Diċembru 2015 Disinn u Stampar: Veritas Press, Zabbar. Tel: 21 822 270 Il-Kelma tal-Kappillan PARROĊĊA SANTA MARIJA - BIRKIRKARA Diċembru 2015 Uffiċċju Parrokkjali, 130 Triq E.B. Vella, Birkirkara BKR 1570 • Tel: 21 448 026 / 27 448 026 • E-mail: parrocca.b’[email protected] Waqt li l-Papa Franġisku ddikjara s-sena straordinarja tal-Ħniena li tibda fit-8 ta’ Diċembru ta’ dis- sena u tispiċċa s-sena d-dieħla (2016) fl-20 ta’ Novembru qal: “Jien konvint li f’din is-sena tal-ġublew, il-Knisja kollha tkun kapaċi ssib il- ferħ li terġa’ tiskopri u toħroġ il-frott mill-Ħniena ta’ Alla li permezz tagħha aħna msejħa li nagħtu l-konsolazzjoni lil kull raġel u kull mara ta’ żmienna.” Għalhekk, waqt li qed nagħtu bidu għal din is-sena ġubilari, qed niġu mfakkra li l-Bibbja hija mimlija b’ċirkustanzi li jitkellmu dwar l-abbundanza tal-Ħniena t’Alla u kemm kien ħanin sa mill-bidu tal-ħolqien. Alla huwa għani fil-Ħniena (Ef 2:4). Il-Ħniena hija mħabba ġenwina għal kwalunkwe persuna li qed issofri u b’xi mod imdejqa. Li ntemmu l-miżerja darba għal dejjem huwa l-aspett essenzjali tal-Ħniena u l-iktar li jidher. Skont San Tumas ta’ Akwino, meta l-imħabba u l-mizerja jiltaqgħu, titwieled il-Ħniena li hija waħda mill-forom essenzjali tal-karità, li tinsab fil-qalba tal-ħajja Kristjana. Il-Ħniena hija l-virtù li tmexxi l-persuna biex tagħmel sforz ġenwin sabiex tħaffef il-piż ta’ kull tip ta’ sfortuna tal- oħrajn. Il-Ħniena hija l-aqwa mod kif tgħix it-tieni kmandament tal-imħabba tal-proxxmu, li ‘tixbaħ lill-ewwel kmandament’ (Mt 22: 36-39). Alla jgħid espliċitament, “Jien tjieba (Ħniena) rrid, mhux sagrifiċċju” (Ħos 6:6; Mt 9:13). Il-Ħniena kollha mħabba u tjubija ta’ Alla hija r-risposta Tiegħu għall-miżerja umana. Iktar mal-miżerja tkun kbira, iktar tkun abbundanti l-Ħniena. Alla jsalvana mhux għall-merti tagħna, imma għax hu Ħanin. Id-dinja hija mimlija bil-Ħniena ta’ Alla (Salm 32:5, 118:64). Alla huwa Ħanin u jagħder għaliex Huwa ġust; Huwa jżomm Kelmtu. Ladarba rċevew il- Ħniena minn Alla, il-bnedmin għandhom juru Ħniena ma’ xulxin. Il-Papa San Pwanni Pawlu II kellu ġibda lejn id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina, permezz ta’ Santa Fawstina Kowalska (1905-1938), li hija magħrufa bħala l-Appostlu tal-Ħniena. Dan l-istess Papa stabbilixxa l-Ħadd tal-Ħniena Divina. Fl-enċiklika tiegħu Dives in Misericordia (‘Għani fil-Ħniena’) huwa jeżamina r-rwol tal-Ħniena – kemm il-Ħniena t’Alla kif ukoll il-bżonn tal-Ħniena umana. Id-devozzjoni lejn Ħniena Divina tiffoka fuq l-imħabba t’Alla kollha Ħniena u x-xewqa li din l-istess imħabba u Ħniena jgħaddu bħal xmara mill-qalb ta’ dak li jkun għal għand dawk li għandhom bżonnha. (tkompli fil-ħarġiet li jmiss) Kunu mberkin Dun Reuben Deguara Amministratur Parrokkjali 4 ĦSIBIJIET MILL-BOLLA TAL-INDIZZJONI TAL-ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA (l-ewwel parti) Spirtu Qaddis, nitolbuk li timla l-qlub tal-imgħammdin kollha bil- ħeġġa Tiegħek, speċjalment ta’ dawn l-adolexxenti li għadhom kemm ikkonfermaw li jridu l-preżenza Tiegħek fihom. Fakkar lilhom u lilna li Int għandek f’moħħok pjanijiet kbar għalina u li hija ħasra jekk dak li konna maħluqin għalih ma nwettquhx minħabba li jew ma nagħarfuhx jew għax nibżgħu. Tina l-imbuttatura li għandna bżonn biex inħaddmu fina d-Doni li tajtna u ma nħalluhom qatt midfuna fid-dlam fejn jispiċċaw minsija u ma jħallux frott. Agħmel li nużaw it-talenti spiritwali li poġġejt fina għax b’hekk biss inkunu ferħana u permezz ta’ hekk inweldu lil Ġesù Bambin ħaj kull fejn inkunu. Adolexxenti li rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015 mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof Pawlu Cremona O.P. Arċisqof Emeritus BNIET Attard Jade Elena Azzopardi Christabel Azzopardi Mariah Busuttil Mariah Cachia Eliza Marie Catania Keira Felice Martha Fero’ Emma Gatt Martina Grech Kristel Mifsud Cassidy Muscat Cherise Pisani Krista Sammut Francesca Sant Farrugia Kelsey Schembri Tamyra Scicluna Hannah Sesay Maya Tabone Paige Thika Elisa Vella Mireya Zammit Yasmin SUBIEN Abela Jean Paul Bugeja Carlito Calleja Nathan Camilleri Owen Cassar Cardona Kyle Cutajar Jamie Farrugia Owen Frendo Luke Galea Nathan Joseph Galea Bonnici Lucheyange’ Gauci Isaac Meilak Daylen Pace Mark Runza Luca Vassallo Ciliberti Gianluca Vella Myron Zammit Mattia Zarb Jacob Zerafa Luke