Top Banner
FITTEX EJJA MULEJ!
70

2nd Sunday of Advent

Nov 22, 2014

Download

Education

ruth (Malta)

 
Welcome message from author
This document is posted to help you gain knowledge. Please leave a comment to let me know what you think about it! Share it to your friends and learn new things together.
Transcript
Page 1: 2nd Sunday of Advent

FITTEX EJJA MULEJ!

Page 2: 2nd Sunday of Advent

L-Ewwel Qari:

mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Page 3: 2nd Sunday of Advent

“Farrġu,

farrġu

l-poplu

Tiegħi”

jgħid Alla

tagħkom. VERBUM DEI

CARO FACTUM EST!

Page 4: 2nd Sunday of Advent

Kellmu lil qalb Ġerusalem

u għidulha li

ntemm il-jasar tagħha,

Page 5: 2nd Sunday of Advent

tħallset ħżunitha, ħadet

mingħand il-Mulej darbtejn

għal dnubietha kollha.”

For

you

Page 6: 2nd Sunday of Advent

Leħen jgħajjat: “Ħejju t-triq għall-

Mulej fid-deżert, wittu għal Alla

tagħna mogħdija fix-xagħri.

Page 7: 2nd Sunday of Advent

Jintradam kull wied,

REPENTANCE

YOURS

Page 8: 2nd Sunday of Advent

u jitniżżlu l-muntanji u l-għoljiet;

Before God - no more pride!

Page 9: 2nd Sunday of Advent

kull art imħattba titwitta,

kull art imħarbta maqgħad.

Page 10: 2nd Sunday of Advent

U tfiġġ il-Glorja tal-Mulej,

u l-bnedmin

jarawha lkoll f’daqqa, għax

Fomm il-Mulej tkellem.”

Page 11: 2nd Sunday of Advent

Itla’ fuq il-muntanja

għolja, int li ġġib

il-bxara t-tajba lil Sijon;

Page 12: 2nd Sunday of Advent

għolli leħnek bil-qawwa

kollha, int li tagħti

l-aħbar it-tajba lil

Ġerusalemm; għajjat,

la tibżax.

Page 13: 2nd Sunday of Advent

Għid lill-ibliet ta’ Ġuda:

“Hawn hu Alla tagħkom!”

Page 14: 2nd Sunday of Advent

Hawn hu Sidi l-Mulej,

li ġej bil-qawwa, u jaħkem

bil-qawwa ta’ driegħu.

Page 15: 2nd Sunday of Advent

Hawn hu bi ħlasu miegħu,

For you

Page 16: 2nd Sunday of Advent

u r-rebħa tiegħu quddiemu.

Page 17: 2nd Sunday of Advent

Bħal

ragħaj

li

jirgħa

l-merħla

tiegħu,

Page 18: 2nd Sunday of Advent

bi driegħu

jiġmagħha,

u

l-ħrief

fi ħdanu

jerfagħhom

Page 19: 2nd Sunday of Advent

u

n-nagħaġ

ireddgħu

bil-mod

imexxihom.

Page 20: 2nd Sunday of Advent

Inroddu ħajr Lil

Alla!

Page 21: 2nd Sunday of Advent

Salm Responsorjali

Page 22: 2nd Sunday of Advent

Uri lilna Mulej it-Tjieba Tiegħek

u

s-Salvazzjoni Tiegħek agħtina!

Page 23: 2nd Sunday of Advent

Ħa nisma’ xi jgħid Alla;

Page 24: 2nd Sunday of Advent

il-Mulej is-sliem ixandar,

għall-poplu

u l-ħbieb tiegħu.

Page 25: 2nd Sunday of Advent

Qrib tassew hi is-Salvazzjoni Tiegħu

għal dawk li jibżgħu Minnu,

Page 26: 2nd Sunday of Advent

biex tgħammar is-sebħ f’artna.

Page 27: 2nd Sunday of Advent

Uri lilna Mulej it-Tjieba Tiegħek

u

s-Salvazzjoni Tiegħek agħtina!

Page 28: 2nd Sunday of Advent

It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu, il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.

Page 29: 2nd Sunday of Advent

Il-fedeltà mill-art tinbet, u l-ġustizzja mis-sema tixref.

Page 30: 2nd Sunday of Advent

Uri lilna Mulej it-Tjieba Tiegħek

u

s-Salvazzjoni Tiegħek agħtina!

Page 31: 2nd Sunday of Advent

Il-Mulej ukoll jagħti l-Ġid Tiegħu, u artna tagħti

l-frott tagħha.

Page 32: 2nd Sunday of Advent

Il-ġustizzja quddiemU

timxi,

u

s-sliem fuq il-passi Tiegħu.

Page 33: 2nd Sunday of Advent

Uri lilna Mulej it-Tjieba Tiegħek

u

s-Salvazzjoni Tiegħek agħtina!

Page 34: 2nd Sunday of Advent

Qari

mit-tieni

Ittra

ta’

San

Pietru

Appostlu

Page 35: 2nd Sunday of Advent

Ħuti għeżież,

dan għandkom tkunu tafu:

Page 36: 2nd Sunday of Advent

li quddiem il-Mulej jum

wieħed hu bħal elf sena,

u elf sena bħal jum wieħed.

Page 37: 2nd Sunday of Advent

Mhux għax jiddawwar

il-Mulej li jtemm

il-wegħda

Tiegħu,

kif

jaħsbu

xi wħud;

Page 38: 2nd Sunday of Advent

imma qiegħed

jistabar bikom għax

ma jridx li xi ħadd jintilef,

Page 39: 2nd Sunday of Advent

imma, li kulħadd jersaq

għall-indiema.

GOD IS

WAITING:

REPENT!

Page 40: 2nd Sunday of Advent

Jasal, tabilħaqq, Jum il-Mulej bħal ħalliel;

Page 41: 2nd Sunday of Advent

jintemmu mbagħad is-smewwiet bi ħsejjes kbar, jinħallu bin-nar l-elementi tad-dinja,

Page 42: 2nd Sunday of Advent

u l-art

b’kulma fiha

maħruqa min-nar.

Page 43: 2nd Sunday of Advent

Ladarba hekk kollox għandu jintemm, araw daqsxejn kif għandkom iġġibu ruħkom,

Page 44: 2nd Sunday of Advent

kemm għandha tkun qaddisa u tajba

ħajjitkom,

Page 45: 2nd Sunday of Advent

waqt li tistennew

b’ħerqa kbira l-miġja tal-Jum ta’ Alla.

Page 46: 2nd Sunday of Advent

Hu minħabba f’dan il-Jum li s-smewwiet jinħarqu u jinħallu, u l-elementi

tad-dinja jinqerdu bin-nar.

Page 47: 2nd Sunday of Advent

Imma aħna, skond

il-wegħda Tiegħu,

nistennew smewwiet

ġodda u art ġdida,

Page 48: 2nd Sunday of Advent

li fihom tgħammar il-ġustizzja.

Page 49: 2nd Sunday of Advent

Għalhekk, ħuti għeżież, waqt li nistennew dan kollu,

Page 50: 2nd Sunday of Advent

qisu li jsibkom fis-sliem,

bla tebgħa u bla dnub.

Page 51: 2nd Sunday of Advent

Inroddu ħajr Lil

Alla!

Page 52: 2nd Sunday of Advent
Page 53: 2nd Sunday of Advent

Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet

Tiegħu:

REPENT!

Page 54: 2nd Sunday of Advent

u l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.

Page 55: 2nd Sunday of Advent
Page 56: 2nd Sunday of Advent

Qari

mill-

Evanġelju

skond

San

Mark

Page 57: 2nd Sunday of Advent

Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla.

Page 58: 2nd Sunday of Advent

Bħalma hu miktub fil-

ktieb ta’ Isaija l-profeta:

Page 59: 2nd Sunday of Advent

“Ara, jiena nibgħat qablek il-ħabbar tiegħi

biex iħejji triqtek.

Page 60: 2nd Sunday of Advent

Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-

deżert:

Ħejju t-triq tal-Mulej,

iddrittaw il-mogħdijiet

Tiegħu.”

Page 61: 2nd Sunday of Advent

Hekk Ġwanni deher

jgħammed fid-deżert u jxandar

magħmudija ta’ ndiema

għall-maħfra tad-dnubiet.

Page 62: 2nd Sunday of Advent

U kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm,

Page 63: 2nd Sunday of Advent

jitgħammdu minnu fix-xmara Ġordan waqt li jistqarru dnubiethom.

Page 64: 2nd Sunday of Advent

Ġwanni

kien jilbes libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar

qaddu, u kien jiekol ġradijiet

u għasel selvaġġ.

Page 65: 2nd Sunday of Advent

U kien ixandar u jgħid

“Ġej warajja min hu aqwa minni,

Page 66: 2nd Sunday of Advent

li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa

quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq Tiegħu.

Page 67: 2nd Sunday of Advent

Jiena għammidtkom

bl-ilma, iżda

Huwa jgħammidkom

bl-Ispirtu s-Santu.”

Page 68: 2nd Sunday of Advent

Il-Kelma tal-Mulej

It-tifħir lilek Kristu!

Page 69: 2nd Sunday of Advent

Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet Tiegħu:

God is

waiting:

REPENT!

Page 70: 2nd Sunday of Advent

All pictures remain the property of their rightful owners.

ruth 2011