Top Banner
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015 FESTA 27
28

Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

Jul 24, 2016

Download

Documents

Lawrence Zahra

 
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA 27

Page 2: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

28 FESTA

Page 3: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

WERREJ Kelmtejn mill-Kappillan ......................................................2

Messaġġ mis-Sindku ......................................................5

It-Tbatija ......................................................6

Raġel kwiet jitkellem ......................................................7 Gwida lejn Alla ................................................... 10 Juan de la Cruz and non violence ................................................... 11 PROGRAMM TAL-FESTA ................................................... 12 X’Nifhem bil-kelma “Vokazzjoni”? ................................................... 14 Il-Vari Proċessjonali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex ................................................... 16 Il-Kummissjoni Kateketika ................................................... 21 Ċelebrazzjonijiet ta’ żmien il-Milied ................................................... 23

1

Page 4: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

Kelmtejn mill-Kappillan

Ix-xahar ta’ Novembru jixħtilna l-ħars tagħna fuq il-Missier tagħna San Ġwann tas-Salib, patrun tal-Parroċċa tagħna.

Darba waħda soru Tereżjana talbitu jekk iħallihiex tixrob ftit ilma: ‘Iva, mur ixrob, imma ixrob ukoll lil Alla.’ Ixrob lil Alla, jiġifieri ħalli lil Alla jidħol fik, ħalli lil Alla jimliek minn ġewwa, għaliex Alla hu ‘ilma bnin’. Fil-Kantiku Spiritwali San Ġwann iqabbel lil Alla ma’ xmara; xmara ta’ hena, xmara ta’ ilma ħaj. B’moħħi nixrob l-għerf t’Alla u b’qalbi nixrob l-imħabba t’Alla. Għaliex huwa Alla biss li jista’ jimla l-qalb tal-bniedem.

San Ġwann tas-Salib, dan kien jafu u għexu.

In-Nisrani hu dak li f’kollox jara l-id tal-Imħabba t’Alla lejh. Għal min jaf jara, fil-ħajja m’hawnx ħlief grazzji, għal min jara, kollox hu rigal, kollox huwa sabiħ. U kif ħa ninduna? San Ġwann tas-Salib jgħidilna kif: ‘Ħalli lil Alla jippenetra sa fil-ġogi ta’ ħajtek. Alla jrid ibiddilna fih u b’hekk aħna nkunu nistgħu nbiddlu lill-oħrajn.

Barra minn Alla xejn ma għandu skop u sens fil-ħajja. San Ġwann tas-Salib iltaqa’ ma’ Ġesù, daqu u ħabbu.

F’ismi u f’isem ħuti l-Patrijiet nixtieqilkom festa sabiħa u qaddisa li timla l-qalb tagħkom bih.

P. Salv Spagnol ocd

2 FESTA

Page 5: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA 3

Page 6: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

4 FESTA

Page 7: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

Messaġġ mis-Sindku Għaddiet sena oħra mindu l-kappillan tagħna Patri Salv, tani l-opportunità sabiex inwassal il-messaġġ tiegħi fil-festa ta’ San Ġwann tas-Salib. Kienet sena oħra pożittiva li rat bosta żviluppi fil-lokalità tagħna. Żviluppi kemm mil-lat organizzattiv, fejn rajna bosta attivitajiet ġodda organizzati fil-lokal, fosthom: Karnival fil-Marina, Jum Ta' Xbiex b'differenza, Festa Rizzi, “Connecting Through Culture”, "Mass Ice-Bucket Challenge" fil-Yacht

Marina, fost attivitajiet oħra. Dawn huma attivitajiet importanti li jżommu l-komunità magħquda u fl-istess ħin jattiraw numru ta’ nies barra minn Ta' Xbiex li l-preżenza tagħhom tgħin ukoll lill-entitajiet kummerċjali tal-lokal. Sena li fiha l-Kappillan tant għażiż tagħna ngħata Ġieħ Ta' Xbiex, flimkien ma’ residenti oħra, li kien ħaqqhom dan għas-sehem li taw lil din il-lokalità tul is-snin. Fil-fatt din kienet l-ewwel darba li r-residenti kellhom iċ-ċans ikunu huma li jinnominaw lil dawn il-persuni speċjali. Dan barra żviluppi u proġetti li jvarjaw minn infrastruttura għal ambjent, edukazzjoni u saħħa. Quddiemna issa għandna sfida ġdida li intom il-parruċċani importanti tagħtu wkoll is-sehem tagħkom, u din hija s-sistema ta' ġbir ta' skart organiku, fejn il-lokalità tagħna minn fost il-lokalitajiet kollha Maltin, ġiet proprju magħżula flimkien ma’ erba’ lokalitajiet oħra mill-Gvern u l-Wasteserv, sabiex inkunu minn tal-ewwel f'pajjiżna li nibdew nisseparaw l-ikel għalih darbtejn fil-ġimgħa, barra d-darbtejn riċiklabbli li diġà jsir. Id-darbtejn l-oħra li jifdal, se tinġabar il-borża mħallta s-sewda sabiex ħadd ma jkollu għalfejn iżomm l-ikel mit-Tnejn sas-Sibt. Il-Kunsill qassam 'bins' b'xejn tas-separazzjoni lil kull familja, sabiex ikompli jħeġġiġhom jisseparaw u dan il-proġett pilota jirnexxi. Sena memorabbli wkoll fejn jidħol l-aspett filantropiku, fejn il-Kunsill b'unur jista’ jgħid li għen lill-Caritas, Fondazzjoni Nazareth, ALS Malta, il-Community Chest Fund, iċ-ċentru ta' Fra Diegu l-Ħamrun u Angela House. Dan permezz ta' attivtajiet u diversi inizjattivi, uħud minnhom ukoll bil-parteċipazzjoni tar-residenti. Sena li fiha permezz ta' proġett mill-UE ffirmajna wkoll ġemellaġġ ma’ Rocca Santo Stefano ġewwa Ruma, li se jiftaħ diversi opportunitajiet għall-Kunsill, ir-residenti u entitajiet oħra, fosthom il-Parroċċa tagħna. Il-Parroċċa kellha sehem importanti f'dan il-ġemellaġġ billi ospitat għal diversi laqgħat, lill-grupp ta' residenti ta' Rocca Santo Stefano ġewwa s-sala awdjo-viżiva tal-Parroċċa. Nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Kappillan u t-tim tiegħu, talli ħallewna nużaw din is-sala, lill-volontiera u parteċipanti residenti li, għalkemm kienu ftit, għenu ħafna sabiex jittella’ dan il-proġett. Dawn l-istess partecipanti u volontiera kellhom l-opportunità wkoll li jitilgħu magħna billi jħallsu l-ispejjeż tal-ajru, għall-iffirmar ta' dan il-ġemellaġġ storiku bejn il-lokalità tagħna u dik ta' Rocca Santo Stefano li tant għandhom kultura soċjo-reliġjuża interessanti. Huwa sabiħ ħafna li jkollna sens ta' għaqda u kollaborazzjoni bejn il-Kunsill u l-Parroċċa. Tassew nista’ ngħid b'wiċċi minn quddiem li dejjem sibna għajnuna u koperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet li għandom missjoni waħda, dik li nservu fit-tagħlim ta' Kristu. Nieħu l-opportunità biex nawgura l-festa t-tajba lill-komunità Tereżjana, parruċċani u r-residenti ta' Ta' Xbiex kollha. Max Zammit D.L.I.S (Melit.) Sindku ta' Ta' Xbiex

5

Page 8: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

It-Tbatija Qabel nibda dan l-artiklu qasir dwar dan is-suġġett delikat nixtieq nagħmilha ċara li jien miniex xi persuna li qed nitkellem fuq xi suġġett li studjajt; jew ma għamiltx xi riċerki biex inkun nista’ nispjega xi jgħidu t-teoloġi dwar dan is-suġġett. Jien qed nikteb dan l-artiklu bħala persuna li għext it-tbatija; għext it-tbatija fuqi nnifsi u missejtha b’idejja fil-ħidma pastorali tiegħi. Għaldaqstant nixtieqkom li tixtarru dan il-kliem li se

ngħidilkom għax jista’ jkun ta’ faraġ għalikom li tkunu għaddejjin minn xi trawma f’ħajjitkom.

Il-bniedem, għax ġie maħluq liberu, għandu għażla u t-tbatija tista’ terfagħha b’żewġ modi partikolari. Tista’ tisħet l-eżistenza tiegħek; tintefa’ fid-dlam u tgħix il-bqija ta’ ħajtek imdejjaq u ddisprat. Nisimgħu b’każi fejn persuna f’mumenti ibsin, bħal meta jintlaqat minn xi marda terminali jew ikun tilef lil xi ħadd għażiż għalih, jintrabat mal-affarijiet materjali, iħossu mingħajr direzzjoni, mingħajr tama, mingħajr skop biex jgħix u jkun fit-tbatija li twassal f’dipressjoni.

U mbagħad hemm persuni li tarahom mixħutin f’qiegħ ta’ sodda għal sena wara l-oħra. Nersaq lejhom, u flok ma jien infarraġhom, huma jgħinu lili, anzi jedifikawni. Tarahom jitbissmu meta noffrilhom is-Sagrament. Ma ddumx biex tiskopri li dawn ikunu aċċettaw is-sofferenzi tagħhom u kienu lesti joffruhom għall-bżonnijiet tal-Knisja, għall-bżonnijiet tagħna lkoll. Għamlu l-għażla li t-tbatija tagħhom jaqsmuha ma’ min verament jaf u għex it-tbatija. Ma’ Ġesù u ommu Marija

Nixtieq hawnhkk nagħmilha ċara li aħna, bħala l-poplu ta’ Alla, għandna nkunu rikonoxxenti lejn dawn il-morda. Hemm bżonn li nħossuna obbligati li nieħdu ħsiebhom, nikkurawhom u nħobbuhom b’sinċerità. Jiżbalja min jaħseb li jista’ jaħrab lil dawn in-nies u jsalva ruħu. It-tbatija qeda hemm biex biha nissaffew u npattu għad-dnubiet ta’ kull wieħed u waħda minna. It-tbatija, meta tkun offerta mill-qalb, hija l-akbar teżor li jista’ jkollha l-Knisja.

Jien naqdi l-missjoni tiegħi billi attiv fil-Hospice Movement. Hawnhekk niltaqa’ ma’ nies li qegħdin jiġġieldu għall-ħajja, nies li ħafna drabi jinsabu weħedhom, abbandunati u marġinati minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Inħossni privileġġat li kelli nġarrab dawn l-esperjenzi, esperjenzi li jkabbruni mhux biss bħala saċerdot imma wkoll bħala persuna li qed infittex lil Alla. Nista’ ngħid li f’dawn il-mumenti nħossni qrib sewwa tal-Verità, ta’ Sidna Ġesù Kristu. San Ġwann tas-Salib jgħidilna li Sidna Ġesù għamel l-akbar opra tiegħu mhux meta kien jagħmel xi miraklu, lanqas meta tema lil 5000 ruħ u riedu jagħmluh sultan. L-akbar opra Ġesù għamilha meta kien abbandunat, imdejjaq, miġruħ u msallab. Kien hemmhekk li reġa’ ħabbeb il-bniedem ma’ Alla l-Missier. Din hija l-akbar prova li t-tbatija għandha preġju kbir għall-ħajja spiritwali. Hija t-triq żgura li twassal għal għand il-Missier.

P. Alfred Vassallo ocd

6 FESTA

Page 9: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

Raġel Kwiet Jitkellem

7

San Ġwann tas-Salib: il-bniedem b’viżjoni ‘Alla huwa mħabba.” Faċli tgħidha. Iżda nafu wkoll bil-kliem iebes li lissen Ġesù, Kristu li tkellem fuq il-madmad tas-salib u t-triq id-dejqa, li jesiġi li mmutu għalina nfusna, bi lsien jaqta’ bħal sejf b’żewġt ixfar u għajnejn jarmu n-nar. Jaqleb l-imwejjed ta’ min jinqeda b’Alla biex ixaħħam il-bwiet

tiegħu. Alla huwa ħanin jew ġust? Ipattiha jew jaħfer? Jibagħtek fejn hemm it-theżżiż tas-snien jew iħaddnek b’imħabba miegħu?

Sejrin induru fuq San Ġwann tas-Salib għax it-tweġiba tiegħu hija awtorità. Huwa kellu esperjenza qawwija u mill-qrib ta’ Alla. Il-kitbiet tiegħu huma klassiċi tal-letteratura Nisranija u Spanjola, miżgħudin bi spiritwalità li tgħallem, iva, imma dak li se nfittxu hawn huwa l-impatt ta’ Alla f’ħajtu, l-impatt oriġinali li qanqal kull kelma u kitba ta’ Juan de Yepes.

Dan l-impatt li laqtu fil-vixxri tiegħu nsibuh fl-opra tiegħu, Fjamma Ħajja. Din il-poeżija u kummentarju kienet l-opra ewlenija tal-Qaddis, il-ktieb waħdieni li kien iżomm kieku kellu jagħżel minn fost kitbietu liema kellu jżomm u l-oħrajn jeqirduhom.

Wara li ħarab minn Toledo fejn kien miżmum kontra qalbu u wara li niżel l-Andalusija, Ġwanni beda jżid u jaqsam mal-oħrajn il-poeżija li kien kiteb fil-ħabs tal-kunvent. Ħutu l-patrijiet u s-sorijiet bdew jitgħallmu l-poeżiji tiegħu u jpoġġuhom għall-mużika. Il-versi tiegħu waslu sa għand Santa Tereża, li kienet fin-naħa ta’ fuq ta’ Spanja, u tant kienet tieħu gost tismagħhom jiġu kantati. Talbu lill-poeta jfisser u jikkummenta l-poeżija tiegħu, ħaġa mhix daqstant faċli għal poeta.

Beda jikteb biljetti u ittri ta’ direzzjoni spiritwali, xi ħaġa li kien għamel fiż-żmien li kien Avila (1572-77). Kif kellha tirrakkonta waħda mis-sorijiet: “Kellu don biex ifarraġ lil dawk li kienu jiġu għandu, bi kliemu u fil-biljetti li kiteb. Jien innifsi rċevejt uħud minnhom… kemm nixtieq li kienu għandi bħalissa!”

Maż-żmien, il-kummenti u n-noti ħadu posthom erba’ kummentarji: il-Kantiku, fuq il-poeżija li kiteb meta kien imsakkar Toledo: “Għidli fejn mort inħbejt?!” It-Telgħa u l-Lejl fuq l-aktar poeżija magħrufa tiegħu: “F’lejl kollu dlam”, u l-kummentarju fuq l-innu lill-Ispirtu s-Santu, Fjamma Ħajja.

Kull wieħed minn dawn l-erba’ xogħlijiet għandu l-istil tiegħu. It-Telgħa hija aktar trattat fuq kif jikber in-Nisrani; il-Lejl huwa deskrittiv, u jpinġi l-aktar partijiet ta’ tbatija fl-iżvilupp Nisrani. Il-Kantiku huwa liriku, xi drabi allegoriku, fejn il-mixja hija dik tal-maħbuba li tfittex u tiltaqa’ mal-Maħbub. Iżda hija l-Fjamma li toħroġ l-aktar l-impuls poetiku. Fiha taqsimiet li jservu ta’ gwida prattika. Hawn Ġwanni qiegħed jgħum fil-qasam tiegħu, u għalhekk huwa l-aktar komdu u intens. Hija għanja ta’ meravilja. Ġwanni huwa konfidenti u personali għall-aħħar.

L-għaxar snin li ġew wara Toledo kienu snin ta’ xogħol u taħbit kbir. Wara li organizza kulleġġ Tereżjan fil-belt universitarja ta’ Baeza (1579-82), ġie trasferit lejn Granada, fejn il-patrijiet kellhom kunvent qrib il-palazz tal-Mori, imżejjen b’xeni mill-isbaħ. Din kienet id-dar ta’ Ġwanni għas-sitt snin li ġew wara.

Page 10: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

8 FESTA

Mela, kien imħabbat: f’dan iż-żmien ivvjaġġa madwar 13,840km, l-aktar meta kien Superjur tal-kunventi u l-monasteri ta’ Tereża fin-naħa t’isfel ta’ Spanja (1585-87). Kif jingħad f’ittra ta’ Ġunju 1586: “Alla qed jagħtina ħafna x’nagħmlu f’dawn il-jiem hekk li ma nistgħux inlaħħqu ma’ kollox.”

Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi ta’ ġiri li huwa kiteb il-Fjamma (sittin paġna mitbugħa rqiqa fl-edizzjonijiet tal-lum – it-traduzzjoni Maltija tinsab fuq is-sit oskt.files.wordpress.com tal-Ordni Sekulari). Kif jistqarr sieħbu fil-vjaġġi, Evangelista: kitibha “meta kien Vigarju Provinċjali, fuq talba ta’ Doña Ana de Peñalosa. Kitibha fi żmien ħmistax beżlin ħafna illi qatta’ hawn f’din id-dar [ta’ Granada].” Inkitbet f’ħinijiet maqtugħin minn xulxin, imma donnha miktuba taħt ispirazzjoni waħda dejjem għaddejja.

L-opra nkitbet f’ambjent ta’ fiduċja fil-providenza. Ġwanni kien qed jissieħeb ma’ grupp ta’ tmien sorijiet li kienu qegħdin jittamaw li jiftħu monasteru fi Granada. Malli waslu, sabu li l-Arċisqof ma kienx lest li jagħtihom il-permess, u li kienu reġgħu lura mill-offerta tal-proprjetà li kienet saritilhom, li ħalla lis-sorijet bl-intenzjonijiet tajba tagħhom imma mkien fejn joqogħdu. Ana offrietilhom id-dar tagħha stess. Għalkemm l-isqof ma damx ma ta l-kunsens tiegħu (mgħejjun minn maltempata bis-sajjetti li ħarqitlu l-librerija tiegħu), il-proprjetà adatta damet ma waslet, u s-sorijiet kellhom joqgħodu fid-dar ta’ Ana għal diversi xhur.

F’dan iż-żmien Ġwanni żar l-ospiti ta’ Ana. Fih Ana sabet gwida li seta’ jgħin jagħti tifsira lin-niket ta’ ġo fiha, ikkawżat mill-mewt tliet snin qabel ta’ żewġha u bintha l-waħdanija. Kien lilha li Ġwanni seta’ jikteb fl-aħħar sena mdallma ta’ ħajtu. Ġwanni ddedika lilha l-Fjamma, dedikazzjoni bbażata fuq il-fiduċja ġenwina li trawmet bejniethom.

Ħames snin wara li kiteb il-Fjamma, fl-1591, Ġwanni kiteb kif kien sejjer Ubeda biex jirkupra mid-deni li qabdu, li b’danakollu spiċċa b’infezzjoni ma’ ġismu. Lit-tabib li sar jaf, tah il-manuskritt tal-Fjamma, u fdalu f’idejh l-aħħar teżor tiegħu.

Bla dubju, fil-ħajja spiritwali hija importanti l-armonija li tgawdi r-ruħ fiha nfisha, bejnha u bejn Alla. Hija ħjiel ta’ dik l-armonija li fiha nħalaq il-bniedem u ntilfet bid-dnub oriġinali. Kull dnub joħloq diżarmonija. Imma kull xewqa wkoll toħloq stress sa ma jinkiseb l-oġġett mixtieq. San Ġwann tas-Salib fehem dan is-sigriet tal-ferħ veru fil-ħajja. Għalhekk tul l-opri tiegħu hija kostanti l-massima: tixtieq xejn. B’hekk, fil-fatt, tasal għal kollox. Din mhijiex in-nuqqas tax-xewqa ta’ min hu passiv għax ikun rieqed, ġifa jew bla ħila, jew min ma jkollu interess f’xejn. Imma huwa l-bniedem għaref li skopra x’jiswa verament fil-ħajja. Biex niftiehmu: lanqas l-armonija mhi skop għaliha nfisha fil-ħajja Nisranija. Imma huwa fatt li tinħoloq f’min intelaq f’Alla, aktar u aktar f’min ikun daq l-Alla tal-imħabba. Il-ħajja axxetika ta’ ċaħda evanġelika tista’ twassal għall-armonija, bla dubju, imma meta l-armonija tibda toħroġ u tkun il-frott tal-għaqda ma’ Alla, allura ssir sublimi u unika.

Fil-Fjamma Ħajja d-distanza bejn il-kelma miktuba u r-realtà hija mnaqqsa immensament. Il-kliem jaqbeż l-imaġinazzjoni u l-esperjenza, u jitlaħħam dak il-ħin quddiem min qed jaqra. Waqt li mistiċi medjovali tkellmu dwar il-“jien ġewwieni” bħala l-“ispirtu”, iċ-“ċentru”, il-“fond”, Ġwanni huwa oriġinali u jżid xi ħaġa “iżjed”: “fiċ-ċentru tal-qalb tal-ispirtu.”; “is-sustanza intima fil-fond tar-ruħ”, fil-“qalba tar-ruħ”, xejn inqas għajr iċ-“ċentru infinit”. Din hija r-realtà, u l-lingwaġġ irid

Page 11: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

jaddatta ruħu għal din ir-realtà. Ħadd qablu ma rnexxielu jasal biex jispjega dan il-waqt profond fil-mixja spiritwali.

“Ebda kliem ma ġie vvintat għall-opri ta’ Alla f’erwieħ bħal dawn. L-uniku lingwaġġ huwa li ġġerrħu, tilqgħu, esperjenza, ferħ u skiet” (ara FĦ 2,21).

Ġwanni qiegħed juża l-lingwaġġ tal-imħabba u tal-maħbubin. U għalhekk, għalkemm wasal sa hawn, jippreferi jiskot u ma jgħidx aktar. Min jgħaddi minn din l-imħabba jaf x’jiġifieri. M’hemmx għalfejn ħafna kliem elaborat. Ġwanni ma jiddejjaqx juri kemm iħossu midjun lejn l-Għanja tal-Għanjiet tal-Bibbja, l-għanja ta’ mħabba ta’ Jaħweh għal Israel, tal-Ħaruf għall-Knisja tiegħu, ta’ Kristu għar-ruħ. F’idejn San Ġwann tas-Salib, it-tixbiha taż-żwieġ mhijiex biss idea letterarja, imma fuq kollox rabta bejn l-imħabba umana u divina. Kif turi l-Iskrittura, l-imħabba taż-żwieġ fiha realtà li tmur lil hinn minnha nfisha. Tant hija sagra illi l-imħabba umana ma tinftiehemx fl-aqwa tagħha mingħajr l-impuls tal-imħabba divina.

Ġwanni ma għandux f’moħħu li joqgħod ifiehem daqskemm li jkun xhud ta’ Alla, illi din ir-relazzjoni miegħU hi possibbli. Mhuwiex interessat li jitkellem fuq xi Alla “komdu” basta jifhmu l-moħħ uman, imma jrid jitkellem fuq Alla l-“ħaj”, li jersaq viċin il-bniedem, jgħannqu miegħu, u jagħmlu ħaġa waħda miegħu. Inqas minn hekk, Ġwanni jħossu li jkun falla mill-missjoni tiegħu. Alla huwa l-protagonista, u hu kapaċi jersaq lejn id-dnub u l-ġmiel tad-dinja. Il-bniedem isir prezzjuż. Diskors tan-namrati, mingħajr ħafna kliem:

Oh llama de amor viva…! O fjamma ħajja ta’ mħabba illi taf tidrob sewwa sal-qalba ta’ dir-ruħ li nħoss mifnija u taf x’inhu li jxabba’, ibqa’ dieħel sa ġewwa, ċarrat id-drapp għal dil-laqgħa għaslija.

O x’ferita! O x’benna! xi grazzja din il-ġerħa! O id ġentili li ma tħallix tbajja’, li ġġiegħ’l ‘il min jithenna u taħfer b’rieda mberrħa, iva int u toqtol, il-mewt tibdel f’ħajja.

Lampi b’nirien qawwija illi b’saħħet miljiethom, fejn hemm għerien is-sensi ġa mifnija, li kienu għomja fija u issa jgħaxxquk f’dehriethom, isaħħru lill-ħanini bl-oħla dija.

O b’liema mħabba għaslija tiftakar qalbi sħiħa fejn waħdek tgħix bla ħadd ma jaf b’għanjietna, b’nifsek hennej għalija, mgħobbi b’tal-glorja l-fwieħa. P. Manwel Schembri ocd Xi ħlewwa f’dan-namur li hemm bejnietna!

9

Page 12: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

San Ġwann tas-Salib: Gwida lejn Alla Kull Parroċċa, speċalment fil-gżejjer Maltin, tipprova sa kemm hu possibbli, torganizza ta’ kull sena, festa f’ġieħ il-Patrun/a tagħha. Ħaġa sabiħa u jixraq ħafna li dan isir. Il-Knisja Parrokkjali tiżżejjen, il-liturġija tieħu sura ta’ festa, u jsiru ħafna diskorsi sbieħ fuq il-ħajja u l-virtujiet li kienu jżejnu l-Patrun/a ta’ dik il-parroċċa. Dan kollu jgħin biex il-poplu tal-parroċċa jitħeġġeġ u wħud li kienu tbiegħdu mis-Sagramenti, jitħajru jerġgħu jersqu. Fejn issir ukoll il-festa esterna, it-toroq jiżżejnu l-aktar fejn tkun se tgħaddi

l-purċissjoni jew il-baned biex dawn tal-aħħar jimlewhom b’marċi brijjużi li jferrħu lil dawk preżenti. Sintendi, il-murtali ma jonqsux f’festa esterna, u hekk kollox jgħin biex dawk li jattendu jħossu li dik il-parroċċa qiegħda tiffestiġġa.

Li jnikkitni hu li ftit wara l-festa, għal ħafna minna, dan kollu bħal jisfuma fix-xejn. Il-famuża parabbola li tana Ġesù Kristu tal-bidwi li ħareġ jiżra’, terġa’ tirrepeti ruħha. Uħud miż-żerriegħa waqgħu fuq il-blat u malajr ġew l-għasafar u kiluhom, oħrajn ġew f’ħamrija baxxa u kif nibtu, inħarqu bix-xemx, oħrajn ġew qalb ix-xewk, li għalkemm nibtu sewwa, ix-xewk ħonoqhom, waqt li oħrajn waqgħu f’ħamrija tajba u għalhekk għamlu bl-abbundanza.

F’dawn il-jiem nisimgħu ħafna fuq San Ġwann tas-Salib, il-Patrun tal-Parroċċa tagħna. Nisimgħu fuq ħajtu, it-tagħlim tiegħu, kitbietu. Nieħdu l-opportunità biex nitgħallmu minnu u npoġġu fil-prattika dak li jgħallimna. Hu jaqsam magħna dak li skopra u għex hu stess biex Alla sar kollox għalih. Jekk il-ħajja Nisranija tagħna rriduha tagħti l-frott, għandna fih gwida mill-aqwa. Kien hemm ħafna li għalihom kien id-direttur spiritwali. Uħud illum huma mgħoddija mal-lista tal-Qaddisin. Qed jiġuni f’moħħi Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Santa Tereża ta’ Los Andres miċ-Ċilì, sorijiet tal-Ordni tagħna li għalkemm mietu żgħar ħafna, laħqu grad għoli ta’ perfezzjoni. San Piju tal-Pjagi, Kapuċċin u anke San Ġorġ Preca, l-uniku Malti ddikjarat qaddis. Għandu ħafna x’jgħallimna San Ġwann tas-Salib u jurina t-triq li twassalna biex aħna ningħaqdu f’għaqda sħiħa m’Alla li ħalaqna proprju biex dan li jsir minna. Bl-għajnuna t’Alla u b’San Ġwann bħala gwida, dan l-iskop għandna nilħquh.

Nawgura l-Festa t-Tajba lil Kulħadd.

P. Alfred Debono O.C.D.

10 FESTA

Page 13: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

Juan de la Cruz and non violence

At Ta’ Xbiex Parish Church, written on the wall just next to the tabernacle is a famous quote from the writings of Saint John of the Cross, whose feast day we will soon be celebrating. The quote reads, “Where there is no love, put love and you will draw love” taken from a letter John of the Cross wrote to Madre Maria de la Encarnacion, reassuring her that all is well, as she was worried for his life. The life of John of the Cross was marked by persecution and violence.

John of the Cross is often presented to us as a difficult teacher, though his teachings carry a simple message: to imitate the life of Jesus Christ and to allow nothing to come between the soul and the life of Jesus. His way is to help the soul become free to follow Jesus and live his teachings in their fullness. At the core of the teachings of John of the Cross is the desire for souls to be able to receive in full the love of our Creator, to become able to share that love, and to live creative and effervescent lives.

John of the Cross models this way of life in a particular way, by loving and forgiving those who persecuted and hated him. John of the Cross is not only non-violent in his ways, but for him, the experience of violence is an opportunity to plant the seed of love. The wisdom found in his teachings is that only love can bring about the desired transformation in oneself and the other, particularly the other who is acting violently. Sometimes, it is us who are persecuting others and John of the Cross reminds us that to follow Jesus Christ we need to be purified of all forms of unhealthy attachments, those which are not rooted in love.

The teachings of John of the Cross reflect Jesus’ own teachings, to love your enemy, and yet to call that loved enemy to conversion; to abandon the way of violence and to walk the path of creative love instead. Jesus and John of the Cross present this path as the narrow gate through which eternal happiness is found, with the possibility of tasting some of that happiness already here on earth.

John of the Cross is mostly known for his writings about the experience of G-d as darkness and the dark night of the soul. The darkness we read about in his writings is his own description of the process of purification, for us violent human beings to become entirely non-violent and non-possessive. To become people who are not grabbing on to life and G-d, but open and ready to receive in full that life which our Creator gratuitously share with us.

The dark path is the way where we let go of our envy, of our rivalry, learning to trust that our Creator is the benevolent father who provides for each and every one of us, and his desire is for us humans to share that life freely rather than compete with one another for his blessing. His blessing is freely given because he is the good father, and not because we deserve it.

As we celebrate the feast of Saint John of the Cross, let us take some time to reflect on how we as a parish may share life and plant the seeds of love where there is darkness, hatred and violence. May we as a parish witness the love of the benevolent father, the Creator who is love, and who invites us to seek love in all of its depth and fullness, because only there we can find the meaning of life.

Mario Gerada

11

Page 14: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

12 FESTA

FESTA F’ĠIEĦ SAN ĠWANN TAS-SALIB Il-Ġimgħa 6 Ta’ Novembru Adorazzjoni 5.30pm Rużarju 6.00pm Quddiesa 6.30pm Adorazzjoni biex il-festa tħalli frott spiritwali u tkabbar fina l-imħabba lejn San Ġwann tas-Salib. It-Tnejn 9 Ta’ Novembru Jum l-Għaqdiet Ċivili 5.30pm Rużarju 6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Għaqdiet Ċivili tal-Parroċċa. Iqaddes il-kappilan Patri Salvinu Spagnol ocd. Il-kant isir mill-Kor tal-Parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Gino Mule Stagno. It-Tlieta 10 Ta’ Novembru Jum it-Tfal u Vestizzjoni tal-Abbatini 5.00pm Ċelebrazzjoni ta’ ferħ mit-tfal tal-Parroċċa u dawk li jattendu d-duttrina. Issir purċissjoni bl-istatwa ġdida ta’ San Ġwann tas-Salib maħduma minn Andrew Bugeja. 6.00pm Quddiesa minn Patri Joe Guliano ofm.cap. Fiha ssir il-vestizzjoni ta’ erba’ abbatini ġodda Zach Sciberras, Katrina Borg, Gabriel Micallef Ghigo u Estella Attard. Il-kant se jkun immexxi mis-sinjuri Suzanne Azzopardi, C. Castelletti u Louise Cachia Castelletti. Wara l-Quddiesa it-tfal kollha jingħataw BORŻA ĦELU. L-Erbgħa 11 Ta’ Novembru Jum Il-Familja 9.30am Quddiesa għall-Morda, dawk li huma weħidhom u l-Anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Iqaddes Patri Manwel Abela ofm.cap, Kappillan ta’ San Ġwann. Wara l-Quddiesa jkun hemm Entertainment fis-sala Parrokkjali għall-Anzjani tagħna mħejji mill-Kummissjoni Djakonija bil-parteċipazzjoni tal-Green Fields. 5.30pm Rużarju 6.00pm Quddiesa li għaliha huma mistiedna l-familji. Iqaddes Patri Alfred Vassallo ocd, Viċi-Kappillan. Il-Quddiesa ħa tkun animata mill-Kummissjoni Familja flimkien mal-group Belong. Tingħata tifkira lill-familji li jattendu. Il-Ħamis 12 ta’ Novembru Jum il-Kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa 5.30pm Rużarju 6.00pm Quddiesa għall-Kummissjonijiet li jaħdmu fil-Parroċċa tagħna. Iqaddes Patri Alfred Debono ocd, Pirjol tal-Komunità ta’ Ta Xbiex. Il-kant isir minn Sonia u Paul Salerno. Tingħata tifkira lis-Sinjura Lisa Debono għas-servizz li tat bħala katekista lit-tfal tagħna. Il-Parroċċa tgħidilha grazzi mill-qalb. Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru Jum il-Vokazzjonijiet Saċerdoti u r-Reliġjużi 5.30pm Rużarju 6.00pm Quddiesa minn Patri Karm Spiteri ocd, promotur tal-Vokazzjonijiet Tereżjani fi ħdan il-Provinċja Karmelitana Tereżjana. Il-kant isir mill-aħwa Annmarie u Joana Mifsud. Is-Sibt 14 ta’ Novembru Lejlet il-Festa 5.30pm Rużarju 5.55pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwija tal-Missier tagħna San Ġwann tas-Salib 6.00pm Konċelebrazzjoni mmexxijja mill-Provinċjal Patri Manwel Schembri ocd. b’Omelija fuq il-qaddis. Wara tingħata l-Barka Sagramentali. Il-kant isir mill-Kor tal-Parroċċa mmexxi mill-Mro. Gino Mule Stagno.

Page 15: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA 13

Il-Ħadd 15 ta’ Novembru Jum Il-Festa

7.00am Quddiesa 8.30am Quddiesa mill-Kappillan tal-Imsida Dun Norman Zammit 10.00am Quddiesa bl-Ingliż 11.30am Quddiesa mill-Kappillan tal-Gżira Dun Karm Tanti 5.30pm Rużarju 5.55pm Tingħata l-Barka Sagramentali 6.00pm Konċelebrazzjoni mmexxijja mill-Provinċjal Patri Manwel Schembri ocd. Jippriedka fuq San Ġwann tas-Salib Patri Philip Cutajar ofm.cap. Il-kant isir mill-Kor tal-Parroċċa mmexxi mill-Mro. Gino Mule Stagno. Wara jsir riċeviment fis-sala tal-Kunvent.

 

Il‐Kappillan u l‐Komunità Tereżjana  

jixtiequ l‐Festa tajba u qaddisa lill‐komunità  

parrokkjali u lill‐ħbieb kollha tagħna. 

 

Page 16: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

X’Nifhem bil-kelma “Vokazzjoni”?

14 FESTA

“Il-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi jitwieldu mill-esperjenza tal-laqgħa personali ma’ Kristu, mid-djalogu sinċier u kunfidenti Miegħu, biex nidħlu fir-rieda tiegħu. Huwa għalhekk meħtieġ li nikbru fl-esperjenza tal-fidi, mifhuma bħala relazzjoni profonda ma’ Ġesù, bħala smiegħ intern tal-leħen tiegħu, li jidwi ġewwa fina”.

Bdejt dan l-artiklu b’dan il-kliem tal-Papa Emeritu Benedittu XVI għaliex f’żewġ sentenzi biss hu jgħallimna x’inhu meħtieġ sabiex titrawwem u

tiżviluppa kull vokazzjoni - kemm reliġjuża kif ukoll dik saċerdotali. U dan minħabba l-fatt li llum, speċjalment meta l-kanuni huma lesti ppuntati u kkargati fuq il-Knisja in ġenerali - kif ukoll b’mod partikolari – li wieħed isemmi biss li għandu vokazzjoni hija xi ħaġa li f’bosta nies tqanqal kemm indifferenza kif ukoll – f’xi wħud – stmerrija. Għax jekk irridu nkunu sinċieri, irridu nammettu li forsi qatt ma kien hemm żmien fl-istorja twila tal-Knisja f’Malta – meta kien hawn daqstant indifferenza u anke – nażżarda ngħid – ostilità ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Knisja u ma’ ħidmietha fis-soċjetà tagħna… Dan hu dovut għal diversi fatturi... insemmi wieħed biss: il-ħajja mgħaġġla tal-lum, fejn bosta huma dawk li jilmentaw li l-24 siegħa tal-ġurnata donnhom mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu ma’ dak kollu li jkollhom x’jagħmlu… u b’riżultat ta’ dan huma ħafna dawk il-Maltin li m’għadhomx jersqu lejn il-Knisja.

Kawża ta’ dan: ir-reazzjoni ta’ ħafna għal vokazzjoni reliġjuża hija waħda ta’ stagħġib… kif ukoll ta’ xettiċiżmu… .”Dak ġenn li jgħaddi” jgħidulek ħafna ta’ spiss – jew inkella: “X’se tagħmel b’idejk… Taf li se titlef il-libertà, hux?”

Dawk minna li wieġbu, kif ukoll dawk li beħsiebhom iwieġbu għas-sejħa li jagħmlilna Alla l-Imbierek żgur li semgħu jew inkella se jisimgħu kummenti bħal dawn. Però, is-sejħa tal-Mulej għal uħud hija qawwija wisq sabiex jinjorawha; jistgħu jwarrbuha għal xi żmien, iżda fl-aħħar dawn kapaċi jaslu għad-deċiżjoni li - tkun ilha tbergħen f’moħħhom u f’qalbhom… f’ċerti każi – u dan speċjalment fi żminijietna – wara snin ukoll.

Dan jagħmluh bl-għajnuna li dejjem se jsibu sabiex jaslu għad-dixxerniment meħtieġ li għandha bżonn kull vokazzjoni reliġjuża sabiex tikber u tissaħħaħ. Il-verità hija li matul ħajjitna aħna – kull ħin, irridu jew le – nagħmlu deċiżjonijiet u għażliet… xi wħud serji… u oħrajn anqas serji. Hekk bħala eżempju: “X’se nilbes?” – “X’se niekol?” – “X’se nixtri?” – “X’karriera se nagħżel?” “X’vokazzjoni se nħaddan?”… dawn huma kollha deċiżjonijiet – iżda mhumiex kollha tal-istess importanza. Hemm għażliet li minnhom infushom jitolbu impenn – jitolbu sagrifiċċji – proprju bħalma hi dik li tirrigwarda l-vokazzjoni – jiġifieri: X’se tagħmel b’ħajtek?

Għalhekk meta niġu biex nagħmlu għażla bħal din neħtieġu dawl qaddis: il-qawwa tal-Ewkaristija u ta’ Sidtna Marija, neħtieġu direzzjoni spiritwali, neħtieġu l-grazzja tas-Sema, u dan neħtiġuh sabiex naslu biex nagħrfu – sabiex naslu nagħżlu – skont ma Alla l-Imbierek irid minna.

Waħda qaddisa fil-Karmelu Tereżjan – Santa Tereża ta’ los Andes – li għexet biss 20 sena [kienet l-ewwel qaddisa miċ-Ċilì –fl-Amerika Latina] – iddeskriviet il-vokazzjoni bħala “l-akbar barka li Alla jista’ jagħti lill-ħlejqa”. Ħaġa waħda hi żgura… kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew (kap 14 vers 27) kif ukoll skont San Mark (kap 6 vers 30) fejn Ġesù stess jgħidilna: “Tibżgħux”… Fl-Evanġelju, imbagħad, skont San Ġwann, Ġesù jżid jgħidilna li “Mhux se jħallina ltiema” (kap 14 vers 8) u dan jurina kif Hu stess jaf bid-diffikultajiet ta’ dawk li Huwa

Page 17: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015 jsejjaħ u għalhekk isostnihom billi jagħtihom il-qawwa u l-kuraġġ sabiex jegħlbu dawn id-diffikultajiet… u proprju dan hu għaliex aħna dejjem lesti li nafdaw fiH.

Huwa essenzjali għaldaqstant illi meta wieħed jiġi biex jagħżel il-vokazzjoni, huwa ma jgħaġġilx… għax min jaf kemm jintilfu vokazzjonijiet reliġjużi minħabba l-għaġla żejda, minħabba fin-nuqqas ta’ riflessjoni, minħabba nuqqas ta’ pariri tajba, minħabba n-nuqqas tat-talb – tat-talb li huwa tant neċessarju, anzi li huwa fundamentali għal kull min irid jimxi fuq il-passi ta’ Sidna Ġesù Kristu aktar mill-qrib u li lest joffri ruħu għas-servizz ta’ ħutu l-bnedmin… u dan mingħajr interess personali ta’ ebda gwadann materjali… iżda sempliċiment għax iħobb. Għalhekk, jekk inti li qiegħed taqra taħseb li dan l-artiklu qasir huwa eku ta’ dak li qiegħed tħoss u li tixtieq tkun taf aktar dwar il-vokazzjoni tiegħek u speċjalment dik tagħna t-TEREŻJANI, nistiednek tikkuntattjani fuq dan in-numru tal-mowbajl: 79930984 inkella permezz ta’ imejl indirizzata lil: [email protected]

Għandna wkoll paġna fuq il-facebook: vokazzjonijiet terezjani malta. P. Carmelo Spiteri ocd Promotur Tal-Vokazzjonijiet

FESTA 15

Page 18: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

16 FESTA

Il-Vari Proċessjonali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex

Victor Caruana B.A(Hons), MA Storja tal-Arti

Wieħed mill-aktar aspetti interessanti fl-arti sagra li nsibu fil-knejjes Maltin huwa li din mhux biss iżżejjen dawn it-tempji u tfakkar lill-ispettatur fil-ħajja u l-virtujiet tal-padrun/a tal-knisja partikolari iżda wkoll tirrifletti l-istorja tal-istess binja. Dan għax il-Maltin ta’ kull żmien u perjodu dejjem raw li fost l-aktar xogħlijiet ewlenin li jagħmlu, ikun hemm dik li jiddekoraw id-dar t’Alla bl-arti li toħroġ minn uħud mill-aqwa artisti li kien hemm dak iż-żmien, kemm fis-soqfa u anke fuq l-artali. Allura, biżżejjed wieħed iħares lejn l-artisti u l-istil li ħaddnu f’xogħolhom sabiex ikollu idea tal-istorja tal-bini u d-dekorazzjoni tal-knisja.

It-tempji Barokki li jikkaratterizzaw l-irħula u l-ibliet antiki Maltin huma eżempju ċar ta’ dan fejn f’xi wħud minnhom – fosthom il-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara u l-knejjes Parrokkjali ta’ Ħal Lija u Ħal Balzan - insibu varjetà t’arti Barokka fix-xogħlijiet ta’ Francesco Zahra, Gian Nikola Buhagiar u Mattia Preti, arti Romantika fit-tili ta’ Giuseppe Calì u Carlo Ignazio Cortis u arti aktar moderna fil-pitturi ta’ Gianni Vella u Emvin Cremona, fost oħrajn. Dawn kollha huma indikazzjonijiet tal-kronoloġija tal-iskema dekorattiva li ntużat f’dawn it-tip ta’ knejjes. Dan ma jgħoddx għall-pitturi biss. Il-vari li nsibu fil-knejjes ukoll huma frott tal-istorja tal-parroċċa, inklużi il-fratellanzi li nsibu fiha. Vari titulari Barokki u vari tal-Madonna tar-Rużarju mnaqqxin fl-injam ġeneralment jirriflettu parroċċa antika filwaqt li vari fil-kartapesta maħduma minn Carlo Darmanin, Gerolamo Darmanin jew skulturi bħal Salvatore Psaila u Alessandro Farrugia jirriflettu twaqqif u tisħiħ ta’ fratellanzi matul is-seklu dsatax u devozzjonijiet qawwija li stabilixxew rwieħhom fil-parroċċi partikolari.

Fil-każ tal-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex iddedikata lil San Ġwann tas-Salib, is-sitwazzjoni hija pjuttost differenti. Dan minħabba li peress li hija parroċċa relattivament żagħżugħa – twaqqfet fl-1 ta’ Ġunju 1969 – l-istil li bih inbniet din il-knisja jmur ‘il bogħod mill-elementi u l-gosti dekorattivi goffi tal-knejjes Barokki. L-istil bażilikali li bih issawret din il-binja jiċċelebra s-sempliċità li kkarratterizzat il-bażiliċi li kienu nbnew bejn is-sekli erbgħa u tlettax b’mod speċjali f’Ruma, Milan, Ġenova u Ravenna.1 Għaldaqstant, hija limitata f’dak li hu preġju artistiku tradizzjonali tal-pittura u l-iskultura. Minkejja dan, però, il-ftit vari li nsibu meqjuma f’din il-knisja jirriflettu mhux biss l-abbiltajiet tal-istatwarju li ħadimhom iżda wkoll huma mera tal-gosti fl-arti sagra Maltija fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin.

Il-Vara Titulari ta’ San Ġwann tas-Salib

Ma setax jonqos li l-ewwel vara li ġiet ikkummissjonata għall-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex kienet dik tal-qaddis padrun tal-parroċċa – San Ġwann tas-Salib. Din ix-xbiha nħadmet fil-kartapesta mill-istatwarju Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi (t.1943) fl-1981. Dan l-artist kien wieħed mill-aktar statwarji mfittxija f’dak il-perjodu fejn kien qed jikseb popolarità kbira permezz tal-istatwi li kien qed jaħdem kemm għat-tiżjin tat-toroq u pjazez matul il-festi Sajfin kif ukoll għall-użu fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, bħal pereżempju r-rappreżentazzjonijiet ta’ Kristu jiltaqa’ m’Ommu (1980), Kristu jinħall minn mal-Kolonna u Kristu flimkien ma’ Xmun iċ-Ċirinew (1981)

1 Anġeliku M. Busuttil, ‘Ta’ Xbiex – San Ġwann tas‐Salib’, Il‐Knejjes Parrokkjali ta’ Malta u l‐Festi Tagħhom, Vol. III, Malta 1994, p.187.  

Page 19: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

għall-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. L-istil Barokk-Klassiku li wieħed isib fix-xogħlijiet ta’ Camilleri Cauchi kien qed jintgħoġob mhux ftit u għalhekk ma kenitx sorpriża li l-vara titulari ta’ San Ġwann tas-Salib kellha toħroġ minn taħt idejh.

F’din ix-xbiha naraw lill-qaddis mistiku wieqaf fuq blata, iħares lejn is-salib kbir li qed iżomm b’idu x-xellugija. Taħt is-salib naraw ukoll berrettin li qed iserraħ fuq ktieb miftuħ li fuqu hemm il-kliem ‘Inbati u nkun immaqdar għalik’. Il-figura tal-qaddis Spanjol hija murija f’qagħda movimentata li l-Kav. Alfred Camilleri Cauchi tant huwa sinonimu magħha. Fil-każ ta’ dan il-qaddis, madanakollu, l-enfażi fuq il-moviment tiegħu għandha l-iskop li tfakkar u tissimbolizza l-enerġija spiritwali li tant baqa’ magħruf għaliha minkejja t-tbatijiet li għadda minnhom matul ħajtu. Camilleri Cauchi jpoġġi wkoll importanza kbira fuq is-salib li tant kien kruċjali fil-ħajja qaddisa ta’ San Ġwann. Dan narawh mill-fatt li l-artist jagħmel użu minn salib b’bixra reali magħmul minn zkuk tondi u pjuttost ħoxnin f’din il-kompożizzjoni minflok xi salib pulit u żgħir li l-personaġġ partikolari jkun jista’ jżommu f’idejh kif naraw fix-xbihat ta’ qaddisin oħra bħal Santa Rita jew Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Dan it-tip ta’ salib ifakkar aktar fit-tbatija ta’ Kristu u għalhekk, jispjega aktar il-ħsibijiet teoloġiċi tal-qaddis.

San Ġwann għandu poża li fiha huwa qed iserraħ fuq siequ x-xellugija b’contraposto filwaqt li l-oħra qiegħda mitfuħa ftit lura qisu għadu kemm niżel minn fuq il-blata li fuqha din is-sieq qiegħda sserraħ. Apparti dan, il-ġest tal-id li qed tħaddan is-salib huwa bbilanċjat permezz tal-id l-oħra li tinsab miftuħa ‘l barra minn ġismu b’sinjal ta’ qima u stagħġib. Din il-qagħda tal-qaddis tisraq l-attenzjoni tal-ispettatur anke permezz tal-mudellatura tal-panneġġi kbar u wiesa’ tal-libsa kannella u l-iskapular Karmelitan li għandu fuqu, fejn f’dan tal-aħħar il-pjiegi huma mitfugħin lejn is-salib b’linji djagonali sabiex flimkien mal-ħarsa devozzjonali li għandu fuq wiċċu, jixħet finalment għajnejn l-ispettatur fuq is-salib li tant huwa kruċjali f’din il-kompożizzjoni artistika. Aktar moviment qed jinħoloq ukoll permezz tal-kappa li qed tintelaq minn fuq spallejn il-figura u fejn fuq naħa tidher nieżla ‘l isfel filwaqt li donnha qed tinħakem minn żiffa ħelwa u n-naħa l-oħra tidher ħierġa minn wara l-qaddis u nqabdet u weħlet ma’ parti tas-salib u li b’hekk toħloq dettall interessanti f’din il-vara.

Alfred Camilleri Cauchi ifakkar lill-ispettatur fit-titlu ta’ Duttur Teoloġiku tal-Knisja li jgawdi San Ġwann tas-Salib permezz tal-berrettin iswed li naraw impoġġi fuq il-ktieb miftuħ li hemm taħt is-salib. Il-ktieb innifsu jissimbolizza l-kitbiet u l-poeżiji li huwa kiteb tul ħajtu u li għamlu lil dan il-qaddis fundatur tal-Karmelitani Skalzi wieħed mill-aktar qaddisin importanti tal-Knisja Kattolika.

Il-Vara ta’ Santa Tereża t’Avila

Sena wara l-wasla tal-vara ta’ San Ġwann tas-Salib fil-parroċċa ddedikata lilu, waslet il-vara ta’ qaddisa mistika Spanjola u fundatriċi tal-Ordni tal-Karmelitani Skalzi – Santa Tereża ta’ Avila. Din

17

Page 20: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015 ix-xbieha saret fl-okkażjoni tal-400 sena anniversarju mill-mewt tal-istess qaddisa.2 Minħabba li San Ġwann tas-Salib u Santa Tereża t’Avila mhux biss kienu qrib xulxin matul ħajjithom iżda anke kienu simili fl-esperjenzi mistiċi u spiritwali tagħhom, fl-arti spiss insibuhom jakkumpanjaw li xulxin. Nistgħu ngħidu għalhekk, li fl-arti Karmelitana dawn iż-żewġ qaddisin Spanjoli jiffurmaw par li huma simili għal San Pietru u San Pawl għar-Reliġjon Kattolika universali.

18 FESTA

Il-vara ta’ Santa Tereża t’Avila turi lill-qaddisa wieqfa fuq il-blat u b’ħarsitha lejn l-ispettatur filwaqt li f’idha l-leminija qed iżżomm pjuma u bl-oħra qeda żżomm ktieb miftuħ li qed iserraħ ma’ sieqha l-leminija. Din is-sieq tinsab mgħollija ‘l fuq fuq parti mill-blata ta’ taħt il-qaddisa f’pożizzjoni ta’ contraposto. Ir-rappreżentazzjoni hija nieqsa mill-moviment li jikkaratterizza x-xbieha ta’ San Ġwann tas-Salib iżda xorta għandha pożizzjoni ħajja grazzi għall-mudellatura tal-panneġġi li huma tipiċi tax-xogħol ta’ Camilleri Cauchi tal-perjodu. L-aktar li tolqot l-għajn hija l-parti fejn il-kappa tinġabar fuq sieq il-qaddisa u qed iżżomm f’postha grazzi għall-ktieb kbir li jfakkar fil-kitbiet magħrufa tal-qaddisa. Fl-istess parti naraw l-iskapular Karmelitan li wkoll jinsab maqbud taħt il-ktieb u li joħloq panneġġi sbieħ u djagonali li flimkien mal-pjiegi tal-libsa kannella skura li jidhru neżlin minn mal-irkoppa, joħolqu ftit moviment li jikkuntrasta mal-mod sempliċi u naturali li l-kappa tal-qaddisa qeda tiddendel minn fuq l-ispalla leminija tagħha. Il-ġest tal-id bil-pjuma - li tinsab ftit mgħollija ‘l fuq bħalikieku l-qaddisa se tkompli tikteb il-frażi li naraw fuq il-ktieb u li hija l-motto ta’ din il-qaddisa: Aut Pati, Aut Mori (jew sofri jew mut) - juri moviment iżda delikatezza fl-istess ħin, anke minħabba l-mod kif is-swaba tal-figura ġew impoġġija.

Il-Vara ta’ Marija Addolorata

Għal numru ta’ snin, l-uniċi żewġ statwi li wieħed seta’ jsib fil-knisja parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex kienu dawn li għadna kemm semmejna: il-vara titulari ta’ San Ġwann tas-Salib u l-vara ta’ Santa Tereża t’Avila. Madanakollu, fl-2003 waslet fil-parroċċa vara oħra tal-kartapesta li tirrappreżenta lil Marija Addolorata. Din ix-xbiha hija wkoll xogħol tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi u saret sabiex tintuża għall-purċissjoni votiva u penitenzjali li ssir fil-lokalità ġimgħa qabel il-Ġimgħa Mqaddsa kif jiġri fil-maġġoranza tal-knejjes Maltin.

Il-vara turi lill-Madonna wieqfa fuq blata, b’ħarsa mimlija dieqa u niket indirizzata lejn id-devot li jkun qed iħares lejha. Bħal kif inhu pjuttost komuni fl-ikonografija ta’ dan is-suġġett, il-figura għandha idejha mniżżlin ‘l isfel u magħluqin flimkien – ġest li jirrifletti d-dwejjaq u deżolazzjoni tar-ruħ. Ma’ dawn l-idejn qed iserraħ il-mant ta’ kulur kaħlani ċar li nieżel mal-ispalla tal-Madonna u jgħatti parti sostanzjali tan-naħa leminija tal-figura, b’mod speċjali minn qaddha ‘l isfel. Ras il-Madonna hija mgħottija b’velu bajdani bi ftit bizzilla fit-truf u li jinżel għal fuq spallejn l-omm imnikkta u b’hekk jagħti aktar volum lill-figura. Quddiem Marija Addolorata naraw puttin żgħir

2 A.M. Busuttil, Malta 1994, p.190.  

Page 21: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

imdawwar f’terħa ta’ lewn ħadrani ċar. Dan qiegħed bilqiegħda fuq l-istess blata tal-personaġġ prinċipali tal-kompożizzjoni u qed iħares dirett lejn l-ispettatur filwaqt li jżomm f’idejh il-kuruna tax-xewk u l-imsiemer li bihom Kristu kien imsallab mas-salib. L-inklużjoni tal-puttin li jakkumpanja lill-Verġni mnikkta hija aktar komuni fil-vari tal-istess suġġett li iżda jkunu parti minn sett ta’ vari tal-Ġimgħa Mqaddsa u li fihom il-Madonna tkun murija bilqiegħda mnikkta taħt is-salib, kif naraw fir-rappreżentazzjonijiet tad-Duluri fil-knisja ta’ Ġieżu tal-Belt, fil-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u Ħaż Żebbuġ (f’dan tal-aħħar naraw ukoll il-figura ta’ San Ġwann). Fil-kompożizzjoni artistika tal-vara ta’ Ta’ Xbiex, ma nsibu l-ebda relazzjoni jew tip ta’ komunikazzjoni bejn iż-żewġ figuri, bħallikieku t-tnejn qed jinstabru għal rashom. Il-fatt li t-tnejn qed iħarsu lejn id-devot, però, jagħmel aktar impatt fuq l-emozzjonijiet spiritwali ta’ min iħares lejn il-vara, u dan forsi jpatti xi ftit għall-każ fejn fiċ-ċokon tal-kompożizzjoni, l-attenzjoni tal-ispettatur ma’ tmurx kollha fuq il-Madonna minħabba l-preżenza tal-puttin.

Minkejja li l-poża hija komuni għal xbihat oħra tad-Duluri li nsibu f’pajjiżna, bħal ngħidu aħna dik fil-parroċċa tas-Siġġiewi, fil-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara u fil-vara l-kbira tal-Mosta (kollha xogħol ta’ Carlo Darmanin) din il-vara f’Ta’ Xbiex hija xi ftit differenti fil-kuluri tal-ilbies tagħha. Dan għax kemm il-polikromija magħżula u t-tonalitajiet tagħha huma pjuttost ċari meta mqabbla mal-maġġoranza tal-vari tad-Duluri li nsibu f’pajjiżna u li ġeneralment ikunu ddominati mill-kuluri vjola u ikħal skur.

Meta mqabbla mall-bqija tal-vari li Alfred Camilleri Cauchi ħadem għall-istess knisja, din il-vara turi wkoll differenza fl-istil tal-artist. Dan għax filwaqt li l-vari taż-żewġ qaddisin Karmelitani Spanjoli huma kkaratterizzati minn pożi pjuttost qawwija u panneġġi kbar u wisgħin sinonimi mal-istil tal-Barokk Klassiku li l-istatwarju kien iħaddan fis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor, din il-vara tad-Duluri hija nieqsa minn kull moviment eċċessiv u l-pjiegi tal-ilbies huma aktar delikati u numerużi. Forsi wieħed jista’ korrettament jaħseb li n-nuqqas ta’ pożi drammatiċi

f’din ix-xbiha huma dovuti għall-fatt li s-suġġett jitlob li l-vara tkun aktar devota milli tispikka u timpressjona għall-qagħda tagħha. Biss, din mhijiex regola għall-verżjonijiet ta’ Marija Addolorata kollha li ħarġu minn idejn l-istess artist għax jekk inħarsu lejn vari oħra tiegħu tal-istess suġġett, bħal dik tal-Balluta, il-Fgura u Santa Venera, naraw kif b’xi mod jew ieħor kollha għandhom dak il-ftit moviment fil-poża jew fil-panneġġi.

Konklużjoni

Minkejja li l-knisja parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex hija nieqsa mill-aspetti dekorattivi li nsibu f’bosta knejjes oħra u hija nieqsa wkoll miċ-ċelebrazzjonijiet esterni brijjużi, it-tliet vari li nsibu fiha xorta juru bosta punti interessanti. Qabel xejn, dawn juru li arti sagra ta’ livell artistiku tajjeb ma ssirx biss biex issebbaħ xi purċissjoni u tqanqal il-patrijottiżmu tan-nies li jwassal għal xi paraguni bejn xogħol artistiku u ieħor, iżda ssir ukoll għax l-arti għandha tgħin sabiex fis-sbuħija tagħha, tressaq aktar lid-devot lejn Alla. Quddiem vara sabiħa, in-Nisrani jħossu aktar komdu li jinġibed lejn ix-xbieha tad-divin għax tpoġġilu quddiemu immaġni umana li huwa jassoċċja ma’ dak li qatt ma

19

Page 22: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015 ra u ma jistax jara. Dan minn dejjem kien punt kruċjali għall-popolarita’ u l-użu tal-vari fil-purċissjonijiet Insara.

Apparti dan, dawn il-vari juru wkoll l-abbiltajiet tekniċi u artistiċi tal-istatwarju li sawwarhom. Il-bravura fil-mudellatura tal-uċuh u l-panneġġi tad-drapp kif ukoll il-pożi studjati tagħhom huma xhieda u jagħtu eżempju mill-aqwa ta’ wieħed mill-aktar statwarji tal-kartapesta rikonoxxuti li nsibu f’pajjiżna. Id-distanza fis-snin bejn iż-żewġ vari ta’ San Ġwann tas-Salib u Santa Tereża t’Avila ma’ dik ta’ Marija Addolorata jixħtu wkoll dawl fuq id-differenza fl-istil tal-artist minn perjodu għall-ieħor.

Fl-aħħar nett, l-istorja ta’ dawn it-tliet vari tal-kartapesta fil-knisja parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex juru wkoll il-gosti artistiċi tagħna bħala poplu. Dan għax filwaqt li l-artkitettura ta’ binjiet sagri evolviet sabiex issib bilanċ bejn il-modern u l-antik b’rispett lejn l-użu li l-post ikun se jkollu, l-arti tal-iskultura baqgħet marbuta mal-istil tradizzjonali li jikkonsisti primarjament fil-gosti Barokki u Klassiċi kif naraw sew fil-każ ta’ Ta’Xbiex. Vari u statwi b’laqta moderna jew kontemporanja donnhom ma tantx jidħlu fil-qlub tad-devot għalkemm ikollhom aktar merti fl-istorja tal-iskultura sagra Maltija. Dan il-punt jgħaqqad ma’ dak li semmejna ftit ‘il fuq, fejn appuntu l-bniedem donnu jrid jara immaġni li jifhem u li tissodisfalu l-gosti estetiċi tiegħu kemm bħala individwu u anke bħala soċjetà sabiex jersaq lejn u jitlob lid-divin. Fil-każ tal-iskultura sagra u l-bixra popolari li n-natura tagħha għandha, huwa diffiċli sabiex il-bżonnijiet reliġjużi u l-istil artistiku li jirrifletti ż-żmien li fih ikun sar jitwaħħdu f’opra waħda. Għal analiżi ta’ dan il-fatt, m’hemmx eżempju aktar ċar minn dawn it-tliet vari fil-knisja parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex.

20 FESTA

Page 23: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA

Il-Kummissjoni Kateketika

Kont diġà bdejt ngħallem I-iskola meta Patri Anġeliku, Ii dak iż-żmien kien il-kappillan, staqsieni biex nibda nagħti servizz fil-parroċċa bħala katekista. Matul iż-żmien inbidlu ħafna affarijiet. Għalkemm it-tagħlim baqa' I-istess, il-metodu tbiddel xi ftit biex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar. Inbidlu l-kotba Ii ġew aktar aġġornati u isbaħ għat-tfal. Qegħdin nużaw ukoll mezzi moderni ta' telekomunikazzjoni biex it-tfal ikunu jistgħu jieħdu sehem aktar.

Il-katekisti Ii bħalissa qegħdin 7 nagħmlu korsijiet u mmorru laqgħat biex inżommu ruħna aġġomati mat-tagħlim tal-Knisja u kif nistgħu nwasslu aħjar it-tagħlim Iit-tfal. Is-sena l-oħra waqqafna l-kummissjoni kateketika flimkien mal-kappillan, biex aħna u l-kappillan inkunu nistgħu niltaqgħu u nippreparaw l-attivitajiet għall-katekisti u għat-tfal. Nagħmlu attivitajiet biex nimxu mas-sena Iiturġika.

Nibdew is-sena b'laqgħa għat-tfal fejn nagħtu ċertifikati tal-attendenza u l-mandati lill-katekisti. Dawn I-aħħar snin it-tfal li jkunu ħa jagħmlu s-sagrament tal-Konfermazzjoni qed ikollhom kuntatt mas-sorijiet ta' Madre Tereża. Fil-ġimgħa tal-Konfermazzjoni jkollhom ukoll irtir ta' nofs ta' nhar flimkien mal-ġenituri u l-parrini. Nagħmlu laqgħat għall-ġenituri u parrini ta' dawn it-tfal.

Għall-festa ta' San Ġwann tas-Salib nippreparaw Iit-tfal billi ntuhom informazzjoni fuq il-patrun tal-parroċċa. Xi sentejn ilu bdejna nagħmlu purċissjoni qasira bis-sehem tat-tfal kollha tad-duttrina. It-tfal għoġbithom din l-attività u attendew bi ħġarhom. Is-sena l-oħra ħadu sehem ukoll l-Msida Sea Scouts.

Għall-Milied wieħed mit-tfal jintgħażel biex jagħmel il-prietka taI-MiIied. Din is-sena ħadna lit-tfal biex ikantaw kant tal-Milied f’dar tal-anzjani u kienu vera apprezzati u aħna ħadna gost Ii ferraħna IiI dawn I-anzjani. Fir-Randan nagħmlu Adorazzjoni għat-tfal biex nippreparawhom għall-Ġimgħa Mqaddsa. Waqt ir-Randan nagħmlu l-ewwel qrara Iit-tfal li jkunu se jirċievu I-Ewwel Tqarbina.

F'Mejju nsellmu IiI Marija billi nagħmlu l-inkurunazzjoni ġol-knisja bis-sehem ta' kulħadd. Nagħmlu ħin ta' talb u kant.

Matul is-sena nippreparaw ukoll il-ġenituri tat-tfal li jkunu se jirċievu s-sagramenti taI-ewwel Tqarbina u l-Konfermazzjoni. Il-kummissjoni kateketika għenet ħafna biex aħna l-katekisti nitgħallmu, nitkellmu u nippreparaw is-sena kateketika.

Joyce Mifsud

21

Page 24: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

22 FESTA

Page 25: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA 23

IL-ĦADD 13 TA’ DIĊEMBRU 7.30PM Kunċert tal-Milied mill-Kor THE NEW CHORAL SINGERS 15 TA’ DIĊEMBRU SAT-23 TA’ DIĊEMBRU NOVENA TAL-MILIED

5.30PM RUŻARJU

6.00PM QUDDIESA bil-Kant u l-Omelija

L-ERBGĦA 24 TA’ DIĊEMBRU LEJLET IL-MILIED

11.00PM Velja bil-kant tal-Milied bis-sehem Mark Edward Midsud, Suzanne u Louise C. Castelletti u Mro. Gino Mule Stagno

12.00AM F’Nofsillejl Quddiesa Solenni tat-twelid tal-Mulej Ġesù li fiha ssir il-priedka tal-Milied minn Dale Camilleri.

Wara l-Quddiesa jkollna refreshments imħejjija mill-Kummissjoni Djakonija fis-sala Parrokkjali. ATTIVITAJIET

IT-TLIETA 15 TA’ DIĊEMBRU CAROL SINGING mit-tfal li jattendu 5.00PM għall-klassijiet tal-katekiżmu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla

IL-ĦAMIS 17 TA’ DIĊEMBRU PARTY TAL-MILIED 4.00PM għat-tfal li jattendu għall-klassijiet tal-katekiżmu

IS-SIBT 19 TA’ DIĊEMBRU BUFFET 8.00PM DINNER

Page 26: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

24 FESTA

Page 27: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

FESTA 25

Page 28: Festa San Gwann tas-Salib 2015 Magazine

PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX Novembru 15, 2015

26 FESTA