Transcript
IL-METRIKA
TAL-POEŻIJA
1. Il-Metrika hija t-teknika ta’ kif tinkiteb poeżija.
2. Strofa (qisu paragrafu).
L-iktar strofi komuni fil-poeżija Maltija huma:
distiku – strofa ta’ 2 versiterzina – strofa ta’ 3 versikwartina – strofa ta’ 4 versisestina – strofa ta’ 6 versiottava – strofa ta’ 8 versi
Eż. Distiku:
U l-kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!
Miskin min ikasbarni, - miskin min jidħak bija!”
(JUM IR-REBĦ ta’ Rużar Briffa)
Eż. Terzina:
INNU MALTI tal-Poeta Nazzjonali, Dun Karm
Lil din l-art ħelwa, l-omm li tatna isimha,
Ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.
Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha,
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ’l-ħaddiem;
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.
Eż. Kwartina: Din biss, ħabib ta’ qalbi,
għandi, din Alla tani,
dil-kelma li bi ġmielha
nitgħaxxaq ser tarani.
IL-KELMA MALTIJA ta’ Anastasju Cuschieri
Eż. Sestina:O, żmien ħelu, kif għaddejtli,
Żmien ta’ meta kont bla ħtija!
It-tifkira biss ħallejtli
Biex il-għira nħoss għalik:
Int ma tarġa’ iżjed għalija,
U sal-mewt indum nibkik.
IŻ-ŻGĦURIJA ta’ Ġan Anton Vassallo
Eż. Ottava:
LIEMA HI L-AĦJAR? ta’ Carlo Satariano
In-nofs ta’ nhar tax-xebba tal-kampanja
hu mogħti biss għall-ħidma ġewwa d-dar,
għax Alla jbierek tiflaħ daqs muntanja
u tiżbogħ m’għandhiex bżonn, wiċċha aħmar nar;
u flok iddoqq il-pjanu tgħanni għanja
fuq lembi jew inkella fuklar!
U flok fuq motor tmur ma’ fizzjal magħha
toqgħod sagħtejn fil-ġnien tħejt l-ilbies tagħha.
3. Versi u Sillabi (kemm fihom sillabi l-versi).
Eż. Nistgħu ngħidu vers b’seba’ sillabi
(ngħoddu l-vokali) jew il-vers tas-seba’
jew is-settenarju.
Il-versi komuni fil-poeżija Maltija huma:
is-settenarju vers b’7 sillabi
l-ottonarju vers bi 8 sillabil-endekassillabu vers bi 11-il sillaba.
4. Ir-rima (kif tirrima l-poeżija)
Eż. Nistgħu ngħidu t-tieni vers jirrima
mar-raba’ vers jew abċb
L-iktar rimi komuni fil-poeżija Maltija huma:ir-rima mqabbża – it-2 vers jaqbel mar-4 fi strofa (abċb)ir-rima alternata – l-1 vers jaqbel mat-3,
u t-2 mar-4 fi strofa (abab)ir-rima magħluqa – l-1 vers jaqbel mar-4,
u t-2 mat-3 fi strofa (abba)ir-rima mbewsa – żewġ versi wara xulxin li jaqblu (aa)ir-rima ġewwiena – kliem li jirrima fi ħdan il-vers stess
u mhux bejn vers u ieħor.
Hawnhekk għandna kwartina > strofa b’erba’ versibil-vers tas-sebgħa,
U waqt li qed jistenna, (7 sillabi/vokali )
bir-rima fejn it-tieni vers jaqbel mar-raba’ vers f’kull strofa. (rima mqabbża) abċb
U waqt li qed jistenna, abil-qasba u x-xlief f’idejh, b
isimgħu jgħanni, isaffar: ċxi ħlewwa fuq ħaddejh. b
Il-Vers Tronk u l-Vers Wati
F’xi poeżiji nsibu versi li nsejħulhom vers tronk. Dan meta
għandna vers li jagħlaq b’kelma li għandha aċċent fuq l-aħħar
sillaba. Meta jkun hekk din is-sillaba tgħodd tnejn.
Il-vers wati meta l-aċċent ikun fuq is-sillaba ta’ qabel tal-aħħar.
Eż. fuq blata tfajjel ħelu (vers wati)
jistenna l-ħut ġejjin. (vers tronk)
SinkopeIt-tneħħija ta’ sillaba fin-nofs ta’ kelma. Xi drabi dan isir jew għal
effett mużikali jew biex il-kelma tidħol sewwa fil-mewġa ritmika
tal-vers.
Eż. Fil-bogħ’d is-sema u l-ilma
imissu ma’ xulxin:
ANALIŻI TAL-POEŻIJA
5. L-element tal-ħoss.
i. ir-ritmu: huwa dik l-armonija li tinħoloq mis-sillabi
aċċentati u mhux aċċentati li nsibu fil-vers
tal-poeżija.
ii. I-alliterazzjoni: ir-ripetizzjoni tal-istess ħoss jew
ħsejjes f’kelma jew f’għadd ta’ kliem imqiegħed
flimkien.
iii. l-onomatopea: il-ħila ta’ ċertu kliem li bil-ħsejjes
tiegħu jirriproduċi l-azzjoni jew il-ħoss li l-kliem
jirrapreżenta.
6. L-istil li juża l-poeta fil-kitba tal-poeżija tiegħu.
Permezz tal-istil tiegħu, il-poeta jagħmel enfasi fuq
ċerti aspetti li għalih huma importanti u li jrid jisħaq
fuqhom. L-istil huwa l-mod ġdid li bih il-poeta qed
jippreżenta affarijiet meħuda mill-ħajja ta’ kuljum u li
aħna ma naraw xejn speċjali fihom.
L-istil jista’ jkun:
tradizzjonali jew kontemporanju (modern),
lokali jew universali,
deskrittiv jew narrattiv,
ħafif jew tqil.
7. IL-FIGURI TAT-TAĦDITIl-figuri tat-taħdit huma mod kif inħaddmu l-lingwa li bih il-kliem jitlef it-tifsira vera tiegħu u jikseb sensimmaġinattiv. Użati l-aktar fil-letteratura.
Il-Metafora:
Il-figura tat-taħdit li fiha kelma (jew frażi) hi identifikata ma’ xi
ħaġa li loġikament m’għandhiex relazzjoni mal-kelma jew mal-frażi.
eż. 1. “Dan il-ftit tafal li ma jafx ħlief jidneb ”
It-tafal ma jidnibx. Il-poeta qed jidentifika lill-bniedem mat-tafal.
eż. 2. “Dalma kbira tostorlu l-kif u l-għala ”
Il-poeta juża l-metafora tad-“dalma” biex ifisser il-problemi u
d-diffikultajiet tal-ħajja.
Similitudni:
It-tixbih ta’ ħaġa ma’ oħra, paragun bejn żewġ
ħwejjeġ, li jsir bi kliem li ma jgħattix il-paragun,
eż. bħal, bħallikieku, kif u qisu.
eż. 3. “Kont il-warda tad-dinja u sirt bħal miżbla ”
Il-poeta qiegħed ixebbah lil Malta ma’ miżbla.
Personifikazzjoni:
Il-metafora li biha l-poeta jagħti xejriet umani lil dak li
mhuwiex uman.
Eż. 4.
“Ġunju jiġri mal-għelieqi jew fil-qiegħa, kollu dija,
bil-kappell tat-tiben f’rasu ”
Ġunju huwa xahar tas-sena, li la jiġri, la jiddi u lanqas
ma jilbes kappell. Il-poeta qed jippersonifika lil Ġunju.
Apostrofi:
L-indirizz dirett lil persuna, idea
jew oġġett. Il-poeta joħloq
relazzjoni ta’ djalogu. Uħud
mill-poeżiji ewlenin ta’ Dun Karm
huma mibnijin fuq l-apostrofi,
fosthom ‘Lil Mikiel Anton Vassalli’,
‘Lil Malta’ u ‘Lill-Kanarin Tiegħi’.
Huma lkoll xhieda tal-ħtieġa tal-poeta li jitkellem ma’
xi ħadd, li jvarja minn oġġett sa annimal sa bniedem
sa Alla.
eż. 5. “Qatt ma ninsa l-ħlewwiet li ħassejt f’qalbi
dik id-darba, o Ġesù ”
Il-poeta qed jitkellem ma’ Ġesù.
Is-Sunett:
Dan hu għamla ta’ poeżija magħmula minn erbatax-il vers,
aktarx ta’ ħdax-il sillaba kull wieħed. Fil-forma Taljana (Petrarkjana)
is-sunett huwa maqsum fi grupp ta’ tmien versi (ottava) u fi grupp
ta’ sitta (sestett).
Fil-forma Ingliża (Xeksperjan) maqsum fi tliet kwartini
(strofi ta’ erba’ versi) b’żewġ fl-aħħar. Is-sunett għandu l-qofol
tiegħu fit-tensjoni li hu mibni biha, l-iżjed minħabba r-relazzjoni
bejn l-ottava u s-sestett fis-sunett Taljan, u bejn kwartina u oħra
fis-sunett Ingliż.
Ir-rima tas-sunett Petrarkjan hija: abab – abab – ċdċ – ede (jew efe)Ir-rima tas-sunett Xeksperjan hija: abab – ċdċd – efef - ġġ
Meta ninżel hawnhekk filwaqt li ħamra aIx-xemx tistaħba wara l-Fuqqanija, bU nara d-djar u ’l fuq mid-djar xi tamra aIsewdu fuq il-ward ta’ dik id-dija; b
Filwaqt li f’qalb li tħobb tixgħel bħal ġamra aIx-xewqa tal-mistrieħ ġo dar kennija, bU l-aħħar xbejba – li x-xemx għamlet samra – aTitla’ b’xi midra jew b’xi luħ mgħobbija; b
Nisma’ ġol-fraxxnu u ġol-ħarrub tal-plajja ċBħal karba twila ta’ min qed ibati, dU jigdem l-art fl-uġigħ tal-aħħar firda; e
U ħsiebi jerġa’ lura lejn il-ġrajja ċTa’ min għalina kien bil-bosta ħati, dU nħoss għaddejja l-Mewt minn fuq Wied Qirda. e
WIED QIRDA – Dun Karm Psaila
top related