Il-gżira l-kaħla
Il-gżira l-kaħla
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet. Jista’ jsir aċċess għalihapermezz tas-server ta’ l-Europa (http://ec.europa.eu).
Id-Data ta’ katalogar tista’ tinstab fl-aħħar ta’ din il-pubblikazzjoni.
Il-Lussemburgu : L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007
ISBN 978-92-79-05325-2
© Il-Komunitajiet Ewropej, 2007Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata jekk jissemma s-sors oriġinali.
Printed in Belgium
STAMPAT FUQ KARTA RIĊIKLATA LI NGĦATAT L-ECO-TIKKETTA TA’ L-UE GĦALL-KARTA GRAFIKA (HTTP://EC.EUROPA.EU/ECOLABEL)
L-EUROPE DIRECT huwa servizz li jwiegeb il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea.
Numru tat-telefon ġdid bla ħlas :
00 800 6 7 8 9 10 11
Din il-pubblikazzjoni kienet editjata minn Ambjent DG.Hi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-pubblikazzjoni hi disponibbli wkoll fis-sit ta’ l-Internet ta’ Ambjent DG għaż-Żgħażagħ u l-Ambjent :http://ec.europa.eu/environment/youth/index_mt.html
Test : Benoît CoppéeStampi : Nicolas ViotProduzzjoni teknika : European Service Network
1
Mill-għoli tal-ġebla favorita tagħha, Lila l-volpi bdiet tħares lejn l-oċean. Riħ ħafif beda jmellisha u hi bdiet toħlom. Kemm kienet tħobbha x-xemx u l-kalma. Kemm hu sabiħ il-baħar ! ħasbet bejnha u bejn ruħha. Għajnejha bdew jammiraw l-ilma aħdar, il-bajja bajda, u fil-bogħod, lemħet port żgħir tas-sajd. Hawnhekk fuq il-gżira l-kaħla, kull jum kien jagħtik sens ta’ paċi. Iżda f’daqqa waħda Lila fetħet widnejha. Semgħet xi għajjat mhux tas-soltu ġej mill-port. Il-mustaċċi tagħha bdew jiċċaqalqu.
- Waddbu l-ħbula ! Għaġġlu aktar, ejja ! beda jwerżaq il-Kaptan Babun, il-kap tal-gwardjani tal-kosta.
- X’ġaralu ? staqsa Tom lil Xandru, is-sajjied tal-koralli.
- Hemm il-ħallelin tal-koralli qrib il-gżira tal-fkieren ! Le !.. Se jeqirdu n-natura ! Qed jisirqu r-rikkezzi tal-baħar ! Iżda b’xorti tajba, il-gwardjani tal-kosta se jarrestawhom !
- Kaptan Babun ! L-iskrun...
- Eh, x’għandu l-iskrun ?
- Weħlilna ma’ xibka tas-sajd ! Ma nistgħux niċċaqalqu ! beda jwerżaq wieħed mill-gwardjani.
- Ersqu ‘l hemm, ġieħ kemm hemm ! ordna Babun.
- Għandna bżonn ħafna ħin ! kienet l-iskuża ta’ gwardjan ieħor.
2
Babun resaq qrib Xandru.
- Xandru, għandi bżonn id-dgħajsa tiegħek ! In-nies tiegħi se jiġu dalwaqt ! Ixħet l-ankri !
B’ħeffa akbar minn tar-riħ, il-Cap Totu qabad it-triq ta’ l-oċean. Fuqu, il-Kaptan Babun, Xandru u Tom. Xandru beda jwerżaq :
- Dawn is-sajjieda tal-koralli mhux qed jirrispettaw in-natura ! Qed jisirqu sa l-anqas korall....sakemm jeqirdu kompletament dan l-annimal !
3
Fuq il-bastiment Cap Totu, kienet tinħass it-tensjoni. Tom kien qed jittawwal minn xaqq fil-bastiment, u f’daqqa waħda lemaħ lil Lila.
- Ieqaf Xandru ! Irrid lil Lila tiġi magħna.
- Mela aħjar tiċċaqlaq minn hemm ! wieġbu Xandru.
Xandru ressaq il-Cap Totu qrib il-ġebla s-sewda. Il-volpi qabżet fuq il-bastiment.
- Daqshekk tlifna ħin ! sostna Babun. Kull sekonda hija importanti ! Dal-ħallellin tal-koralli qed jeqirdu n-natura tagħna ! Qed jaqbdu l-annimali u jisirqu l-pjanti biex ibiegħuhom f’postijiet imbiegħda, ferm imbiegħda !
4
- Il-gżira tal-fkieren ! Hemm isfel ! għajjat Xandru.
Fil-bogħod, setgħu jaraw xi ħaġa ħadra u ndunaw li kienet il-gżira.
Xandru fetaħ għajnejh sew.
-Dal-ħallelin mhux qed jirrispettaw ir-regoli tas-sajd ! spjega Xandru lil Tom. Vera li ċertu sajjieda kellhom permess biex jistadu għall-korall sakemm josservaw ċertu kundizzjonijiet. Iżda dal-ħallelin, qed jistadu bla ma josservaw ir-regolamenti ! U agħar minn hekk.. kienu qed jaqbdu annimali li jinsabu f’riskju ta’ estinzjoni ! Bħall-fkieren...
Tom inħasad u ħa nifs ta’ biża’.
- Hemm isfel... Dgħajsa... Żewġ bagi... Hemm huma l-ħallelin !
5
- Hemm tnejn ! induna Babun. Ejja naqbduhom kif ikunu telgħin lura fuq l-art !
Xandru dawwar il-Cap Totu lejn id-dgħajsa tal-ħallelin. Tom ħares lejn l-ilma trasparenti u ra numru ta’ fkieren enormi għaddejjin wara xulxin.
- Qatt ma kont rajthom daqshekk mill-qrib !
- Wara kollox ma jisimhiex il-gżira tal-fkieren għalxejn ! żid jgħid Xandru. Hawnhekk nistgħu nammiraw l-isbaħ kreaturi fost dawn l-ispeċi...
- L-isbaħ iżda anke l-aktar fraġli ! Żid il-Kaptan Babun. Nispera li dal-ħalleliln ma missewx lanqas biċċa minnhom, għax inkella qed navżakom, se nirrabja bil-kbir !
6
Bum ! Il-Cap Totu resqet lejn id-dgħajsa tal-ħallelin. Babun qabeż mill-ewwel fuq il-pont. Tom qabeż warajh. Għajnejn Babun riedu jinfaqgħu bir-rabja. Ħdejn saqajh kien hemm ħafna kaxxex mimlija bil-korall.
- Il-ħallelin ! Araw ! Ħerġin mill-ilma ! Sewwa rajna : tnejn hemm !
- U ġej ukoll il-bastiment tal-gwardjani tal-kosta ! żied Tom. Irnexxilhom jinħelsu mix-xibka tas-sajd !
7
8
Il-kburi Kaptan tal-gwardjani tal-kosta, Babun, ippompa sidru. Ressaq idejh lejn ħalqu u għajjat :
- Ja ħallelin kattivi ! Qerrieda ta’ din is-sbuħija ! Ja qabda ġrieden ! La naqbdukom insajrukom !
Tom u Xandru rabtu d-dgħajsa tal-ħallelin mal-Cap Totu.
9
10
Il-ħallelin kellhom jaslu sal-gżira tal-fkieren bl-għawm. Tom beda jħares lejhom bir-rabja. Minn fuq il-bastiment Cap Totu, kompla jagħfas lil Lila miegħu.
- Xorti tajba li l-gwardjani tal-kosta kienu attenti... qal Tom lilu nnifsu. Xorti tajba li huma jħarsu t-teżor kbir li huwa l-baħar...
Taħt l-ilma, xi fkieren dehru jduru qrib il-Cap Totu. Xandru tħawwad.
- Ikolli ngħid li dawn il-fkieren ġew jgħidulna grazzi ! Lissen bil-mod ir-raġel.
Il-Kaptan Babun ħares lejn l-orizzont.
- Jirringrazzjawna talli proteġejnihom....jista’ jkun, qal Babun. L-ispeċi tagħhom tant hi mhedda li huwa illegali li taqbadhom. B’hekk setgħu jgħixu fil-paċi madwar il-gżira tal-fkieren.
Xandru qabad korall f’idu.
- X’ħasra ! Dal-ħallelin lanqas tgħid qagħdu attenti kif jaqbduhom dal-koralli ... Ufff..
Xandru, is-sajjied tal-koralli, beda jibki, imdejjaq u rrabbjat fl-istess ħin. Qrib il-Cap Totu, il-gwardjani tal-kosta kienu qed jaqbdu l-kriminali.
- Fl-aħħar ninsab kuntent... lissen Babun.
11
Xandru dar lejn Tom.
- Għall-bravura tiegħek, o raġel twajjeb, nixtieq nagħtik rigal.
- X’rigal hu ? Staqsa Tom imħaseb
- Dawra sabiħa ! Dawra fil-qiegħ tal-baħar !
Tom libes il-flippers. Mit-tarf tal-Cap Totu, ħassu kuntent li qiegħed hemm. Babun tefa’ idu fuq spalltu.
- Dak li se tiskopri, Tom, huwa rikkezza kbira. Xandru se jurik il-koralli li xtaqu jisirqu dawk il-briganti. Dak li se tara int, ftit nies jistgħu jarawhom. Dan huwa ċans ta’ darba. Xandru, is-sajjied tal-koralli, jistad regolarment għalihom. Dak huwa xogħolu. B’dawn il-koralli, inkunu nistgħu nagħmlu ġojjelli ferm sbieħ. Il-korall huwa riżorsa naturali u l-bniedem irid jużah bl-għaqal. Għal din ir-raġuni, is-sajd mhux ipprojbit, iżda hemm regoli stretti u s-sajjieda jrid ikollhom permess.
12
Tom qabeż fil-baħar. Wara l-maskla tiegħu, żewġ għajnejn kbar infetħu, infetħu, infetħu quddiem l-isbaħ spettaklu li qatt kien ra. Qalbu kienet se tisplodi fil-ferħ.
Il-baħar huwa sabiħ. Sbuħija infinita.
13
Fil-pruwa tal-Cap Totu Tom u Lila qagħdu jgawdu r-riħ ħafif hekk kif kien qed joqrob filgħaxija. Il-bastiment ta’ Xandru ġibed dak tal-briganti. Ix-xemx kienet bil-mod qed tinħeba wara l-baħar, u l-ġurnata kienet qed tersaq lejn tmiemha. Il-ħallelin tal-koralli, li tpoġġew fuq wara tal-bastiment tal-gwardjani tal-kosta, kellhom ħarsa tad-dwejjaq. Bdew jibżgħu li n-nies se tgħajjarhom u ssafrilhom. Il-gżira l-kaħla kienet qrib. Hawn hu d-dħul tal-port. L-abitanti kollha kienu qed jistennew li l-ħbieb tagħna jaslu lura.
- Ara Xandru ! Il-villaġġ kollu qiegħed hemm ! għajjat bil-ferħ Tom.
14
Xandru nfaqa jidħak.
- Hekk hu sieħbi ! Kienu qed jaraw l-avventuri tagħna mill-bogħod ! Ħares mill-binokolu... Tista’ sserraħ moħħok li għal dawk l-abitanti kollha int sirt eroj ta’ veru !
Malli waslu biex jidħlu fil-port, Tom sema’ għagħa kbir ġej mill-bajja. Kienu l-abitanti u kollha
bdew iċapċpu lil Tom, Lila, Xandru u Babun. Xandru, li kien qed isuq il-Cap Totu b’attenzjoni bejn id-dgħajjes l-oħra, ried juri kemm kien b’saħħtu. Iżda kien jidher li kien emozjonat. Tom kien kburi. Lila, li fl-aħħar kienet straħet, raqdet fuq saqajn l-aqwa ħabib tagħha..
15
Il-vakanzi kienu waslu biex jintemmu. Għal numru ta’ jiem, imorru fejn imorru fuq il-gżira l-kaħla, kulħadd beda jifraħ lil Tom u Lila. Tifla żgħira resqet lejn Tom.
- Jien....Jien jisimni Fleur. Qaluli li int dalwaqt se titlaq u tmur lura f’pajjiżek. Qabel ma titlaq mill-gżira l-kaħla, nixtieq nagħtik rigal.
- Rigal ? Diġà rajt qiegħ il-baħar ma’ Xandru...Dak diġà kien ħafna għalija....Jien...
It-tifla ż-żgħira ħarġet pakkett minn butha.
- Ġiżirana tal-korall ! esklama Tom. Kemm hi sabiħa !
- Din ħadimha missieri bil-korall li stad Xandru, is-sajjied tal-korall.
16
Fleur tbissmet.
- Biex tkun tista’ tieħu din il-giżirana f’pajjiżek, għandek bżonn karta speċjali li aħna nsejħulha “ċertifikat CITES”. Fid-dwana ta’ l-ajruport se jitolbuk dan iċ-ċertifikat. Hawn, ħudu....
Tom beda jaħseb.
- Mmmm...... Iċ-ċertifikat CITES juri li dan il-korall kien miġbur mill-baħar skond ir-regoli...Mmmm...qed nifhem....Se nieħu ħsiebu sew !
Xandru wasal qrib it-tifla u l-volpi.
- Tom, wasal il-ħin li tmur tlesti l-bagalji...għada trid tmur lura pajjiżek...
17
Wasal il-jum tar-ritorn il-kbir. Xandru wassal lil Tom u Lila sa l-ajruport. Kulħadd kien emozzjonat ħafna. Kif wasal fid-dwana, Tom wera ċ-ċertifikat CITES lill-uffiċjali tad-dwana.
- Tajjeb, kollox skond ir-regoli ! qal l-uffiċjal tad-dwana. Tista’ tilbes dil-ġiżirana tal-korall verament sabiħa !
- Ej ! Lilek nafek x’imkien ! ! esklama uffiċjal ieħor tad-dwana. Int mhux Tom ? Int ħadt sehem fl-arrest tal-ħallelin tal-gżira l-kaħla ! Rajt ir-ritratt tiegħek fuq il-gazzetta ! Fejn hi ħabibtek Lila ?
Tom beda jħares madwaru biex jara fejn hi Lila. Lemaħ il-volpi ftit aktar ‘il bogħod. Hi ntefgħet ħdejn basket li kien hemm ma’ l-art. Dehret imħassba. Ċaqalqet ftit rasha - u dan kien biżżejjed biex Tom fehem għalxiex kienet imħassba.
18
- Hemm hi Lila...lissen bil-mod Tom lill-uffiċjali tad-dwana. Kieku jien minnkom, nagħti daqqa t’għajn x’hemm f’dak il-basket !
L-uffiċjali tad-dwana ressqu lejn il-basket. Wieħed minnhom fetħu.
- Dahar ta’ fekruna ! għajjat l-uffiċjal tad-dwana. Sinjur, li ġġor dahar ta’ fekruna bħal din huwa illegali ! Ninsab obbligat ninforma lill-awtoritajiet ! Jekk jogħġbok, ejja warajja !
Għalfejn hawn tant nies li jridu jeqirdu l-pjaneta ? ħaseb b’dieqa Tom.
19
20
L-ajruplan li wassal lil Tom u Lila lejn il-Belt ta’ Merlin penġa ċirklu kbir madwar il-gżira l-kaħla.
- Ara, Lila ! Dak il-punt iż-żgħir ! Dik il-gżira tal-fkieren ! Tom beda jħoss u jmiss il-ġiżirana m’għonqu, dik il-ġiżirana tal-korall li offritlu Fleur.
- Kemm hi sabiħa l-ħajja ! qal Tom bil-mod f’widnejn Lila.
Hemm isfel, qrib il-gżira l-kaħla, tliet fkieren kienu qed jilgħabu fl-ilma pur ta’ l-oċean immens. Hemm isfel, fuq il-gżira l-kaħla, tifla żgħira kienet qed tagħmel sinjal twil b’idha lejn is-sema. Sinjal ta’ imħabba.
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-gżira l-kaħla
Il-Lussemburgu : L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej
2007 – 20 pp. – 16,2 x 22,9 cm
ISBN 978-92-79-05325-2
Kopji ta’ din il-pubblikazzjoni huma disponibbli b’xejn sakemm iservi l-istokk mingħand il- :Kummissjoni EwropeaDirettorat Ġenerali ta’ l-AmbjentĊentru tat-Tagħrif (BU-9 0/11)B-1049 BrussellFax : 32-2 299 61 98
http://bookshop.eu/
Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra, jekk jogħġbok żur il-websajts li ġejjin :
http://ec.europa.eu/environment/cites/home_en.htm
http://www.eu-wildlifetrade.org/
http://www.cites.org/
jew ibgħat email fuq : [email protected]
KH-77-07-218-M
T-C