Top Banner
GAZZETTA MAĦRUĠA MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M., PALAZZ ALEXANDRIA, 37, MISRAĦ REPUBBLIKA, ŻURRIEQ. TEL. 21647826 - 21640354 - www.stcatherineband.org.mt Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 IL-KELMA TAL-PRESIDENT - Is-Sur Philip Schembri NEWSPAPER POST Għeżież membri G ħaddew diġa xahrejn mill-festa ddedikata lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri u kulħadd għadu jsemmi x’festa kbira ċċelebrajna. Wieħed ta’ min isemmi l-Banda Santa Katarina Verġni u Martri tal-Programm Vokali u Strumentali li kellna fit-Tieni Jum tat-Tridu, il-Lejla Katarinjana imħejjija mis-Soo Kumitat Kultura, id-dileanti u Soo Kumitat tan-Nar tax-xogħol sabiħ li kellna, l-Ark Trijonfali li wara sebgħin sena ġie rrestawrat mis- Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti u ntrama fil-pjazza, ix-xogħol siewi li sar mid-dileanti tal-armar u s-Soo Kumitat Armar biex setgħu jintramaw it-toroq tar-raħal tagħna, lill-membri tas-soo Kumitat Radju u preżentaturi li wasslu wkoll il-festa permezz tar-radju u ‘il-bogħod minn xtutna permezz tal-internet u lis-Soo Kumitat Nisa tal-kontribut li dejjem taw lejn il-festa. Dan kien possibli biss bil-ħidma u bil-kontribut ta’ kulħadd u f ’isem il-Kumitat Ċentrali nixtieq nirringrazzja lill-membri tas-Soo Kumitati, Sezzjonijiet u lilkom is-soċi u volontarji għax bis-saħħa tal-ħidma kontinwa ta’ kulħadd, stajna norganizzaw festa hekk kbira. Matul ix-xahar t’Oubru kellna s-Seduta Ġenerali u wara ġie ffurmat il-kumitat il-ġdid. Huwa unur kbir għalija li erġajt ġejt magħżul biex naqdi dmiri lejn is-Soċjeta’ bħala President. Nirringrazzja lis-soċi tal-fiduċja kbira li erġajtu wrejtu fija u nħossni ferm kburi li jien President ta’ Soċjeta’ hekk kbira u dinamika, li tagħmel ġieħ kemm liż-Żurrieq kif ukoll lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. F’isem is-soċjeta nirringrazzja lill-membri kollha li qed jiffurmaw parti mill-kumitat il-ġdid u nilqgħu magħna lil Stephen Falzon bħala membru ġdid. Din hija sena importanti ħafna għall-Kumitat Ċentrali għax Richard Farrugia jagħlaq 25 sena kontinwi bħal membru fil-Kumitat Ċentrali. Nawguraw lill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali, Soo Kumitati u Sezzjonijiet kull suċċess fil-ħidma tagħhom fis-sena li ġejja. F’isem is-soċjeta’ nirringrazzja lil Karmenu Ccamilleri u lil Charles Buġeja li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat Ċentrali tas-sena l-oħra kif ukoll lill-President Onorarju Ġużeppi Camilleri tax-xogħol siewi li kien jagħmel bħala Arkivista. Wara l-festa bi ſtehim bejn iż-żewġ naħat u bi qbil mal- Kumitat Ċentrali, Alexander Borg sar il-Licencee tas-St. Catherine Fireworks Factory. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Joseph Sammut tad-dedikazzjoni kbira li wera fil-ħidma tiegħu, nawguraw lill-Licencee l-ġdid u lil sħabu kull suċċess fil-ħidma tagħhom. Din is-sena wkoll Radju Santa Katarina jagħlaq għaxar snin minn meta twaqqaf. Dan kien l-ewwel radju tal-kommunita fiż-Żurrieq u fil-bidu tiegħu kien ixandar biss fil-jiem tal- festa. Bil-ħidma u bl-għajnuna tal-Kumitat Ċentrali tas-sena amministraiva 2007/2008 twaqqaf Soo Kumitat Radju li jieħu ħsieb ix-xogħol kollu relatat mar-radju u f ’din is-sena wkoll beda jxandar matul is-sena kollha. Nirringrazza lil sħabna l-preżentaturi li fil-ħin liberu tagħhom u b’mod volontarju jaħdmu fuq ir-radju u lill-membri tas-Soo Kumitat Radju li dejjem ħadmu biex dan il-mezz ta’ komunikazzjoni bejn is-soċi u is-soċjeta’ jkompli jissaħħaħ u jikber fil-popolarita tiegħu. Nirringrazzja lis-semmiegħa tal-appoġġ tagħhom u nħeġġeġ lis-soċi biex jingħaqdu magħna permezz ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni fuq frekwenza 90.6FM matul is-sena kollha. Matul ix-xahar ta’ Novembru niċċelebraw il-festa Liturġika ta’ Santa Katarina Verġni u Martri. Nistieden lil kulħadd biex jaendi għall-aivitajiet li jsiru f ’dan iż-żmien fil-każin, kif ukoll inħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad magħna għall-funzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Knisja Arċipretali tagħna. Insellem ukoll lill- ħbieb tagħna Żwieten tal-Għaqda Mużikali Beland, li bħalna matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din is-sena ċċelebraw iċ-ċentinarju tal-150 sena mit-twaqqif tas-soċjeta’ tagħha. Ix-xahar ta’ Diċembru qiegħed magħna u diġa beda jinħass żmien il-Milied. Nixtieq nawgura l-Milied it-tajjeb u s-Sena t-Tajba liż-Żrieraq kollha speċjalment lil sħabi l-membri tal- Kumitat Ċentrali, lill-membri tas-Soo Kumitati u Sezzjonijiet u lis-soċi kollha. Nemmen li dan huwa żmien li għandna ninsew id-differenzi kollha ta’ bejnietna u ningħaqdu lkoll flimkien bħala poplu Żurrieqi.
8

Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

Aug 05, 2020

Download

Documents

dariahiddleston
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

GAZZETTA MAĦRUĠA MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M., PALAZZ ALEXANDRIA, 37, MISRAĦ REPUBBLIKA, ŻURRIEQ.

TEL. 21647826 - 21640354 - www.stcatherineband.org.mt

Edizzjoni Nru. 30Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

IL-KELMA TAL-PRESIDENT - Is-Sur Philip Schembri

NEWSPAPER POST

Għeżież membri

Għaddew diġa xahrejn mill-festa ddedikata lill-Patruna tagħna Santa

Katarina Verġni u Martri u kulħadd għadu jsemmi x’festa kbira ċċelebrajna. Wieħed ta’ min isemmi l-Banda Santa Katarina Verġni u Martri tal-Programm Vokali u Strumentali li kellna fit-Tieni

Jum tat-Tridu, il-Lejla Katarinjana imħejjija mis-Sotto Kumitat Kultura, id-dilettanti u Sotto Kumitat tan-Nar tax-xogħol sabiħ li kellna, l-Ark Trijonfali li wara sebgħin sena ġie rrestawrat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti u ntrama fil-pjazza, ix-xogħol siewi li sar mid-dilettanti tal-armar u s-Sotto Kumitat Armar biex setgħu jintramaw it-toroq tar-raħal tagħna, lill-membri tas-sotto Kumitat Radju u preżentaturi li wasslu wkoll il-festa permezz tar-radju u ‘il-bogħod minn xtutna permezz tal-internet u lis-Sotto Kumitat Nisa tal-kontribut li dejjem taw lejn il-festa. Dan kien possibli biss bil-ħidma u bil-kontribut ta’ kulħadd u f ’isem il-Kumitat Ċentrali nixtieq nirringrazzja lill-membri tas-Sotto Kumitati, Sezzjonijiet u lilkom is-soċi u volontarji għax bis-saħħa tal-ħidma kontinwa ta’ kulħadd, stajna norganizzaw festa hekk kbira.

Matul ix-xahar t’Ottubru kellna s-Seduta Ġenerali u wara ġie ffurmat il-kumitat il-ġdid. Huwa unur kbir għalija li erġajt ġejt magħżul biex naqdi dmiri lejn is-Soċjeta’ bħala President. Nirringrazzja lis-soċi tal-fiduċja kbira li erġajtu wrejtu fija u nħossni ferm kburi li jien President ta’ Soċjeta’ hekk kbira u dinamika, li tagħmel ġieħ kemm liż-Żurrieq kif ukoll lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri.

F’isem is-soċjeta nirringrazzja lill-membri kollha li qed jiffurmaw parti mill-kumitat il-ġdid u nilqgħu magħna lil Stephen Falzon bħala membru ġdid. Din hija sena importanti ħafna għall-Kumitat Ċentrali għax Richard Farrugia jagħlaq 25 sena kontinwi bħal membru fil-Kumitat Ċentrali. Nawguraw lill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali, Sotto Kumitati u Sezzjonijiet kull suċċess fil-ħidma tagħhom fis-sena li ġejja. F’isem is-soċjeta’ nirringrazzja lil Karmenu Ccamilleri u lil Charles Buġeja li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat Ċentrali tas-sena l-oħra kif ukoll lill-President

Onorarju Ġużeppi Camilleri tax-xogħol siewi li kien jagħmel bħala Arkivista.

Wara l-festa bi ftehim bejn iż-żewġ naħat u bi qbil mal-Kumitat Ċentrali, Alexander Borg sar il-Licencee tas-St. Catherine Fireworks Factory. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Joseph Sammut tad-dedikazzjoni kbira li wera fil-ħidma tiegħu, nawguraw lill-Licencee l-ġdid u lil sħabu kull suċċess fil-ħidma tagħhom.

Din is-sena wkoll Radju Santa Katarina jagħlaq għaxar snin minn meta twaqqaf. Dan kien l-ewwel radju tal-kommunita fiż-Żurrieq u fil-bidu tiegħu kien ixandar biss fil-jiem tal-festa. Bil-ħidma u bl-għajnuna tal-Kumitat Ċentrali tas-sena amministrattiva 2007/2008 twaqqaf Sotto Kumitat Radju li jieħu ħsieb ix-xogħol kollu relatat mar-radju u f ’din is-sena wkoll beda jxandar matul is-sena kollha. Nirringrazza lil sħabna l-preżentaturi li fil-ħin liberu tagħhom u b’mod volontarju jaħdmu fuq ir-radju u lill-membri tas-Sotto Kumitat Radju li dejjem ħadmu biex dan il-mezz ta’ komunikazzjoni bejn is-soċi u is-soċjeta’ jkompli jissaħħaħ u jikber fil-popolarita tiegħu. Nirringrazzja lis-semmiegħa tal-appoġġ tagħhom u nħeġġeġ lis-soċi biex jingħaqdu magħna permezz ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni fuq frekwenza 90.6FM matul is-sena kollha.

Matul ix-xahar ta’ Novembru niċċelebraw il-festa Liturġika ta’ Santa Katarina Verġni u Martri. Nistieden lil kulħadd biex jattendi għall-attivitajiet li jsiru f ’dan iż-żmien fil-każin, kif ukoll inħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad magħna għall-funzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Knisja Arċipretali tagħna. Insellem ukoll lill-ħbieb tagħna Żwieten tal-Għaqda Mużikali Beland, li bħalna matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din is-sena ċċelebraw iċ-ċentinarju tal-150 sena mit-twaqqif tas-soċjeta’ tagħha.

Ix-xahar ta’ Diċembru qiegħed magħna u diġa beda jinħass żmien il-Milied. Nixtieq nawgura l-Milied it-tajjeb u s-Sena t-Tajba liż-Żrieraq kollha speċjalment lil sħabi l-membri tal-Kumitat Ċentrali, lill-membri tas-Sotto Kumitati u Sezzjonijiet u lis-soċi kollha. Nemmen li dan huwa żmien li għandna ninsew id-differenzi kollha ta’ bejnietna u ningħaqdu lkoll flimkien bħala poplu Żurrieqi.

Page 2: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

EDITORJAL

Paġna 2 - Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM

Il-Membru Cecilia Cassar 24 t’Awwissu 2011Il-Membru Onor. Francis Schemri 8 ta’Settembru 2011.

Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem

DVD TAL-FESTA 2011Mill-Bar tal-Każin jew mingħand il-membri

tal-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.se torganizza

ĠABRA TAL-AĦĦAR TAS-SENANhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru 2011 fit-Toroq taż-Żurrieq

Min hu interessat li jgħin lis-Soċjeta’ f’din il-ġabra għandu javviċina lis-Segretarju.

Filwaqt li s-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. tirringrazzjakom bil-quddiem, titlob lill-membri

sabiex ikunu ġenerużi fl-għotjiet tagħhom.

Errata CorrigeNixtiequ nagħmlu din l-errata corrige dwar żewġ żbalji li dehru fil-programm tal-Festa 2011.Paġna 179 il-grupp ta’ membri kienu attendew għall-pellegrinaġġ fil-Bażilika ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex.Paġna 69 u Paġna 72, is-Sindku Silvio Izzi Savona kien ippreżenta l-flawt f’ismu u f’isem il-Familja tiegħu.

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Għeżież qarrejja,

Reġa’ wasal iż-żmien għall-ħarġa li jmiss tan-Newsletter tagħna li tkopri wkoll il-Festa Liturġika tal-Patruna tagħna Santa Katarina

Verġni u Martri, nhar il-25 ta’ Novembru li ġej. Għal min għandu l-età tiegħi, jiftakar żgur il-qtiegħ ta’ qalb li kienet iġġib magħha l-Festa tal-Patruna tagħna, dan iż-żmien tax-xitwa, għax kważi dejjem kellna maltemp bir-riħ u bix-xita. Imma l-affarijjiet jinbidlu, u issa l-Festa tagħna ilha żmien twil issir fis-sajf.

U tabilħaqq, x’Festa kbira reġa’ kellna din is-sena. Kull min tisma’ u ma’ kull min tiltaqa’, mir-raħal tagħna jew le, kulħadd kelma waħda. Festa kolossali minn kull aspett. Sew ġewwa l-Knisja Arċipretali u Matriċi tagħna, kif ukoll f ’raħalna. L-opra unika tal-Ark Trijonfali li reġa’ sab postu fil-qalba tal-pjazza tagħna; grazzi għall-ħidma kbira li wettqu ż-Żgħażagħ Palmisti, kompla ġibed aktar u aktar nies lejna, u kif jgħidu, għaqqad il-mija.

Prosit u grazzi lil kullħadd tal-parteċipazzjoni u l-ħidma kbira li wwettqu l-Kumitat Ċentrali u s-Sotto Kumitati kollha fi ħdan is-Soċjetà Mużikali tagħna, Santa Katarina V.M. tul is-sena kollha. Dan l-impenn minn kullħadd, jissarraf f ’dan is-suċċess li huwa ta’ sodisfazzjon kbir għal kulħadd.

Filwaqt li nawgura ħidma feliċi lill-Kumitat Ċentrali l-ġdid għas-sena li bdejna, nawgura l-Festa t-tajba lil kullħadd u nerġa’ nħeġġiġkom biex min għandu xi suġġerimenti jew kummenti li jixtieq jagħmel, dan mitlub jgħaddihom lili fuq l-indirizz:- L-Editur, Sancta Catharina Zurricanorum Patrona. Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq jew e-mail; [email protected] Joseph Saliba - EDITUR

Bord EditorjaliSaliba Joseph EditurGatt Anna Maria Assistenta EditriċiCamilleri Moses TeżorierCassar Mark Website DesignerCassar Karl Website DeisgnerAquilina Paul Rappreżentant Sotto Kumitat ZgħażagħD’Alfonso Charles Rappreżentant Sotto Kum. ArmarFarrugia Catherine Rappreżentanta Sezzjoni NisaFarrugia Richard Rappreżentant Kum. BandaSammut Fawstina Rappreżentanta Sotto Kumitat KulturaSchembri Kevin Rappreżentant Kumitat ĊentraliSchembri Kevin Rappreżentant Sotto Kumitat RSK 90.6FMZammit Oliver Rappreżentant Sotto Kumitat Nar

Page 3: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. se torganizza

PARTY TAL-MILIED GĦAT-TFALNhar it-Tnejn 26 ta’ Diċembru 2011 fis-Sala Espedito Deguara

tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

Paġna 3 - Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Sotto Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ

Is-Sezzjoni Żghażagh Palmisti ser torganizza

Retro NightNhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru 2011

fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

se jorganizzawPLAYSTATION 3 TOURNAMENT

Bejn it-8 u l-10 ta’ Diċembru 2011 fuq il-Logħba Fifa 2012Applikazzjonijiet jinkisbu mill-Bar tal-Każin sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2011

Paul Aquilina - Segretarju

Ħbieb,Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Bl-għajnuna t’Alla u ta’ Santa Katarina għaddiet festa

oħra u fil-qasam li nirrapreżenta erġajna żarmajna kollox fi żmien prattikament qasir u bdejna sena oħra ta’ ħidma. Grazzi għall-fiduċja ta’ sħabi tal-Kumitat Ċentrali erġajt għat-tielet sena konsekuttiva ingħatajt l-inkarigu li mmexxi s-Sotto Kumitat tal-Armar. Nistqarr magħkom li din il-kariga lqajtha bi pjaċir peress li huwa ta’ sodisfazzjon għalija li mmexxi organu daqshekk importanti fis-Soċjetà.

Il-ħidma tagħna diġa’ bdiet u bħal kull sena fassalna programm ta’ ħidma estensiva li se jwassalna sabiex fil-festa li se niċċelebraw is-sena d-dieħla jkollna armar isbaħ u aħjar. Ovvjament il-programm ta’ ħidma hu marbut ma’ spejjeż finanzjarji li għalhekk jista’ jsir realta’ jekk dejjem ikun hemm is-sosten finanzjarju min-naħa tagħkom il-membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ Mużikali Sta. Katarina V.M. Nħeġġeġ ukoll lil dawk il-membri li jixtiequ jgħinu fil-ħidma tagħna sabiex javviċinawna ħalli huma wkoll ikunu parti mit-tim ħabrieki li jaħdem b’risq l-armar tal-festa. Nassigurakom li x-xogħol fil-qasam tal-armar hu vast u impenjattiv u għaldaqstant kull għajnuna tgħodd u jkun hemm xogħol li jkopri diversi snajja.

Bħal kull sena sabiex insostnu l-ispiża finanzjarja se nkunu qed norganizzaw numru ta’ attivitajiet. L-eqreb fost dawn huma l-pasta night li se ssir fl-10 ta’ Diċembru li se ssir fil-bar area tal-każin u l-Christmas breakfast li jkun organizzat fil-lejl tal-Milied. Barra minn hekk għandna diversi skemi ta’ ġbir ewlenin fosthom hija l-iskema b’risq il-proġett tat-trofej li issa qed jidħol fl-aħħar fażi tiegħu. Din l-iskema hi miftuħa għal kull min jista’ jidħol f’arranġament ta’ ħlas ta’ €5 jew €10 fix-xahar għal perjodu ta’ għaxar xhur. Nirringrazzjakom bil-quddiem ta’ kull tip t’għajnuna u nawguralkom il-festa liturġika f’ġieħ il-Patruna tagħna Sta Katarina V.M.

Sotto Kumitat Armar Charles D’Alfonso

Għeżież Membri,Nixtieq nibda dan il-messaġġ ċkejken billi f’isem is-Sotto Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

nirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex għal darb’oħra jkollna festa kbira kif jixraq il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Fuq kollox nixtieq ngħaddi r-ringrazzjamenti tagħna lil dawk kollha li matul is-sena l-oħra kienu viċin il-ħidma ta’ din is-Sezzjoni biex il-ħolma ta’ L-Ark Trijonfali illum saret rejaltà u erġajna żidna paġna ġdida fl-istorja glorjuża ta’ din is-Soċjetà.

Ix-xogħol ma waqafx hemmhekk u għalhekk kif isir kull sena reġa’ inħatar sotto kumitat ġdid fejn din is-sena ngħaqdu magħna erba’ żgħażagħ ħabrieka oħra. Għalhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk il-membri li din is-sena ma setgħux jagħmlu parti mis-Sotto Kumitat. Din is-sena ser nkunu qed nintroduċu grupp ġdid ta’ ‘helpers’ għal dawk il-membri li ma jkunux jistgħu jikkommettu ruħhom għal impenn tas-Sotto Kumitat iżda xorta waħda jkunu jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom fix-xogħol li jkun hemm bżonn. Dawk il-membri li jixtiequ jiffurmaw parti min dan il-grupp għandhom javviċinaw liċ-Chairperson tas-Sotto Kumitat, is-Sinjorina Cettina Camilleri.

Tajjeb infakkar li din is-sena is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti ser tkun qed tfakkar l-għoxrin sena mit-twaqqif tagħha propju nhar is-6 ta’ April u għalhekk nagħlaq dan il-messaġġ biex f’isem is-Sotto Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti kollu nirringrazzja lil dawk kollha li matul dawn l-għoxrin sena ħadmu biex is-Sezzjoni tikseb fama u unuri li għadhom jissemmew ma’ Malta kollha sal-ġurnata tal-lum. F’isem iz-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti nawguralkom il-Milied hieni u l-isbaħ xewqat għas-sena l-ġdida.

Page 4: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 4 - Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

Skeda Tipika ta’ Radju Santa Katarina 90.6FM – Xitwa 2011 / 2012It-Tnejn 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:30 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:15:- Topic Music(R) ; 14:15 – 15:30:- Musicals(R)

15:30 – 17:45:- Baned u Surmastrijiet(R) ; 17:45 – 18:20 – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:00:- RSK Rock; 20:00 – 21:15:- Dance MusicIt-Tlieta 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:15:- Italo RSK(R) ; 14:15 – 14:45:- Sbieħ il-Jum – Jessica Ghigo(R) ; 14:45 – 15:15:- Sbieħ il-Jum – Arċipriet(R) 15:30 – 17:45:- Tiżwieqa; 17:45 – 18:20 – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:00:- Storja RSK; 20:00 – 21:15:- Generation RSK(R)

L-Erbgħa 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:15:- Topic Music(R) ; 14:15 – 15:15:- Kollox Dwar l-Imħabba (R) ; 15:30 – 17:45:- Tiżwieqa; 17:45 – 18:20 – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:00:- Topic Music; 20:00 – 22:00:- Inġeddu l-MemorjiIl-Ħamis 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 13:45:- RSK Rock(R) ; 13:45 – 15:45 Afternoon Breeze(R) ; 15:45 – 17:45:- Inġeddu l-Memorji(R); 17:45 – 18:20 – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:15:-Topic Music ; 20:15 – 22:30:- Rock OnIl-Ġimgħa 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:00:- Storja Rock(R) ; 14:00 – 15:30:- Country & Western Free Zone(R) ; 15:30 – 17:45:- Tiżwieqa; 17:45 – 18:20 – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:15:- Italo RSK; 20:15 – 22:30:- Twin BrothersIs-Sibt 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05 – 13:00:- Kollox Dwar l-Imħabba(R); 13:00 – 14:30:- Country & Western Free Zone; 14:30 – 18:00:- Sibt-ek; 18:00 – 19:00:– Quddiesa; 19:00 – 20:45:- Generation RSK ; 20:45 – 22:15:- Twin Brothers(R)

Il-Ħadd 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:15 – 09:00:- Quddiesa tal-Ħadd; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05 – 14:30:- Baned u Surmastrijiet Maltin; 14:30 – 16:30:- Afternoon Breeze; 16:30 – 19:45:- Sibt-ek(R) ; 19:45 – 21:15:- Generation RSK(R) 21:15 – 22:45:- Rock On (R)

Sotto Kumitat Kultura Fawstina Sammut

Ħbieb,

Żgur li lkoll kemm aħna għad baqagħlna f’moħħna l-memorji sbieħ tal-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina, għalkemm issa l-festa ilha li għaddiet madwar tliet xhur. Dawn il-memorji jibqgħu f’moħħna għax wara kollox ħafna minna ħadna sehem attiv fiha. Bħala Sotto-Kumitat

kultura, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadu sehem fil-Lejla Katarinjana ta’ qabel il-festa. Taħt it-tmexxija tad-direttur tagħna Joe Demicoli, bl-għajnuna ta’ martu Martina, l-Lejla Katarinjana

reġgħet kienet suċċess. Grazzi lil dawk ir-re-enactors li kull darba jżommu paċenzja bina u jwieġbu għas-sejħa tagħna biex jieħdu sehem f’dawn ir-re-enactments li minnhom insiru nafu l-istorja tar-raħal tagħna. Grazzi lil kull min għenna billi sellifna xi props li użajna fir-re-enactment u b’hekk bħassoltu kienet lejla ta’ tagħlim u divertiment. Ma nixtieqx ninsa lill-Banda tas-Soċjeta’ tagħna, lill-kantanti Mark Tonna, Marthese Tanti, Ray Mangion u Catherine Portelli, lill-awtur tal-iscript is-Sur J. Farrugia, lill-kompożitur Mro. Paul Portelli, lis-Sur Joseph Mangion tal-preżentazzjoni tiegħu dwar Mattia Preti u lis-Sinjorina Catherine Bonnici u s-Sur Josef Cachia li ħadu ħsieb il-parti teknika. Ħajr ukoll lill-comperes Mark Tonna u Anna Maria Gatt.

Bħal snin oħra, għandna ppjanati bosta ħarġiet kulturali li nafu żgur li se jkunu ta’ interess għalikom. Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-attendenza kbira tagħkom fl-ewwel ħarġa tagħna għall-Mellieħa, nisperaw li narawkom magħna fix-xhur li ġejjin.

Ma ninsewx il-festa liturġika ta’ Santa Katarina fil-25 ta’ Novembru, jum ieħor għażiż għalina ż-Żrieraq. Għalkemm għadu żmien, nixtieqilkom ukoll il-Milied it-Tajjeb u sena ġdida mimlija risq u barka.

Page 5: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

Paġna 5 - Edizzjoni Nru. 29 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Messaġġ mid-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.

Dun Raymond Cassar

FESTA LITURĠIKA TAL-MARTIRJU TA’ SANTA KATARINA V.M. FIL-KNISJA MATRIĊI U ARĊIPRETALI TA’ SANTA KATARINA V.M. Taż-ŻURRIEQ

It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa 21,22 u 23 ta’ Novembru 2011 – Jiem tat-TriduFil-5.30p.m. Rużarju; fis-6.00p.m. Quddiesa, kurunella ta’ Santa Katarina V.M., Innu, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, Bews tar-Relikwija u Kant tal-Innu Popolari.

Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2011 – Lejlet il-FestaFil-5.30p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwija u Kant tal-Ewwel Għasar tal-Martri, Quddiesa, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, Bews tar-Relikwija u Kant tal-Innu Popolari

Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2011 – Jum il-FestaFil-5.30p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-Martri. Fis-5.45p.m. tqegħdi ta’ kuruna tar-rand fuq il-monument ta’ Santa Katarina V.M. f’Misraħ ir-Repubblika mill-membri tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. li jibqgħu sejrin fil-Knisja għall-Quddiesa Kantata. Fis-6.00p.m. Quddiesa konċelebrata solenni bil-priedka mill-Wisq Rev. Dun Karm Mercieca. Wara bews tar-Relikwija, Repożizzjoni tar-Relikwija, Ċelebrazzjoni Ewkarisitka u Kant tal-Innu Popolari.Fit-8.00p.m. il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel marċ minn Triq il-Kbira sa Misraħ ir-Repubblika mmexxija mis-Surmast Mario Testa Dip.Mus.Bb Tuba, F.Mus., E.I.H.E., (H.C.), ATCL. X’ħin il-Banda tasal ħdejn il-Monument ta’ Santa Katarina V.M. jindaqq l-Innu Marċja “Semma’ Poplu l-Vuċi Tiegħek” ta’ Mro. Espedito Deguara A.Mus.L.C.M.

Lejlet u Nhar il-Festa jmexxi ċ-ċelebrazzjonijiet il-Wisq Rev. Arċipriet Dun Charles Attard. Matul il-ħamest ijiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokjali Cantate Domino. Mro. Paul Protelli F.L.C.M. jidderieġi matul il-Jiem tat-Tridu; lejlet u nhar il-Festa, Mro. Patri Anton Briffa O.F.M.Cap., L.L.C.M. Lic.Mus.Sacra, M.Mus.Greg.

Lejlet u nhar il-Festa jinħaraq Nar tal-Ajru maħdum mill-membri tas-Soċjeta’ fis-St. Catherine Fireworks Factory f’Bubaqra l/o Żurrieq.

TLIET XHUR B’TIFSIRA SPEĊJALIQegħdin niktbu ħsieb li jmiss tliet xhur li fihom tifsira speċjali għalina li ngħixu fil-Parroċċa taz-Żurrieq,

u għalhekk ma nistgħux ma norbtux il-ħsieb tagħna madwar it-tifsira li fih kull xahar għalina.Novembru huwa xahar marbut mal-festa liturġika ta’ Santa Katarina Verġni u Martri. Qatt ma kellna

dubju mir-relevanza tal-messaġġ li Santa Katarina għandna għaż-żminijet tal-lum. Imma żgur li din il-konvinżjoni wasslet lill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu ll biex lil Santa Katarina Verġni u Martri jerga’ jdaħħalha fil-Kalendarju Universali tal-Knisja Kattolika fil-25 ta’ Novembru. Santa Katarina tgħallimna b’mod qawwi kif għandna ngħixu l-fidi tagħna nisranija billi ngħożżu l-virtù tas-safa’, li llum hi tant imżebilħa, u billi nkunu lesti li nbatu għall-prinċipji nsara tagħna.

Diċembru huwa xahar ieħor b’sinifikat qawwi għalina llum. Il-festa għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni titfa’ l-ħsieb tagħna fuq Marija bħala mudell għalina l-insara li għandna s-sejħa li nkunu dixxipli ta’binha Ġesù. Imbagħad il-festa ċentrali f’Diċembru hija l-festa tal-Milied. Fiha niċċelebraw wieħed mill-misteri ewlenin tal-fidi tagħna. Il-Misteru tal-Inkarnazzjoni, jiġifieri li l-iben t’Alla sar bniedem biex isalvana. Tkun ħasra jekk il-Milied nitilfulu s-sens veru tieguu u nagħmlu minnu festa pagana. Milied mingħajr Ġesu’ hu Milied bla sens bħalma l-ħajja mingħajr Ġesù hi kollha kemm hi bla sens.

Niġu mbagħad għal Jannar. Dan ix-xahar jagħti bidu għal sena ġdida. Jannar jgħallimna li ż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Jannar jistedinna biex inkunu għaqlin u ż-żmien nużawh sew. San Bernard kien iħobb itenni li kull żmien li mhux mgħoddi f’Alla huwa żmien mitluf. Niftakru li wara din il-ħajja relattivament qasira, irridu nagħtu kont lil Alla ta’ kif użajna l-ħin. Ejjew inkunu għaqlin u nużaw sew il-hin li silifna Alla l-imbierek.

Fl-aħħarnett nawgura lil kulħadd sena mill-isbaħ. Sena mimlija risq u paċi tal-Mulej.

Page 6: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

Paġna 6 - Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Għalikom it-Tfal - Anna Maria Gatt

Kif intom tfal?Illum se nikteb għal darb’oħra dwar

pittur li wkoll għamel xogħolijiet marbuta mal-ħajja tal-patruna tagħna Santa Katarina

V.M. Raffaello Sanzio di Urbino, jew inkella kif inhu magħruf aħjar bħala Raffaello kien pittur Taljan ta’ żmien ir-Rinaxximent. Flimkien ma’ Leonardo da Vinci u ma’ Michelangelo, Raffaello jifforma l-magħrufa ‘trinita’ tal-artisti’ ta’ dan il-perjodu tant importanti fl-istorja tal-arti.Raffaello twieled f’villaġġ żgħir, imma bi storja kbira li jinsab fir-reġjun tal-Marche, il-villaġġ ta’ Urbino. Missieru kien il-pittur ewlieni tad-Duka ta’ Urbino. Ta’ ħdax-il sena, Raffaello sab ruħu orfni u beda jieħu ħsiebu z-ziju l-qassis Bartolomeo. It-talent tat-tfajjel Raffaello diġa’ kien magħruf peress li fil-passat kien ġieli għen lil missieru f’xi xogħolijiet. Raffaello kien assistent ukoll tal-pittur magħruf Perugino. Fil-fatt ħafna jgħidu li x-xogħolijiet ta’ Raffaello jixbhu ħafna dawk ta’ Perugino. L-ewwel biċċa xogħol ta’ Raffaello kienet parti mill-altar fil-knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’villaġġ bejn Perugia u Urbino. Wara għamel ukoll affreski kbar f’Firenze. Wara żar ukoll Siena fuq stedina ta’ Pinturicchio, pittur famuż ieħor, fejn hawnhekk għamel xi xogħolijiet fil-katidral ta’ din il-belt. Iżda l-akbar biċċa xogħol ta’ Raffaello f’dan l-ewwel perjodu ta’ xogħolijiet, żgur li hija l-pittura tat-tieġ tal-Madonna u San Ġużepp fi Brera, fiz-zona ta’ Milan.Tul ħajtu Raffaello żar bosta bliet Taljani iżda l-aktar li kien ikun għal qalbu meta kien iżur u jgħix f’Firenze. Hemmhekk hu ġie ispirat minn ħafna xogħolijiet kbar ta’ arti, b’mod partikolari xogħolijiet ta’ Leonardo da Vinci. Per eżempju, kien juża ħafna l-istess tattika li uża Leonardo meta pinġa l-famuża Mona Lisa. Fil-pittura famuża ta’ Raffaello u li turi lil patruna tagħna Santa Katarina ta’ Lixandra, Raffaello kien ispirat minn xogħol ieħor ta’ Leonardo, ‘Leda u ċ-Ċinji’.

Il-pittura ta’ Santa Katarina ta’ Raffaello tlestiet fl-1508 u llum tinsab fin-National Gallery ta’ Londra. Hija pittura biż-żejt fuq it-tila u li turi lil Santa Katarina bir-rota tal-martirju. Ħafna jsostnu li wiċċ Santa Katarina għandu espressjoni divina, espressjoni li turi bir-rabta kbira li kien hemm bejn Katarina u Alla l-Missier. Anke l-kuluri użati minn Raffaello jagħtu xhieda ta’ rikkezza u qawwa. Ta’ min jinnota wkoll is-swaba’ ta’ Santa Katarina li qed juru n-numru 3; riferenza diretta għall-Misteru tat-Trinita’ Qaddisa. Storiku Franċiż, ftit tas-snin ilu kiteb, li din il-pittura turi r-ruħ tal-Qaddisa, lesta biex tirċievi premju ta’ ferħ etern, meta din ser tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha.Wara Firenze, Raffaello ġie msejjaħ Ruma fejn pinġa s-saqaf tal-librerija privata tal-Papa. Barra minn hekk wieħed sal-lum jista’ jgawdi x-xogħolijiet ta’ Raffaello fil-famużi ‘kmamar ta’ Raffaello’ li jinsab fil-Mużewijiet tal-Vatikan. Dan minbarra li Raffaello għamel xogħolijiet oħra f’Villa Farnesina, li illum qed tintuża bħala l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f’Ruma kif ukoll f’diversi knejjes oħra madwar Ruma. Wara, Raffaello, sar ukoll il-perit inkarigat fit-tkomplija tax-xogħol fuq il-Bażilika ta’ San Pietru.Kien propju f’Ruma, eżattament fil-Ġimgħa l-Kbira, meta Raffaello miet meta kellu biss 37 sena. Jingħad li Raffaello miet wara li xi tabib taħ xi mediċina ħażina li hu ma kellux bżonn. Raffaello indifen fil-Pantheon, il-famuż bini bil-koppla majestuża li nsibu f’Ruma, u dan fuq xewqa tiegħu stess.Ngħaddu issa għall-kompetizzjoni ta’ din l-edizzjoni fejn tridu tagħtuna t-tweġiba għal din il-mistoqsija ħafifa:Liema minn dawn is-simboli nsibu fil-pittura ta’ Raffaello u li turi lil Santa Katarina ta’ Lixandra? (il-palma, il-kuruna, ir-rota tal-martirju). Ibgħatu t-tweġibiet tagħkom lil:

Zurricanorum PatronaKompetizzjoni Għalikom Tfal

Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq

Sotto Kumitat Nar Oliver Zammit

F’dawn l-erba’ kelmiet li ser niktbu, ser nagħtu rendikont ta’ kif marret il-Festa tant għażiża għalina u l-preparamenti li qed nagħmlu għall-Festa tal-25 ta Novembru li ġej ,kif ukoll għall-Festa tas-sena d-dieħla ad unur il-Patruna tagħna Sta Katarina V.M. Sa dan it-tant inaqgħad Sotto Kumitat ġdid fejn ingħaqdu magħna uċuh ġodda . Nieħdu l-okkażjoni sabiex nirringrazjaw lill-ex chairman is-Sur Karmenu Camilleri tal-għajnuna siewja li għamel ġo dan is-sotto kumitat u nawguraw liċ-Chairman is-Sur Emanuel Farrugia flimkien mal-membri ġodda, ħidma siewja f’dan is-Sotto Kumitat.Ringrazzjament imur ukoll għas-Sur Żużu Sammut peress li rreżenja mill-kariga tiegħu bħala Licencee u nawguraw lis-Sur Alexander Borg bħala Licencee il-ġdid li ser imexxi l-post tan-nar tagħna. Il-Festa għaddiet u jidher li kulħadd kien sodisfatt bix-xogħol li għamilna matul is-sena. Tista’ tgħid li kellna varjazzjoni ta’ xogħol fejn intweriet d-dedikazzjoni u l-ħila ta’ dawn in-nies ħabrieka. Fejn jirrigwarda finanzi, is-Sotto Kumitat irnexxielu jiġbor is-somma meħtieġa u kien hemm bilanċ ukoll. Grazzi għall-attendenza tagħkom fl-attivitajiet li norganizzaw u grazzi wkoll għall-ġenerożita tagħkom fil-ġbir li għamilna, u lil dawk li għenu fil-ġbir, stajna nilħqu l-miri tagħna għas-sena li għaddiet. Ninsabu kburin ukoll li fit-triq li għamilna, ma kellniex naħdmu nar għal festi oħra u dan li jagħmila l-AQWA FOST IL-KBAR.

F’dak li għandu x`jaqsam xogħol għall-Festa ta Novembru, diġa hemm kaxxi nfernali u murtali varji lesti, sew għal waqt it-translazjoni lejlet il-Festa u sew għal nhar il-Festa. Għandna l-programm ippjanat għall-Festa tas-sena d-dieħla u għalhekk ser nerġa’ nitlob l-għajnuna tagħkom biex tgħinuna matul din is-sena. Diġa bdejna norganizzaw il-Country Nights u diversi ikliet ġewwa l-bar tal-Każin fejn ser tiġi organizzata l-ikla ta nofs in-nhar dak in-nhar tal-Festa Liturġika. Ser jerga’ jsir id-djarju biex inqassmuh lejn l-aħħar u l-bidu tas-sena, kif ukoll l-attivita’ tal-aħħar tas-sena biex nispiċċaw is-sena bil-kbir. Bdejna wkoll l-arbular għall-Festa tas-sena d-dieħla u peress li l-ispejjeż huma kbar, qed nitolbukom tkunu ġenerużi. Għal aktar tagħrif dwar l-arbular staqsu lil xi membru tas-Sotto Kumitat.

Dejjem inħobb nagħlaq dawn il-kelmtejn, nitlobkom titolbu għalina sabiex Sta Katarina iżżomm idejha fuqna speċjalment fuq dawk il-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol daqshekk delikat u ta’ periklu sabiex fl-aħħar mill-aħħar ipaxxuna bix-xogħol tagħhom matul il- ġimgħa tal-Festa Titulari.

Page 7: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

Tlett xhur oħra għaddew u wasal iż-żmien li nerġgħu ningħaqdu magħkom il-membri. Nixtieq nibda dan l-messaġġ billi nawgura l-festa tajba liż-Żrieraq kollha għax kif tafu reġgħet waslet l-festa tant għażiża għalina ta’ Santa Katarina. Nixtieq nifraħ liż-żewġ membri ġodda Mary Bonnici u Daniela Zahra ili ngħaqdu magħna fis-Sotto Kumitat Nisa. Dawn huma l-Attivitajiet tagħna għat-tlett xhur li ġejjin : Il-Ħamis 24 ta’ Novembru High Tea fis-7pm l-każin,L-Erbgħa 7 ta’ Diċembru Coffee Morning l-Ingrosso MarsaScala; tluq min fejn l-iskola fid-9am,Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru High Tea fis-7pm l-Każin,Il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar High Tea fis-7pm l-każin,L-Erbgħa 18 ta’ Jannar Coffee Morning “Waterfront Hotel” l-Gżira; tluq fid-9am minn ħdejn l-iskola.Il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar High Tea fis-7pm l-Każin.

Nixtieq nawguralkom l-Milied u Sena t-Tajba

Sotto Kumitat Nisa Catherine Farrugia

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 7 - Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012

Banda Santa Katarina V.M.Novembru 2011 – Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Novembru 2011, Festa Liturġika ta’ Santa Katarina V.M., il-Banda Sta. Katarina V.M. ser tfakkar dan il-jum billi tagħmel marċ brijuż li jibda fit-8.00pm minn Strada Rjali u jispiċċca fi-Pjazza Repubblika.

Diċembru 2011:-Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2011 ser issir is-soltu “Parents Day” tal-allievi tal-Banda Sta. Katarina. Din tibda fis-7.00pm fis-Sala Espedito Deguara.Nhar il-Ħadd 25 ta’ Diċembru 2011 –Jum il-Milied, il-Banda Sta. Katarina V.M. tagħmel marċ fit-toroq taż-Żurrieq bid-daqq ta’ “Christmas Carols”. Dan is-servizz ser jibda fl-10.00 am minn Pjazza Repubblika,Bejn il-Milied u l-ewwel tas-Sena, l-Banda Sta. Katarina V.M., tmur tferraħ lir-Residenti ta’ St. Vincent de Paule bid daqq ta’ Christmas Carols ġewwa s-swali tar-residenza stess. Dan is-servizz isir f’gurnata li għad trid tiġi ffissata.

Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. se torganizzaFESTIN GĦALL-ANZJANI

Nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru 2011 fis-Sala Espedito Deguaratal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

Kunċerti tal-Banda Santa Katarina V.M.jsiru kull nhar ta’ Tlieta mis-7.00p.m. ‘il-quddiemAvviżi - Lezzjonijiet tal-BandaSezzjoni Ramm:- Kull nhar ta’ Tlieta mill-5.00p.m. sas-7.00p.m. mas-Surmast Mario Testa.Sezzjoni Injam:- Kull nhar ta’ Sibt mit-8.30a.m. sal-11.30a.m. mal-Assistent Surmast Josef Grech.Kunċerti:- Kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00p.m.

Richard Farrugia

Is-Sotto Kumitat Nar tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.se jorganizza

IKLA TRADIZZJONALI TAL-FESTAIl-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2011 f’nofsinhar fil-Bar tal-Każin Banda Santa Katarina V.M.

Booking mill-Bar jew mingħand is-Sinjura Gejta Farrugia

DINNER DANCEOrganizzat mis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

fil-ġranet tal-MiliedAktar dettalji jingħataw permezz tar-Radju, tal-Website u

tan-Notice-Board tal-Każin

Page 8: Edizzjoni Nru. 30 Novembru, Diċembru 2011, Jannar 2012 ... · matul dan ix-xahar ikunu qed jiċċelebraw il-festa liturġika tant għażiża għalina u nifirħulhom li matul din

De

sign &

Print

ing:

Tel:

2125

0994

/3