2 | Page Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ: IT-TĦEJJIJA MINUTA (MHUX ASSESSJATA) 1A Lil Student A Bonġu_________, fi x’ħin wasalt l-iskola dalgħodu? 1B Lil Student B Bonġu ___________, fi x’ħin tispiċċa l-iskola llum? 2A Lil Student A X’għamilt il-bieraħ filgħaxija? Għaliex? 2B Lil Student B X’biħsiebek tagħmel illum wara l-iskola? Għaliex? 3A Lil Student A Kif tasal l-iskola filgħodu? Bil-mixi? X’tara inti u ġej/ġejja? 3B Lil Student B Għandek kamra favorita fid-dar? Liema hi? Għaliex? X’hemm fiha? 4A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex? 4B Lil Student B Jogħġbok ir-raħal fejn tgħix jew tippreferi tgħix xi mkien ieħor? Għaliex? 5A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex? 5B Lil Student B Tippreferi x-xitwa jew is-sajf? Għaliex?
23
Embed
Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
2 | P a g e
Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali
L-EWWEL TAĦRIĠ: IT-TĦEJJIJA MINUTA (MHUX
ASSESSJATA)
1A Lil Student A Bonġu_________, fi x’ħin wasalt l-iskola dalgħodu?
1B Lil Student B Bonġu ___________, fi x’ħin tispiċċa l-iskola llum?
2A Lil Student A X’għamilt il-bieraħ filgħaxija? Għaliex?
2B Lil Student B X’biħsiebek tagħmel illum wara l-iskola? Għaliex?
3A Lil Student A Kif tasal l-iskola filgħodu? Bil-mixi? X’tara inti u
ġej/ġejja?
3B Lil Student B Għandek kamra favorita fid-dar? Liema hi? Għaliex?
X’hemm fiha?
4A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex?
4B Lil Student B Jogħġbok ir-raħal fejn tgħix jew tippreferi tgħix xi
mkien ieħor? Għaliex?
5A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex?
5B Lil Student B Tippreferi x-xitwa jew is-sajf? Għaliex?
3 | P a g e
IT-TIENI TAĦRIĠ: L-INTERVISTA 3 minuti
L-interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru.
Lil student A: “Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-ħbieb”
1. Għidli xi ħaġa dwar l-ikbar ħabib/a tiegħek.
2. (Jekk ma tkunx issemmiet diġa’) Kif tqattgħu l-ħin flimkien?
3. Semmili xi ħaġa li tħobbuha t-tnejn. Għaliex?
4. Spjegali għaliex tmur tajjeb ħafna miegħu/magħha.
Lil student B: “Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar kif tqatta’ l-ħin
liberu tiegħek barra l-iskola.”
1. Kellimni ftit fuq il-passatemp tiegħek.
2. Xi kemm jeħodlok ħin? Għaliex?
3. Għaliex għażilt dan il-passatemp?
4. Kieku kellek tibdlu, x’tagħżel u għaliex?
4 | P a g e
TAĦRIĠ - STAMPA WAĦDA
5 | P a g e
TAĦRIĠ - STAMPA WAĦDA
6 | P a g e
TAĦRIĠ - STAMPA WAĦDA
L-interlokutur jgħid: “Ħarsu lejn din l-istampa. Se nistaqsikom xi
mistoqsijiet dwarha”.
L-interlokutur jistaqsi l-ewwel mistoqsija lil Student A u t-tieni lil Student B
u jibqa’ sejjer hekk b’mod li t-tnejn jieħdu sehem indaqs fit-test sakemm il-
ħin ta’ 3 minuti jiskadi.
1. X’qed tara fl-istampa?
2. Iddeskrivi lit-tifel tal-istampa.
3. Iddeskrivi lill-kelb.
4. X’jidhirlek minn din l-istampa? Togħġbok? X’jogħġbok fiha?
5. Hemm xi ħaġa li ma togħġbokx? Għaliex
6. Fejn taħseb li qegħdin?
7. F’liema staġun taħseb li ttieħed dan ir-ritratt?
8. F’liema ħin tal-ġurnata taħseb li ttieħed dan ir-ritratt?
9. Kemm tgħid li għandu żmien dan it-tifel?
10. Min taħseb li ħadu dan ir-ritratt?
11. Għalfejn taħseb li ħadet/ħadu dan ir-ritratt?
12. Tista’ tagħti titlu lil din l-istampa?
13. X’taħseb li għamel it-tifel wara li ttieħed dan ir-ritratt?
14. Dan ir-ritratt nistgħu npoġġuh ġo album tar-ritratti. Għalxiex taħseb li
jista’ jintuża wkoll?
7 | P a g e
TAĦRIĠ – STAMPA DWAR TEMA
L-interlokutur jgħid: “Ħarsu lejn l-istampa l-kbira. Turi familja li qegħdin
piknik fil-kampanja.
Ħarsu lejn l-istampi ż-żgħar ta’ taħt. Liema minn dawn għandhom x’jaqsmu
ma’ din l-istampa tal-familja li qegħdin piknik? U għaliex Liema minn dawn
m’għandhomx x’jaqsmu? U għaliex le?”
L-Interlokutur jistieden lil student A biex jagħżel stampa u jitkellem dwarha,
imbagħad idur fuq student B u jistaqsih/a j/tagħmel l-istess.
F’każ li l-istudenti jeżitaw, l-interlokutur għandha tipponta hi lejn stampi li l-
istudenti jkunu għadhom ma tkellmux dwarhom u tgħid, “U din għandha