-superjura Maria Hilf biex tibgħat xi sorijiet. Is-superjura stess, Madre Maria Bernarda Butler li ġiet ibbeatifikata fid-29 ta’ Ottubru 1995, flimkien ma’ ħames sorijiet fosthom Suor Maria Caritas, marru l-Ekwador.

Għal 5 snin Suor Maria Caritas kienet għalliema u katekista fil-belt ta’ Chone. Fl-1893 marret fil-belt ta’ Tuquerres fil-Kolombja. Iż-żona tal-appostolat

kienet tinkludi t-territorju ta’ xatt il-baħar, il-muntanji għoljin tal-Andes u l-pjanura tal-għoljiet ta’ madwar l-Andes. In-nies kienu fqar immens u l-kundizzjonijiet tal-ħajja kienu perikolużi ħafna. Suor Maira Caritas kellha mħabba kbira għal dawn in-nies u għamlet minn kollox biex ittaffilhom il-problemi tagħhom.

Bl-għajnuna ta’ saċerdot Ġermaniż, Father Reinaldo Herbrana, waqqfet kongregazzjoni, tas-sorijiet Franġiskani ta’ Maria Immakulata, li tagħha saret l-ewwel superjura. L-ewwel sitt sorijiet kienu mill-Isvizzera u wara bdew ġejjin tfajliet Kolombjani.

Kienet tinkuraġġihom, tgħinhom biex jakkwistaw diplomi akkademiċi u kienet tgħidilhom: “Aktar ma tkunu infurmati, aktar tistgħu tagħmlu ġid għar-reliġjon qaddisa tagħna u l-glorja t’Alla.” Fuq kollox kienet tħabrek biex jgħixu l-ispirtu Franġiskan, u jgħożżu l-faqar biex ikunu jistgħu jgħinu lill-fqar u jkunu ta’ eżempju għalihom.

Page 58: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 57

Kienet l-ewwel superjura ġenerali tal-kongregazzjoni l-ġdida mill-1893 sal-1919 u wara mill-1928 sal-1940 reġgħet saret superjura ġenerali u matul dawn is-snin għamlet il-viti tad-djar fl-Amerika.

Ta’ 80 sena talbet li ma tibqax superjura. Fis-27 ta’ Frar 1943 mietet fil-Belt ta’ Pasto fil-Kolombja u fis-sena 2003, il-

Papa San Ġwanni Pawlu ll bbeatifikaha. Il-Ħdax-il Dehra ta’ Lourdes - Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 1858

Din id-dehra kienet waħda mill-itwal. Fiha folla ta’ madwar elf u ħames mitt ruħ kienet preżenti u raw lil Bernardette tirrepeti l-ġest ta’ penitenza, jiġifieri li tbus l-art kif kienet talbitha tagħmel is-Sinjura tad-Dehra.

Kif spiċċat id-dehra, Bernardette marret għall-quddiesa fil-knisja ta’ Lourdes, flimkien maz-zija Lucille. L-awtoritajiet ċivili kienu inkwetati bl-istorja tad-dehriet, għalhekk nhar il-Ħadd, 28 ta’ Frar, kif ħarġet mill-knisja wara l-quddiesa, ġiet arrestata minn Leon Latapye, marixxal tal-qorti, meħuda fl-uffiċċju ta’ M. Dutor u interrogata fil-preżenza tal-maġistrat M. Ribes. Dana ċanfarha u bit-theddid, ipprova jislet minnha l-wegħda li ma tersaqx iktar lejn dak l-għar ta’ Massabielle.

Iżda Bernardette, bil-kuraġġ kollu, wieġbet: “Jiena wgħedt lil “Aquero” (lis-Sinjura tad-Dehriet) li nibqa’ nżur l-għar kif tixtieq hi. Ma nistax naċċetta li nagħmel ebda ħaġa li tmur kontra din il-wegħda.” Fl-aħħar il-maġistrat iddeċieda li jħalliha tmur lejn id-dar. Riflessjoni: Hawn insibu paradoss li l-Mulej jinsisti fuqu: “Min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħu, isibha” (Mt. 16: 25). Nistgħu nifhmuha anki fi ħwejjeġ żgħar ta’ ħajjitna; meta ninsa lili nnifsi biex naqdi bil-qalb lil xi ħadd, inġarrab ċerta paċi u ferħ. “Min jagħti hu aktar hieni minn min jieħu” (Atti 20: 35). U l-esperjenza turina kemm hu minnu dan, meta ħabbejna bis-serjetà. Iktar ma jkun kbir is-sagrifiċċju biex naqdi, iktar ikun il-ferħ li nġarrbu. Imma meta nagħmluh għall-Iben t’Alla, aktar għandna nħossu li qed insibu l-vera ħajja. Għax Alla ma jimxix magħna bil-kejl. Mhux għax dan il-ferħ dejjem inħossuh b’mod sensibbli, imma aktar fil-fond ta’ qalbna, fejn il-ferħ veru jinsab. Fr. Henry Formosa, S.J., Sibt ’l Alla fid-Deżert Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 23, silta mit-2 punt

What evil has he done? Pilate said to them. I find no crime in him that deserves death. But it sufficed that Jesus Christ was hated by the Jews, because he reproached them for their vices, and this was reason enough for their tribunal to find him guilty and worthy of death. Let us condemn him to a shameful death, they said, borrowing the words of the Wise Man. Adore Jesus’ interior disposition in all these plans of the Pharisees’ intrigue. He courageously endured the accomplishment of their designs, because this was in accord with the plan of his Eternal Father. You would have no power over me, he told Pilate, unless it were given to you from above.

Page 59: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

58 SIGNUM FIDEI

TALBA

O Alla tal-imħabba u tal-ħniena, int bgħattilna lil ibnek biex jgħix fostna

u jmut għalina meta aħna konna maqbudin fit-triq tad-dnub u l-mewt.

F’dan iż-żmien tar-Randan, naddafna minn kull drawwiet egoisti, biex ngħixu l-liġi tiegħek tal-imħabba bħad-dixxipli ta’ Ġesù Kristu, sidna.

Ammen Magnificat

Missierna ...

JGĦIX ĠESÙ

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 60: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

SIGNUM FIDEI 59

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun sinjal ta’ fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei jekk jogħġbu jikkuntatja:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, il-Gżira. GŻR 1563

Page 61: FRAR 2018 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Salib ta’ Kristu huwa dak li jgħaqqad iċ-ċiviltà Nisranija flimkien, għax huwa espressjoni tassew ħajja tad-demm ta’ Kristu

60 SIGNUM FIDEI

San Miguel Febres Cordero

Talba

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, Int li

tajt lill-Knisja tiegħek il-Qaddis

Miguel, bħala edukatur mill-aqwa

għall-ġid tat-tfal; agħtina nitolbuk, li

waqt li aħna nkunu nixbħuh fid-

dedikazzjoni tiegħu, nilqgħu liż-

żgħażagħ bl-ikbar ħlewwa, u

nwassluhom għandek bla ħadd

minnhom ma jintilef. B’Ibnek Ġesù

Kristu Sidna, Ammen

PRESENTATION OF THE LORD

WORLD DAY FOR CONSECRATED LIFE—

2nd February

In response to the call of the Holy Spirit, each

Brother, freely and without any thought of

turning back, bases his whole existance on the

Gospel in order to follow Jesus Christ.

Accordingly he consecrates himself entirely to

the Holy Trinity to procure the Glory of God in

the ministry of Christian Education.

Religious consecration gives meaning

to the specific commitments which it inspires

and brings into unity the successive moments

in the life of the Brother

Rule of the Brothers 22

Presentation of Jesus in the Temple